UEFA Champions League 2007-08

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
UEFA Champions League 2007-08
Dettalji tat-turnew
Dati 18 ta' Settembru 2007 – 21 ta' Mejju 2008
Parteċipanti  (minn 1 konfederazzjoni)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Bandiera tal-Ingilterra Manchester United (it-3 titlu)
It-Tieni post Silver medal blank.svg Bandiera tal-Ingilterra Chelsea
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 125
Gowls skorjati 330 (2.64 kull logħba)
Attendenza 5,380,947 (43,048 kull logħba)
L-aqwa plejer Bandiera tal-Portugall Cristiano Ronaldo

Il-UEFA Champions League 2007–08 kienet it-53 edizzjoni tal-kampjonat massimu tal-futbol Ewropew.

Il-finali ntlagħbet fil-21 ta' Mejju fi Stadju Luzhniki f'Moska, fejn Manchester United lagħbu kontra Chelsea, fejn b'hekk din il-finali kienet l-ewwel waħda fl-istorja tat-Tazza Ewropea bejn żewġ timijiet Ingliżi. Manchester United rebħu 6–5 bil-penalties, wara pari ta' 1–1 wara l-ħin supplementari.

Werrej

[editja] Sistema ta' kwalifikazzjoni

76 tim se jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League 2007–08 mit-53 assoċjazzjoni membru tal-UEFA. Kull assoċjazzjoni ddaħħal ċertu numru ta' klabbs fiċ-Champions League ibbażati skont il-koeffiċjenti tal-kampjonati; assoċjazzjonijiet ta' koëffiċjent għoli jistgħu jdaħħlu aktar minn assoċjazzjonijiet ta' koeffiċjenti baxx, imma l-ebda assoċjazzjoni tista' ddaħħal aktar minn erba' timijiet. Kull membru tal-UEFA huma garantiti li jkollhom ta' lanqas tim li jikkwalifika, bl-eċċezzjoni ta' Liechtenstein, li ma torganizza l-ebda kampjonat. Nazzjon ġdid se jieħu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena: il-Montenegro, wara s-seperazzjoni tas-Serbja u Montenegro. Iċ-ċampjins minn San Marino u Andorra jipparteċipaw ukoll minn din is-sena. Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2007-08:[1]

  • Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 4-6 (Franza, Ġermanja, u Portugall): 3 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 7-15 (Olanda, Greċja, Russja, Rumanija, Skozja, Belġju, Ukrajna, Repubblika Ċeka, u Turkija): 2 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 16-53: 1 tim

L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 28 ċampjin minn assoċjazzjonijiet 25-53 (mhux inkluża Liechtenstein)

It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 14-il rebbieħ mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 8 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 17-24 (Bulgarija, Iżrael, Norveġja, Awstrija, Serbja, Polonja, Danimarka, u Ungerija)
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post tal-assoċjazzjonijiet 10-15

It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni: (32 tim)

  • 14-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 7 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 10-16
  • 3 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn assoċjazzjonijiet 1-6
  • 2 timijiet li spiċċaw fir-raba' post minn assoċjazzjonijiet 1-3 (AC Milan, it-tim li spiċċa fir-raba' post mill-Italja, bħala ċampjins kurrenti, ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi tal-gruppi.

Fażi tal-gruppi: (32 tim)

  • rebbieħ kurrenti taċ-Champions League
  • 16-il rebbieħ mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 9 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 1-9
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9

