UEFA Champions League 2008-09

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
UEFA Champions League 2008–09
Dati 16 ta' Settembru 2008 – 27 ta' Mejju 2009
Parteċipanti 32 (minn 1 konfederazzjoni)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Bandiera ta' Spanja Barcelona
It-Tieni post Silver medal blank.svg Bandiera tal-Ingilterra Manchester United
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 125
Gowls skorjati 329 (2.63 kull logħba)
Attendenza 5,008,404 (40,067 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Bandiera tal-Arġentina Lionel Messi (9 gowls)
L-aqwa plejer Bandiera tal-Arġentina Lionel Messi
L-aħħar aġġornament: 04:38, 28 Mejju 2009 (UTC)

Il-UEFA Champions League 2008–09 kienet l-54 edizzjoni tal-kampjonat massimu għall-klabbs Ewropej u s-17-il edizzjoni taħt il-format kurrenti tal-UEFA Champions League. Il-finali saret ġewwa l-Istadju Olimpiku ta' Ruma fis-27 ta' Mejju 2009. Din kienet t-tmien darba li l-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins saret fl-Italja u r-raba' waħda fl-Istadju Olimpiku. Il-finali laqqgħet liċ-ċampjins renjanti, Manchester United, u lil Barcelona, li kienu rebħu dan it-turnew fl-2006. Barcelona rebħu l-partita 2–0, b'gowls ta' Samuel Eto'o u Lionel Messi, li b'hekk assiguraw ir-rebħ tat-Tripletta staġjonali.

Werrej

[editja] Sistema ta' kwalifikazzjoni

Total ta' 76 tim ipparteċipaw fiċ-Champions League 2008-09, minn 52 assoċjazzjoni tal-UEFA (minbarra l-Liechtenstein li ma torganizza l-ebda kampjonat domestiku). Il-pajjiżi huma allokati postijiet skont il-koeffiċjenti tal-UEFA.

Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2008-09:

  • Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 4-6 (Franza, Ġermanja, u Portugall): 3 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 7-15 (Olanda, Greċja, Russja, Rumanija, Skozja, Belġju, Ukrajna, Repubblika Ċeka, u Turkija): 2 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 16-53 (minbarra l-Liechtenstein): 1 tim

L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 28 ċampjin minn assoċjazzjonijiet 25-53

It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 14-il rebbieħ mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 8 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 17-24 (Żvizzera, Norveġja, Iżrael, Serbja, Danimarka, Awstrija, Polonja, u Ungerija)
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post tal-assoċjazzjonijiet 10-15

It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni: (32 tim)

  • 14-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 6 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 11-16
  • 3 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9 (l-Olanda jdaħħlu r-rebbieħa minn serje ta' logħob eliminatorji minflok li t-tim tat-tieni post jikkwalifikaw awtomatika)
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn assoċjazzjonijiet 1-6
  • 2 timijiet li spiċċaw fir-raba' post minn assoċjazzjonijiet 1-3

Fażi tal-gruppi: (32 tim)

  • rebbieħ kurrenti taċ-Champions League
  • 16-il rebbieħ mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 9 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 1-10
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 1-6

[editja] Rawnds ta' kwalifikazzjoni

[editja] L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni

Il-poloz għall-ewwel u t-tieni rawnd ġew imtellgħin nhar it-Tlieta, l-1 ta' Lulju 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fil-15 ta' Lulju u fis-16 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-22 ta' Lulju u fit-23 ta' Lulju 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Linfield Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq 1–3 Bandiera tal-Kroazja Dinamo Zagreb 0–2 1–1
Valletta Bandiera ta' Malta 0–3 Bandiera tas-Slovakkja Artmedia Petržalka 0–2 0–1
Dinamo Tbilisi Bandiera tal-Ġeorġja 3–1 Bandiera tal-Gżejjer Faroe NSÍ Runavík 3–0 0–1
Santa Coloma Bandiera tal-Andorra 2–7 Bandiera tal-Litwanja Kaunas 1–4 1–3
Murata Bandiera ta' San Marino 0–9 Bandiera tal-Żvezja IFK Göteborg 0–5 0–4
Llanelli Bandiera tal-Galles 1–4 Bandiera tal-Latvja Ventspils 1–0 0–4
Anorthosis Famagusta Bandiera ta' Ċipru 3–0 Bandiera tal-Armenja Pyunik Yerevan 1–0 2–0
Inter Baku Bandiera tal-Ażerbajġan (gbd) 1–1 Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja Rabotnički 0–0 1–1
Tampere United Bandiera tal-Finlandja 3–2 Bandiera tal-Montenegro Budućnost 2–1 1–1
F91 Dudelange Bandiera tal-Lussemburgu 0–3 Bandiera tas-Slovenja Domžale 0–1 0–2
Dinamo Tirana Bandiera tal-Albanija 1–4 Bandiera tal-Bożnija u Ħerżegovina Modriča 0–2 1–2
Aktobe Bandiera tal-Każakistan 1–4 Bandiera tal-Moldova Sheriff Tiraspol 1–0 0–4
Drogheda United Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda 3–1 Bandiera tal-Estonja Levadia 2–1 1–0
BATE Bandiera tal-Belarus 3–0 Bandiera tal-Iżlanda Valur 2–0 1–0

