Anderson Luís de Abreu Oliveira
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Anderson Luís de Abreu Oliveira | ||
| Twelid | 13 ta' April 1988 Porto Alegre |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.76 m | ||
| Rwol | Midfilder | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Manchester United | ||
| Numru | 8 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1993–2004 | Grêmio | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2004–2005 | Grêmio | 19 | (6) |
| 2005–2007 | Porto | 18 | (2) |
| 2007– | Manchester United | 55 | (1) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2007– | Brażil | 8 | (0) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 18:34, 12 Awwissu 2010 (UTC) |
|||
Anderson Luís de Abreu Oliveira, magħruf aħjar bħala Anderson (Porto Alegre, 13 ta' April 1988) huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab bħala midfilder mat-tim ta' Manchester United.
Werrej |
[editja] Karriera
[editja] Grêmio
Anderson beda l-karriera tal-futbol fis-settur ġovanili ta' Grêmio u fl-2005 hu ddebutta mat-tim, fejn lagħab b'kollox 5 partiti fis-Série B Brażiljana. Anderson kiseb simbolu ikoniku hekk kif skorja gowl memorabbli li ta lil Grêmio l-promozzjoni għas-Serie A, f'logħba eliminatorja kontra Nautico. Dan il-gowl jibqa' famuż minħabba li Grêmio kellhom biss seba' plejers fil-grawnd u kienu għadhom kemm raw lill-avversarji jitilfu penalty. Dan il-gowl ta lil Grêmio rebħa b'sorpriża ta' 1–0.
[editja] Porto
Hu ngħaqad ma' FC Porto f'Diċembru tal-2005 u għamel id-debut tiegħu fil-5 ta' Marzu 2006, fejn għen lit-tim jakkwista s-SuperLiga Portugiża f'dak l-istaġun. Hu ddebutta fiċ-Champions League kontra CSKA Moscow. Madanakollu, Anderson kellu jitlef ħames xhur tal-istaġun 2006–07 minħabba li kien kiser saqajh.[1].
[editja] Manchester United
Fit-30 ta' Mejju 2007, kien ikkonfermat mis-sit elettroniku ta' Manchester United li Anderson kien inxtara għal madwar £18 miljun.[2] Hu kiseb id-dritt tax-xogħol fl-Ingilterra fid-29 ta' Lulju 2007, u t-trasferiment kien ikkonfermat fit-2 ta' Lulju, b'Anderson jiffirma kuntratt ta' ħames snin.
Id-debutt tiegħu wasal f'partita ta' ħbiberija qabel il-bidu tal-istaġun kontra Doncaster Rovers. Hu ngħata n-numru 8, li kien intlibes minn Wayne Rooney l-istaġun ta' qabel.
Anderson iddebutta kompetittiviment fil-partita mill-kampjonat kontra Sunderland fl-1 ta' Settembru 2007. Hu kien sostitwt minn Louis Saha fi tmiem l-ewwel taqsima, fejn dan tal-aħħar skorja l-gowl tar-rebħa. Anderson imbagħad għamel id-debutt fiċ-Champions League kontra Sporting CP, fejn daħal bħala sostitut għal Ryan Giggs fis-76 minuta.
Fil-finali taċ-Champions League 2007–08 f'Moska, ġewwa r-Russja, Anderson daħal bħala sostitut fl-aħħar minuta tal-ħin supplementari biex jieħu post Wes Brown. Hu skorja s-sitt penalty waqt l-għoti tal-penalties. Fil-finali tal-League Cup 2009 kontra Tottenham Hotspur, Anderson daħal fil-partita fis-56 minuta għal Danny Welbeck. Hekk kif il-partita kellha tiġi deċiża bil-lotterija tal-penalties, Anderson skorja l-gowl li ta t-trofew lit-tim ta' United.[3]
L-ewwel gowl ta' Anderson bil-flokk aħmar ta' Manchester United wasal fit-12 ta' Settembru 2009 meta skorja kontra Tottenham Hotspur, fir-rebħa ta' 3–1 ġewwa White Hart Lane. Din kienet it-78 dehra tiegħu għat-tim tal-United.[4]
[editja] Internazzjonali
F'April tal-2005, hu kien imsejjaħ fit-tim Brażiljan għall-Kampjonat dinji ta' taħt is-sbatax-il sena, u f'Ottubru ta' wara hu rebaħ l-Ballun tad-Deheb tal-Adidas mat-tim nazzjonali tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ta' taħt is-sbatax-il sena 2005.
Id-debutt internazzjonali mat-tim tal-kbar wasal fis-27 ta' Ġunju 2007 fit-telfa ta' 2-0 kontra l-Messiku fil-Copa América, waqt li d-debutt mal-ewwel ħdax wasal fir-rebħa ta' 3–0 kontra ċ-Ċili.
F'Lulju tal-2008, il-kowċ tal-Brażil Dunga għażel lil Anderson fost it-tmintax il-plejer għall-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008.[5] Hu skorja l-ewwel gowl tal-Brażil fit-tieni partita tal-grupp kontra New Zealand, partita li rebħuha bl-iskor ta' 5–0. Hu rritorna lura miċ-Ċina b'midalja tal-bronż, bir-rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju.
[editja] Unuri
[editja] Klabb
- SuperLiga: 2005-06, 2006-07
- Taça de Portugal: 2005–06
- SuperCup Cândido de Oliveira: 2006–07
- Premier League: 2007–08, 2008–09
- UEFA Champions League: 2007–08
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs: 2008
- League Cup: 2008–09
[editja] Nazzjonal
- Copa América: 2007
[editja] Referenzi
- ^ Antony Kastrinakis. "Anderson's Leg Break Hell", 16-04-2008.
- ^ (Franċiż) "Transfers", 10-07-2007.
- ^ (Ingliż) "Man Utd 0-0 Tottenham (aet)", 01-03-2009.
- ^ (Ingliż) "Tottenham 1-3 Man Utd", 12-09-2009.
- ^ (Ingliż) "Ronaldinho gets Olympics go-ahead", 16-07-2008.
[editja] Ħoloq esterni
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Profil fuq ManUtd.com
|
|||||