[editja] Rawnds ta' kwalifikazzjoni

[editja] L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fis-17 ta' Lulju u fit-18 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-24 ta' Lulju u fil-25 ta' Lulju 2007.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Khazar Lenkoran Bandiera tal-Ażerbajġan 2–4 Bandiera tal-Kroazja Dinamo Zagreb 1–1 1–3 (ħs)
APOEL Bandiera ta' Ċipru 2–3 Bandiera tal-Belarus Bate 2–0 0–3 (ħs)
Sheriff Tiraspol Bandiera tal-Moldova 5–0 Bandiera tal-Andorra Rànger's 2–0 3–0
FH Bandiera tal-Iżlanda 4–1 Bandiera tal-Gżejjer Faroe HB 4–1 0–0
The New Saints Bandiera tal-Galles 4–4 (gbd) Bandiera tal-Latvja Ventspils 3–2 1–2
Pobeda Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja 0–1 Bandiera tal-Estonja FC Levadia 0–1 0–0
Olimpi Rustavi Bandiera tal-Ġeorġja 0–3 Bandiera tal-Każakistan Astana 0–0 0–3
Zeta Bandiera tal-Monako 5–4 Bandiera tal-Litwanja FBK Kaunas 3–1 2–3
Murata Bandiera ta' San Marino 1–4 Bandiera tal-Finlandja Tampere United 1–2 0–2
F91 Dudelange Bandiera tal-Lussemburgu 5–7 Bandiera tas-Slovakkja Žilina 1–2 4–5
Linfield Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq 0–1 Bandiera tal-Żvezja Elfsborg 0–0 0–1
Derry City[2] Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda 0–2 Bandiera tal-Armenja Pyunik 0–0 0–2
Marsaxlokk Bandiera ta' Malta 1–9 Bandiera tal-Bożnija u Ħerżegovina Sarajevo 0–6 1–3
Domžale Bandiera tas-Slovenja 3–1 Bandiera tal-Albanija KF Tirana 1–0 2–1

[editja] It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fil-31 ta' Lulju u fl-1 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fis-7 ta' Awwissu u fit-8 ta' Awwissu 2007.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Pyunik Bandiera tal-Armenja 1–4 Bandiera tal-Ukrajna Shakhtar Donetsk 0–2 1–2
Red Star Belgrade Bandiera tas-Serbja (gbd) 2–2 Bandiera tal-Estonja FC Levadia 1–0 1–2
Rangers Bandiera tal-Iskozja 3–0 Bandiera tal-Monako Zeta 2–0 1–0
Debrecen Bandiera tal-Ungerija 0–1 Bandiera tal-Żvezja Elfsborg 0–1 0–0
Zagłębie Lubin Bandiera tal-Polonja 1–3 Bandiera tar-Rumanija Steaua Bucureşti 0–1 1–2
Genk Bandiera tal-Belarus 2–2 (gbd) Bandiera tal-Bożnija u Ħerżegovina Sarajevo 1–2 1–0
Ventspils Bandiera tal-Latvja 0–7 Bandiera tal-Awstrija Red Bull Salzburg 0–3 0–4
Astana Bandiera tal-Każakistan 2–10 Bandiera tan-Norveġja Rosenborg 1–3 1–7
FH Bandiera tal-Iżlanda 2–4 Bandiera tal-Belarus BATE 1–3 1–1
Copenhagen Bandiera tad-Danimarka 2–1 Bandiera tal-Iżrael Beitar Jerusalem 1–0 1–1 (ħs)
Žilina Bandiera tas-Slovakkja 0–0 (3–4 p) Bandiera tar-Repubblika Ċeka Slavia Prague 0–0 0–0 (ħs)
Tampere United Bandiera tal-Finlandja 2–0 Bandiera tal-Bulgarija Levski Sofia 1–0 1–0
Domžale Bandiera tas-Slovenja 2–5 Bandiera tal-Kroazja Dinamo Zagreb 1–2 1–3
Beşiktaş Bandiera tat-Turkija 4–0 Bandiera tal-Moldova Sheriff Tiraspol 1–0 3–0