[editja] It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni

L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fid-29 ta' Lulju u fit-30 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fil-5 ta' Awwissu u fis-6 ta' Awwissu 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Rangers Bandiera tal-Iskozja 1–2 Bandiera tal-Litwanja Kaunas 0–0 1–2
Brann Bandiera tan-Norveġja (gbd) 2–2 Bandiera tal-Latvja Ventspils 1–0 1–2
Inter Baku Bandiera tal-Ażerbajġan 1–3 Bandiera tas-Serbja Partizan 1–1 0–2
Tampere United Bandiera tal-Finlandja 3–7 Bandiera tas-Slovakkja Artmedia Petržalka 1–3 2–4
Anorthosis Famagusta Bandiera ta' Ċipru 4–3 Bandiera tal-Awstrija Rapid Wien 3–0 1–3
Domžale Bandiera tas-Slovenja 2–6 Bandiera tal-Kroazja Dinamo Zagreb 0–3 2–3
Panathinaikos Bandiera tal-Greċja 3–0 Bandiera tal-Ġeorġja Dinamo Tbilisi 3–0 0–0
IFK Göteborg Bandiera tal-Żvezja 3–5 Bandiera tal-Iżvizzera Basel 1–1 2–4
Sheriff Tiraspol Bandiera tal-Moldova 0–3 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Sparta Prague 0–1 0–2
Drogheda United Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda 3–4 Bandiera tal-Ukrajna Dynamo Kyiv 1–2[1] 2–2
Anderlecht Bandiera tal-Belġju 3–4 Bandiera tal-Belarus BATE 1–2 2–2
Beitar Jerusalem Bandiera tal-Iżrael 2–6 Bandiera tal-Polonja Wisła Kraków 2–1 0–5
Fenerbahçe Bandiera tat-Turkija 7–0 Bandiera tal-Ungerija MTK Hungária 2–0 5–0
Aalborg BK Bandiera tad-Danimarka 7–1 Bandiera tal-Bożnija u Ħerżegovina Modriča 5–0 2–1

[editja] It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni

Il-poloz għat-tielet rawnd ġew imtellgħin nhar l-1 ta' Awwissu 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fit-12 ta' Awwissu u fit-13 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fis-26 ta' Awwissu u fis-27 ta' Awwissu 2008. It-timijiet telliefa minn kull konfront daħlu fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA, waqt li t-timijiet rebbieħa avvanzaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Anorthosis Famagusta Bandiera ta' Ċipru 3–1 Bandiera tal-Greċja Olympiacos 3–0 0–1
Vitória Guimarães Bandiera tal-Portugall 1–2 Bandiera tal-Iżvizzera Basel 0–0 1–2
Shakhtar Donetsk Bandiera tal-Ukrajna 5–1 Bandiera tal-Kroazja Dinamo Zagreb 2–0 3–1
Schalke 04 Bandiera tal-Ġermanja 1–4 Bandiera ta' Spanja Atlético Madrid 1–0 0–4
Aalborg BK Bandiera tad-Danimarka 4–0 Bandiera tal-Litwanja Kaunas 2–0 2–0
Barcelona Bandiera ta' Spanja 4–1 Bandiera tal-Polonja Wisła Kraków 4–0 0–1
Levski Sofia Bandiera tal-Bulgarija 1–2 Bandiera tal-Belarus BATE 0–1 1–1
Standard Liège Bandiera tal-Belġju 0–1 Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 0–0 0–1 (ħs)
Partizan Bandiera tas-Serbja 3–4 Bandiera tat-Turkija Fenerbahçe 2–2 1–2
Twente Bandiera tal-Olanda 0–6 Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 0–2 0–4
Spartak Moscow Bandiera tar-Russja 2–8 Bandiera tal-Ukrajna Dynamo Kyiv 1–4 1–4
Juventus Bandiera tal-Italja 5–1 Bandiera tas-Slovakkja Artmedia Petržalka 4–0 1–1
Brann Bandiera tan-Norveġja 1–3 Bandiera ta' Franza Marseille 0–1 1–2
Fiorentina Bandiera tal-Italja 2–0 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Slavia Prague 2–0 0–0
Galatasaray Bandiera tat-Turkija 2–3 Bandiera tar-Rumanija Steaua Bucureşti 2–2 0–1
Sparta Prague Bandiera tar-Repubblika Ċeka 1–3[2] Bandiera tal-Greċja Panathinaikos 1–2 0–1

