Wes Brown

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Wes Brown Football pictogram.svg
W Brown.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Wesley Michael Brown
Twelid 13 ta' Ottubru 1979 (1979-10-13) (età 30)
Manchester
Pajjiż Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Tul 1.85 m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 6
Klabbs ġovanili
1992–1996 Manchester United
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
1996– Manchester United 206 (3)   
Tim nazzjonali
1999– Ingilterra 021 (1)

Aġġornament: 17:38, 24 Mejju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Wesley Michael "Wes" Brown (Manchester, 13 ta' Ottubru 1979) hu plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala difensur mat-tim tal-Premier League Manchester United.

Werrej

[editja] Karriera

F'età ta' tnax-il sena Brown ingħaqad mal-Akkademja ta' Manchester United, wara li kien qatta' xi snin jilgħab, bħala student, għall-Burnage High School u l-Fletcher Moss Rangers. Brown wera t-talent u l-maturità tiegħu f'età tenera, fejn iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma' Manchester United fl-14 ta' Novembru 1996, meta kull biss sbatax-il sena.

Brown għamel suċċess mat-timijiet ġovanili u tar-riservi fejn irnexxielu jirbaħ l-FA Youth Cup u kif ukoll midalja mar-riservi tal-Lancashire Division One. Mal-kollezzjoni tiegħu żied ukoll l-unur tal-Plejer Ġovanili tas-Sena.

Fl-4 ta' Mejju 1998, Brown għamel id-debutt mal-ewwel tim fil-Premiership kontra Leeds United bħala sostitut. L-iżblokk tiegħu wasal fis-sena ta' wara, fl-istaġun 1998–99, fejn għamel diversi apparenzi mal-ewwel tim bħala difensur fuq il-faxxa leminija kif ukoll fil-pożizzjoni naturali tiegħu ta' difensur ċentrali. L-istaġun ma setax jispiċċa aħjtar għal Brown, hekk kif United kisbu l-famuża Tripletta.

Waqt li kien qed jitħarreġ mal-iskwadra fil-kampanja tal-1999–2000, Brown sofra mill-ewwel fost ħafna waqfiet li għamel fil-karriera tiegħu mil-logħob. Bħala riżultat, ma lagħab l-ebda logħba kompettittiva matul l-istaġun, waqt li United marru biex jirbħu s-sitt titlu tal-Premier League fi tmien staġuni.

Ir-ritorn tiegħu s-sena ta' wara kien wieħed mill-aqwa fejn ġie mfaħħar minn kulħadd tal-ħila li wera, bil-kowċ tal-klabb Sir Alex Ferguson jistqarr li Brown kien l-aktar difensur ta' talent f'Manchester United.[1]

Kampanja tajba fl-istaġun 2000–01 ġie segwita minn sena oħra mill-aqwa fl-2001–02. Ir-reputazzjoni tiegħu kibret atkar matul l-istaġun 2002–03, imma għal darb'oħra l-prestazzjonijiet tiegħu kienu mwaqqfa minn xi uġigħ li sofra. Fl-aħħar ġurnata tal-istaġun Brown ġibed ligament tal-irkoppa, u ma reġax irritorna fl-azzjoni sa nofs l-istaġun 2003–04. Brown spiċċa l-istaġun b'forma tajba, fejn irnexxielu jagħmel prestazzjoni imperjali kontra Arsenal fis-semifinali tal-FA Cup. Kien wara din il-prestazzjoni li Ferguson reġa' stqarr li Brown hu "l-aqwa difensur naturali" fl-Ingilterra.[2] Minkejja dan kollu, Brown ma sabx postu fl-iskwadra Ingliża għall-Kampjonati Ewropej tal-2004.

Wara kważi tliet snin mingħajr ma jiskorja gowl fil-Premier League għal United, Brown skorja fit-23 ta' Marzu 2008 kontra r-rivali Liverpool, fir-rebħa ta' 3–0.