[editja] It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Awwissu 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-14 ta' Awwissu u fil-15 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-28 ta' Awwissu u fid-29 ta' Awwissu 2007. Rebbieħa f'dawn ir-rawnd ikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi, waqt li l-klabbs telliefa daħlu fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA. Minħabba l-mewt ta' Antonio Puerta, l-ewwel leg ta' Sevilla kontra AEK Athens kienet posposta għat-3 ta' Settembru.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
BATE Bandiera tal-Belarus 2–4 Bandiera tar-Rumanija Steaua 2–2 0–2
Tampere United Bandiera tal-Finlandja 0–5 Bandiera tan-Norveġja Rosenborg 0–3 0–2
Spartak Moscow Bandiera tar-Russja 2–2 (3–4 p) Bandiera tal-Iskozja Celtic 1–1 1–1 (ħs)
Werder Bremen Bandiera tal-Ġermanja 5–3 Bandiera tal-Kroazja Dinamo Zagreb 2–1 3–2
Red Bull Salzburg Bandiera tal-Awstrija 2–3 Bandiera tal-Ukrajna Shakhtar Donetsk 1–0 1–3
Ajax Bandiera tal-Olanda 1–3 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Slavia Prague 0–1 1–2
Valencia Bandiera ta' Spanja 5–1 Bandiera tal-Żvezja Elfsborg 3–0 2–1
Sarajevo Bandiera tal-Bożnija u Ħerżegovina 0–4 Bandiera tal-Ukrajna Dynamo Kyiv 0–1 0–3
Fenerbahçe Bandiera tat-Turkija 3–0 Bandiera tal-Belarus Anderlecht 1–0 2–0
Rangers Bandiera tal-Iskozja 1–0 Bandiera tas-Serbja Red Star Belgrade 1–0 0–0
Toulouse Bandiera ta' Franza 0–5 Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 0–1 0–4
Benfica Bandiera tal-Portugall 3–1 Bandiera tad-Danimarka Copenhagen 2–1 1–0
Lazio Bandiera tal-Italja 4–2 Bandiera tar-Rumanija Dinamo Bucharest 1–1 3–1
Sparta Prague Bandiera tar-Repubblika Ċeka 0–5 Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 0–2 0–3
Zürich Bandiera tal-Iżvizzera 1–3 Bandiera tat-Turkija Beşiktaş 1–1 0–2
Sevilla Bandiera ta' Spanja 6–1 Bandiera tal-Greċja AEK Athens 2–0 4–1

[editja] Fażi tal-gruppi

Il-poloz itellgħu nhar il-Ħamis, 30 ta' Awwissu 2007 f'Monako. Il-poloz kienu ospitati minn Pedro Pinto u kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. Il-partiti ntlagħbu bejn it-18 ta' Settembru u it-12 ta' Diċembru 2007.

[editja] Kriterji ta' spareġġ

Skont il-paragrafu 6.05 tar-Regolament tal-UEFA għal dan l-istaġun, jekk żewġ skwadri jew aktar jispiċċaw pari fil-punti fl-aħħar tal-logħob tal-fażi tal-gruppi, jiġu applikati l-kriterji li jmiss biex tiġi stabbilita l-klassifika:

  1. l-akbar numru ta' punti miksbun kontra l-iskwadri fil-kwistjoni fil-fażi tal-gruppi;
  2. l-akbar differenza ta' gowls miksuba kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  3. l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  4. l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  5. numru akbar ta' gowls skurjati fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  6. numru akbar ta' punti ta' koëffiċjenti akkumulati mill-iskwadri fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni, matul il-ħames staġuni ta' qabel
Leġġenda tal-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
Timijiet li għaddew mill-fażi tal-gruppi għall-fażi tal-eliminazzjoni
Timijiet eliminati imma li huma aċċettati għat-Tazza UEFA
Timijiet eliminati mill-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun

[editja] Grupp A

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Portugall Porto 6 3 2 1 8 7 +1 11
Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 6 3 1 2 18 5 +13 10
Bandiera ta' Franza Marseille 6 2 1 3 6 9 −3 7
Bandiera tat-Turkija Beşiktaş 6 2 0 4 4 15 −11 6

[editja] Grupp B

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 6 3 3 0 9 2 +7 12
Bandiera tal-Ġermanja Schalke 04 6 2 2 2 5 4 +1 8
Bandiera tan-Norveġja Rosenborg 6 2 1 3 6 10 −4 7
Bandiera ta' Spanja Valencia 6 1 2 3 2 6 −4 5