[editja] Fażi tal-gruppi

Il-poloz itellgħu nhar it-28 ta' Awwissu 2008 f'Monako, ġurnata qabel is-Supertazza Ewropea 2008.[3]

[editja] Kriterji ta' spareġġ

Skont il-paragrafu 4.05 tar-regolament tal-UEFA għal dan l-istaġun, jekk żewġ skwadri jew aktar jispiċċaw pari fil-punti fl-aħħar tal-logħob tal-fażi tal-gruppi, jiġu applikati l-kriterji li jmiss biex tiġi stabbilita l-klassifika:

  1. l-akbar numru ta' punti miksbun kontra l-iskwadri fil-kwistjoni fil-fażi tal-gruppi;
  2. l-akbar differenza ta' gowls miksuba kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  3. l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  4. l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  5. numru akbar ta' gowls skurjati fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  6. numru akbar ta' punti ta' koëffiċjenti akkumulati mill-iskwadri fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni, matul il-ħames staġuni ta' qabel.
Leġġenda tal-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
Timijiet li għaddew mill-fażi tal-gruppi għall-fażi tal-eliminazzjoni
Timijiet eliminati imma li huma aċċettati għat-Tazza UEFA
Timijiet eliminati mill-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun

[editja] Grupp A

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Italja Roma 6 4 0 2 12 6 +6 12
Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 6 3 2 1 9 5 +4 11
Bandiera ta' Franza Bordeaux 6 2 1 3 5 11 −6 7
Bandiera tar-Rumanija CFR Cluj 6 1 1 4 5 9 −4 4

[editja] Grupp B

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Greċja Panathinaikos 6 3 1 2 8 7 +1 10
Bandiera tal-Italja Internazionale 6 2 2 2 8 7 +1 8
Bandiera tal-Ġermanja Werder Bremen 6 1 4 1 7 9 −2 7
Bandiera ta' Ċipru Anorthosis 6 1 3 2 8 8 0 6

[editja] Grupp Ċ

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera ta' Spanja Barcelona 6 4 1 1 18 8 +10 13
Bandiera tal-Portugall Sporting CP 6 4 0 2 8 8 0 12
Bandiera tal-Ukrajna Shakhtar Donetsk 6 3 0 3 11 7 +4 9
Bandiera tal-Iżvizzera Basel 6 0 1 5 2 16 −14 1

[editja] Grupp D

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 6 4 2 0 11 5 +6 14
Bandiera ta' Spanja Atlético Madrid 6 3 3 0 9 4 +5 12
Bandiera ta' Franza Marseille 6 1 1 4 5 7 −2 4
Bandiera tal-Olanda PSV Eindhoven 6 1 0 5 5 14 −9 3

[editja] Grupp E

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 6 2 4 0 9 3 +6 10
Bandiera ta' Spanja Villarreal 6 2 3 1 9 7 +2 9
Bandiera tad-Danimarka Aalborg BK 6 1 3 2 9 14 −5 6
Bandiera tal-Iskozja Celtic 6 1 2 3 4 7 −3 5