Wara li għall-bidu irrifjuta offerta ta' kuntratt ġdid f'Diċembru tal-2007,[3] Brown iffirma kuntratt ġdid ta' ħames snin flimkien mad-difensur Rio Ferdinand u l-midfilder Michael Carrick f'April tal-2008, li b'hekk se jżommu mal-klabb sal-2013.[4] Fl-4 ta' Ottubru 2008, Brown skorja r-raba' gowl tal-karriera tiegħu ma' Manchester United meta skorja b'daqqa ta' ras minn passaġġ ta' Wayne Rooney fir-rebħa li United għamlu fuq Blackburn Rovers bl-iskor ta' 2–0.

F'Novembru tal-2008 Wes Brown kien imġiegħel joqgħod barra mil-logħob għal ħames ġimgħat wara operazzjoni fl-irkoppa. Wara ħafna intoppi fit-triq tiegħu biex jirkupra mill-ġdid, Brown irritorna fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat meta lagħab id-90 minuta kollha kontra Hull City.[5]

[editja] Internazzjonali

Brown iddebutta mat-tim Ingliż kontra l-Ungerija nhar it-28 ta' April 1999. Hu ngħata post mat-tim Ingliż għat-Tazza tad-Dinja 2002.

Wara li ma ntgħażilx għat-Tazza tad-Dinja 2006, hu reġa' ġie msejjaħ mill-kowċ Steve McClaren, u lagħab fir-rebħa kontra l-Andorra nhar it-2 ta' Settembru fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn ħa post lil Rio Ferdinand li kien imweġġa biex ifforma koppja difensiva ma' John Terry.

Fabio Capello tah post mal-ewwel ħdax fl-ewwel żewġ partiti taħt il-gwida tat-tim nazzjonali kontra l-Iżvizzera u Franza. L-ewwel gowl fuq livell internazzjonali wasal kontra r-Repubblika Ċeka f'Wembley nhar l-20 ta' Awwissu.

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Bandiera tal-Ingilterra Manchester United

[editja] Statistika

Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn[6] Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Manchester United 1997–98 2 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 0
1998–99 24 0 2 0 1 0 4 0 0 0 21 0
1999–2000 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
2000–01 28 0 1 0 1 0 11 0 0 0 41 0
2001–02 17 0 0 0 0 0 7 0 0 0 24 0
2002–03 22 0 2 0 5 0 6 1 0 0 35 1
2003–04 17 0 6 0 0 0 2 0 0 0 25 0
2004–05 21 1 6 0 3 0 7 0 0 0 37 1
2005–06 19 0 4 0 5 0 3 0 0 0 31 0
2006–07 22 0 6 0 2 0 7 0 0 0 37 0
2007–08 36 1 4 0 1 0 10 0 1 0 52 1
2008–09 7 1 0 0 1 0 2 0 2 0 12 1
Total 205 3 31 0 19 0 59 1 3 0 317 4

Korretti sal-5 ta' Mejju 2009[7]

[editja] Referenzi

  1. ^ Wes Brown, Manchester United (Ingliż). TheFA.com (01-02-2006). Aċċessata nhar il-01-11-2008.
  2. ^ Scott the Red (22-09-2007). The Best Natural Defender In England (Ingliż). The Republik of Mancunia. Aċċessata nhar il-01-11-2008.
  3. ^ Brown snubs final contract offer (Ingliż). BBC Sport (2007-12-08). Aċċessata nhar il-01-11-2008.
  4. ^ Ferdinand signs new Man Utd deal (Ingliż). BBC Sport (18-04-2008). Aċċessata nhar il-01-11-2008.
  5. ^ Hull 0-1 Man Utd (Ingliż). BBC Sport (24-05-2009). Aċċessata nhar il-24-05-2009.
  6. ^ Tinkludi kompetizzjonijiet oħra, fosthom l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs
  7. ^ Wes Brown (Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Aċċessata nhar il-24-05-2009.

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':