[editja] Grupp Ċ

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera ta' Spanja Real Madrid 6 3 2 1 13 9 +4 11
Bandiera tal-Greċja Olympiacos 6 3 2 1 11 7 +4 11
Bandiera tal-Ġermanja Werder Bremen 6 2 0 4 8 13 −5 6
Bandiera tal-Italja Lazio 6 1 2 3 8 11 −3 5

[editja] Grupp D

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Italja Milan 6 4 1 1 12 5 +7 13
Bandiera tal-Iskozja Celtic 6 3 0 3 5 6 −1 9
Bandiera tal-Portugall Benfica 6 2 1 3 5 6 −1 7
Bandiera tal-Ukrajna Shakhtar Donetsk 6 2 0 4 6 11 −5 6

[editja] Grupp E

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera ta' Spanja Barcelona 6 4 2 0 12 3 +9 14
Bandiera ta' Franza Lyon 6 3 1 2 11 10 +1 10
Bandiera tal-Iskozja Rangers 6 2 1 3 7 9 −2 7
Bandiera tal-Ġermanja Stuttgart 6 1 0 5 7 15 −8 3

[editja] Grupp F

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 6 5 1 0 13 4 +9 16
Bandiera tal-Italja Roma 6 3 2 1 11 6 +5 11
Bandiera tal-Portugall Sporting 6 2 1 3 9 8 +1 7
Bandiera tal-Ukrajna Dynamo Kyiv 6 0 0 6 4 19 −15 0

[editja] Grupp G

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera tal-Italja Internazionale 6 5 0 1 12 4 +8 15
Bandiera tat-Turkija Fenerbahçe 6 3 2 1 8 6 +2 11
Bandiera tal-Olanda PSV Eindhoven 6 2 1 3 3 6 −3 7
Bandiera tar-Russja CSKA Moscow 6 0 1 5 7 14 −7 1

[editja] Grupp H

Tim L R P T GF GK DG Pti
Bandiera ta' Spanja Sevilla 6 5 0 1 14 7 +7 15
Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 6 4 1 1 14 4 +10 13
Bandiera tar-Repubblika Ċeka Slavia Praha 6 1 2 3 5 16 −11 5
Bandiera tar-Rumanija Steaua Bucureşti 6 0 1 5 4 10 −6 1

[editja] Fażi eliminatorja

Mill-aħħar sittax li kkwalifikaw għas-semifinali, il-klabbs jilgħabu żewġ logħbiet waħda ġewwa darhom u l-oħra barra minn darhom bl-istess regoli bħal fil-fażi ta' kwalifikazzjoni jiġu applikati. Fl-aħħar sittax, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra klabbs li spiċċaw fit-tieni u mhux ma' timijiet li huma mill-istess gruppi jew nazzjon.

Il-poloz tal-ewwel fażi (dik tal-aħħar sittax) kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Diċembru 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Giorgio Marchetti, id-direttur tal-UEFA tal-futbol professjonali.

Il-poloz tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Marzu 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Rinat Dasayev, l-ambaxxatur tal-finali ta' Moska. Il-kontra tal-fażi tal-aħħar sittax, minn din il-fażi 'l quddiem, it-timijiet jistgħu jiltaqgħu ma' timijiet tal-istess grupp jew tal-istess pajjiż.