[editja] Grupp F

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Ġermanja Bayern 6 4 2 0 12 4 +8 14
Bandiera ta' Franza Lyon 6 3 2 1 14 10 +4 11
Bandiera tal-Italja Fiorentina 6 1 3 2 5 8 −3 6
Bandiera tar-Rumanija Steaua 6 0 1 5 3 12 −9 1

[editja] Grupp Ġ

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Portugall Porto 6 4 0 2 9 8 +1 12
Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 6 3 2 1 11 5 +6 11
Bandiera tal-Ukrajna Dynamo Kyiv 6 2 2 2 4 4 0 8
Bandiera tat-Turkija Fenerbahçe 6 0 2 4 4 11 −7 2

[editja] Grupp H

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Italja Juventus 6 3 3 0 7 3 +4 12
Bandiera ta' Spanja Real Madrid 6 4 0 2 9 5 +4 12
Bandiera tar-Russja Zenit St. Petersburg 6 1 2 3 4 7 −3 5
Bandiera tal-Belarus BATE 6 0 3 3 3 8 −5 3

[editja] Fażi eliminatorja

Mill-ewwel rawnd preliminarju għas-semifinali, il-klabbs jilgħabu żewġ partiti kontra xulxin ġewwa u barra minn darhom bl-istess regoli li applikaw fir-rawnd ta' kwalifika jibqgħu japplikaw. Fir-rawnd tal-aħħar sittax, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra t-tieni klassifikati li ma kinux fl-istess pajjiż jew li huma tal-istess oriġini. Għall-poloz tal-kwarti tal-finali u s-semifinali, il-klabbs huma elenkati skont ir-riżultati miksuba fil-grupp u l-ewwel fażi ta' eliminazzjoni tal-istaġun kurrenti (tmien partiti).

[editja] Tabella

  L-Aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                                         
 Bandiera ta' Franza Lyon 1 2 3  
 Bandiera ta' Spanja Barcelona 1 5 6  
   Bandiera ta' Spanja Barcelona 4 1 5  
   Bandiera tal-Ġermanja Bayern Munich 0 1 1  
 Bandiera tal-Portugall Sporting CP 0 1 1
 Bandiera tal-Ġermanja Bayern Munich 5 7 12  
   Bandiera ta' Spanja Barcelona (gbd) 0 1 1  
   Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 0 1 1  
 Bandiera ta' Spanja Real Madrid 0 0 0  
 Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 1 4 5  
   Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 1 4 5
   Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 3 4 7  
 Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 1 2 3
 Bandiera tal-Italja Juventus 0 2 2  
   Bandiera ta' Spanja Barcelona 2
   Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 0
 Bandiera tal-Italja Internazionale 0 0 0  
 Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 0 2 2  
   Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 2 1 3
   Bandiera tal-Portugall Porto 2 0 2  
 Bandiera ta' Spanja Atlético Madrid 2 0 2
 Bandiera tal-Portugall Porto (gbd) 2 0 2  
   Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 1 3 4
   Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 0 1 1  
 Bandiera ta' Spanja Villarreal 1 2 3  
 Bandiera tal-Greċja Panathinaikos 1 1 2  
   Bandiera ta' Spanja Villarreal 1 0 1
   Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 1 3 4  
 Bandiera tal-Ingilterra Arsenal (p) 1 0 1 (7)
 Bandiera tal-Italja Roma 0 1 1 (6)  

[editja] L-ewwel rawnd preliminarju

It-tlugħ tal-poloz saru fid-19 ta' Diċembru 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-ewwel rawnd eliminatorju ntlagħbu fl-24 u l-25 ta' Frar 2009, waqt li t-tieni leg intlagħbet fl-10 u l-11 ta' Marzu 2009.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Chelsea Bandiera tal-Ingilterra 3–2 Bandiera tal-Italja Juventus 1–0 2–2
Villarreal Bandiera ta' Spanja 3–2 Bandiera tal-Greċja Panathinaikos 1–1 2–1
Sporting CP Bandiera tal-Portugall 1–12 Bandiera tal-Ġermanja Bayern Munich 0–5 1–7
Atlético Madrid Bandiera ta' Spanja 2–2 (gbd) Bandiera tal-Portugall Porto 2–2 0–0
Lyon Bandiera ta' Franza 3–6 Bandiera ta' Spanja Barcelona 1–1 2–5
Real Madrid Bandiera ta' Spanja 0–5 Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 0–1 0–4
Arsenal Bandiera tal-Ingilterra 1–1 (7–6 p) Bandiera tal-Italja Roma 1–0 0–1 (ħs)
Internazionale Bandiera tal-Italja 0–2 Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 0–0 0–2