  L-aħħar Sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                                         
 Bandiera tal-Ġermanja Schalke 04 (p) 1 0 1(4)  
 Bandiera tal-Portugall Porto 0 1 1(1)  
   Bandiera tal-Ġermanja Schalke 04 0 0 0  
   Bandiera ta' Spanja Barcelona 1 1 2  
 Bandiera tal-Iskozja Celtic 2 0 2
 Bandiera ta' Spanja Barcelona 3 1 4  
   Bandiera ta' Spanja Barcelona 0 0 0  
   Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 0 1 1  
 Bandiera tal-Italja Roma 2 2 4  
 Bandiera ta' Spanja Real Madrid 1 1 2  
   Bandiera tal-Italja Roma 0 0 0
   Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 2 1 3  
 Bandiera ta' Franza Lyon 1 0 1
 Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 1 1 2  
   Bandiera tal-Ingilterra Manchester United (p) 1(6)
   Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 1(5)
 Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 0 2 2  
 Bandiera tal-Italja Milan 0 0 0  
   Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 1 2 3
   Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 1 4 5  
 Bandiera tal-Italja Liverpool 2 1 3
 Bandiera tal-Italja Internazionale 0 0 0  
   Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 1 2 3
   Bandiera tal-Ingilterra Chelsea (ħs) 1 3 4  
 Bandiera tat-Turkija Fenerbahçe (p) 3 2 5(3)  
 Bandiera ta' Spanja Sevilla 2 3 5(2)  
   Bandiera tat-Turkija Fenerbahçe 2 0 2
   Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 1 2 3  
 Bandiera tal-Greċja Olympiacos 0 0 0
 Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 0 3 3  

[editja] L-aħħar sittax

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fid-19 ta' Frar u fl-20 ta' Frar, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-4 ta' Marzu u fil-5 ta' Marzu 2008. Minħabba li Milan u Inter Milan jaqsmu l-istess grawnd, it-tieni leg tal-logħba bejn Inter Milan u Liverpool tmexxiet għall-11 ta' Marzu.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Celtic Bandiera tal-Iskozja 2–4 Bandiera ta' Spanja Barcelona 2–3 0–1
Lyon Bandiera ta' Franza 1–2 Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 1–1 0–1
Schalke 04 Bandiera tal-Ġermanja 1–1 (4–1p) Bandiera tal-Portugall Porto 1–0 0–1 (ħs)
Liverpool Bandiera tal-Ingilterra 3–0 Bandiera tal-Italja Internazionale 2–0 1–0
Roma Bandiera tal-Italja 4–2 Bandiera ta' Spanja Real Madrid 2–1 2–1
Arsenal Bandiera tal-Ingilterra 2–0 Bandiera tal-Italja Milan 0–0 2–0
Olympiacos Bandiera tal-Greċja 0–3 Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 0–0 0–3
Fenerbahçe Bandiera tat-Turkija 5–5 (3–2p) Bandiera ta' Spanja Sevilla 3–2 2–3 (ħs)

[editja] Kwarti tal-finali

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-1 ta' April u fit-2 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-8 ta' April u fid-9 ta' April 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Arsenal Bandiera tal-Ingilterra 3–5 Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 1–1 2–4
Roma Bandiera tal-Italja 0–3 Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 0–2 0–1
Schalke 04 Bandiera tal-Ġermanja 0–2 Bandiera ta' Spanja Barcelona 0–1 0–1
Fenerbahçe Bandiera tat-Turkija 2–3 Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 2–1 0–2

[editja] Semifinali

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fit-22 ta' April u fit-23 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-29 ta' April u fit-30 ta' April 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Liverpool Bandiera tal-Ingilterra 3–4 Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 1–1 2–3 (ħs)
Barcelona Bandiera ta' Spanja 0–1 Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 0–0 0–1

[editja] Finali

Il-finali tal-UEFA Champions League 2008 intlagħbet fil-21 ta' Mejju 2008 fil-Luzhniki Stadium f'Moska, ir-Russja. Il-finali kienet bejn Manchester United u Chelsea, fejn din kienet l-ewwel finali fejn iż-żewġ kontestanti kienu mill-Ingilterra.

United rebħu l-logħba 6-5 bil-penalties wara li l-partita spiċċat pari ta' 1-1. Cristiano Ronaldo fetaħ l-iskor fis-26 minuta, qabel ma' Frank Lampard kiseb il-pari ftit qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima. Ryan Giggs daħal bħala sostitut lejn l-aħħar tat-tieni taqsima fejn għamel is-759 apparenza fil-flokk ta' Manchester United, fejn stabilixxa rekord ġdid. Kmieni fil-ħin supplementari, Giggs kellu xutt salvat fuq il-linja minn John Terry. Lejn nofs it-tieni taqsima tal-ħin supplementari, kien hemm konfużjoni sħiħa li kienet tinvolvi lill-biċċa l-kbira tat-22 plejer fuq il-grawnd, u Didier Drogba ġie mkeċċi wara li ta daqqa ta' ħarta lil Nemanja Vidić quddiem ir-referì.