[editja] Kwarti tal-finali

Il-partiti mill-ewwel leg intlagħbu fis-7 u t-8 ta' April, waqt li dawk mit-tieni leg intlagħbu fl-14 u 15 ta' April.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Villarreal Bandiera ta' Spanja 1–4 Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 1–1 0–3
Manchester United Bandiera tal-Ingilterra 3–2 Bandiera tal-Portugall Porto 2–2 1–0
Liverpool Bandiera tal-Ingilterra 5–7 Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 1–3 4–4
Barcelona Bandiera ta' Spanja 5–1 Bandiera tal-Ġermanja Bayern Munich 4–0 1–1

[editja] Semifinali

Il-partiti mill-ewwel leg se jintlagħbu fit-28 ta' April, waqt li l-parti mit-tieni leg se jintlagħbu fil-5 u s-6 ta' Mejju 2009.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Manchester United Bandiera tal-Ingilterra 4–1 Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 1–0 3–1
Barcelona Bandiera ta' Spanja 1–1 (gbd) Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 0–0 1–1

[editja] Finali

Il-finali tal-UEFA Champions League 2009 intlagħbet fid-20:45 CEST tas-27 ta' Mejju 2009 ġewwa Stadio Olimpico ta' Ruma, fl-Italja. Barcelona rebħu l-konfront finali bl-iskor ta' 2–0, b'gowls ta' Samuel Eto'o u Lionel Messi. Din ir-rebħa fissret ukoll li huma saru l-ewwel tim Spanjol li rebaħ it-Tripletta. Għall-ħames sena konsekuttiva l-finalist kien tim Ingliż. Manchester United kienu l-ewwel ċampjins detenturi tat-tazza li wasslu sal-finali tal-kompetizzjoni minn mindu Juventus għamlu dan fl-1997, u kienu qed jimmiraw biex isiru l-ewwel klabb li jiddefendi din it-tazza minn mindu l-Milan irrepetew is-suċċess fl-1990.

27 ta' Mejju 2009
20:45 (UTC+2)
Barcelona Bandiera ta' Spanja 2 – 0 Bandiera tal-Ingilterra Manchester United Stadio Olimpico, Ruma
Attendenza: 65,467
Referi: Massimo Busacca (Żvizzera)
Eto'o Gowl 10'
Messi Gowl 70'
Rapport

[editja] Rebbieħ

Rebbieħ tal-UEFA Champions League 2008–09
Bandiera ta' Spanja
FC Barcelona
It-tielet titlu

[editja] L-aqwa skorers

Il-plejers segwenti huma l-aqwa skorers tal-UEFA Champions League 2008–09 (fażi tal-gruppi biss):

Poż. Isem Tim Gowls Ħin ta' logħob
1 Bandiera tal-Arġentina Lionel Messi Bandiera ta' Spanja Barcelona 9 982'44"
2 Bandiera tal-Ingilterra Steven Gerrard Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 7 580'36"
Bandiera tal-Ġermanja Miroslav Klose Bandiera tal-Ġermanja Bayern Munich 7 680'07"
4 Bandiera tal-Arġentina Lisandro López Bandiera tal-Portugall Porto 6 943'11"
5 Bandiera tat-Togo Emmanuel Adebayor Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 5 627'33"
Bandiera tal-Italja Alessandro Del Piero Bandiera tal-Italja Juventus 5 688'14"
Bandiera tal-Kosta tal-Avorju Didier Drogba Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 5 702'31"
Bandiera tal-Olanda Robin van Persie Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 5 716'34"
Bandiera ta' Franza Thierry Henry Bandiera ta' Spanja Barcelona 5 717'50"
Bandiera ta' Franza Karim Benzema Bandiera ta' Franza Lyon 5 731'13"

[editja] Referenzi

  1. ^ Il-partita ntlagħbet f'Dublin.
  2. ^ L-ordni tal-partiti ġew invertiti
  3. ^ UEFA sets Monaco agenda (Ingliż), UEFA, 05-08-2008 (Aċċessata nhar il-28-08-2008).

[editja] Ħoloq esterni