L-iskor baqa' l-istess, u l-partita marret għall-għoti tal-penalties. Chelsea marru fil-vantaġġ fit-tieni rawnd meta Cristiano Ronaldo ra l-penalty salvat minn Petr Čech, fejn ta ċ-ċans lil John Terry li jrebbaħ it-tazza lil Chelsea fil-ħames penalty. Madanakollu, il-kaptan ta' Chelsea x'ħin kien se jagħti żelaq u l-ballun ħabat mal-lasta u mar barra. Ryan Giggs skorja s-sebgħa penalty, qabel ma' Edwin van der Sar salva l-penalty minn Nicolas Anelka biex inkuruna lil Manchester United bħala ċampjins tal-Ewropa għat-tielet darba.

Manchester United irrapreżentaw lill-Ewropa fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2008.

21 ta' Mejju 2008
20:45
Manchester United Bandiera tal-Ingilterra 1 – 1 (ħs) Bandiera tal-Ingilterra Chelsea Luzhniki Stadium, Moska
Attendenza: 67,310
Referi: Bandiera tas-Slovakkja Ľuboš Micheľ
Ronaldo Gowl 26' Rapport Lampard Gowl 45'
  Penalties  
  Tévez Skurjat
Carrick Skurjat
Ronaldo Żbaljat
Hargreaves Skurjat
Nani Skurjat
Anderson Skurjat
Giggs Skurjat
6 – 5 Skurjat Ballack
Skurjat Belletti
Skurjat Lampard
Skurjat A. Cole
Żbaljat Terry
Skurjat Kalou
Żbaljat Anelka
 

[editja] Rebbieħ

Rebbieħ tal-UEFA Champions League 2007–08
Bandiera tal-Ingilterra
Manchester United FC
It-tielet titlu

[editja] L-aqwa skorers

L-aqwa skorers tal-UEFA Champions League 2007–08 (il-fażi tal-gruppi u l-fażi eliminatorja biss) huma:[3]

Poż. Isem Klabbs Gowls Ħin ta' logħob
1 Bandiera tal-Portugall Cristiano Ronaldo Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 7 1062'
2 Bandiera tal-Arġentina Lionel Messi Bandiera ta' Spanja Barcelona 6 756'
Bandiera ta' Spanja Fernando Torres Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 906'
Bandiera tal-Kosta tal-Avorju Didier Drogba Bandiera tal-Ingilterra Chelsea 1072'
Bandiera tal-Ingilterra Steven Gerrard Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 1145'
4 Bandiera tal-Olanda Ryan Babel Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 5 619'
Bandiera tal-Żvezja Zlatan Ibrahimović Bandiera tal-Italja Inter Milan 626'
Bandiera tal-Mali Frédéric Kanouté Bandiera ta' Spanja Sevilla 715'
Bandiera ta' Spanja Raúl González Bandiera ta' Spanja Real Madrid 716'
Bandiera tal-Brażil Deivid de Souza Bandiera tat-Turkija Fenerbahçe 844'
Bandiera tal-Olanda Dirk Kuyt Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 893'

[editja] Referenzi

  1. ^ Bert Kassies (Frar 2007). Il-lista ta' aċċess għat-Tazza taċ-Ċampjins
  2. ^ Shelbourne rebħu l-Football League of Ireland 2006 imma ma applikaw għal liċenzja tal-UEFA biex jieħdu sehem fiċ-Champions League. "Shels relinquish Champions League place" (Ingliż). RTÉ Sport (20-06-2007).
  3. ^ L-aqwa skorers - uefa.com

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':