Premier League

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

(Riindirizzat minn FA Premier League)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Għal użi oħra, ara Premier League (diżambigwazzjoni)
Premier League
Soccerball current event.svg Kampjonat tal-futbol Ingliż 2008-09
Premier League
Sport Futbol
Fundazzjoni 20 ta' Frar 1992
Parteċipanti 20 skwadra
Nazzjon(ijiet) Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Konfederazzjoni UEFA
L-aħħar rebbieħ Manchester United (2008-09)
L-aktar rebħiet Manchester United (11-il titlu)
Sit elettroniku www.premierleague.com

Il-Premier League (magħruf uffiċjalment bħala l-Barclays Premier League), hu kampjonat professjonali tal-futbol għall-klabbs li jinsabu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż. Hu fost l-iktar kampjonati sportivi segwiti fid-dinja u l-iktar kampjonat bi profitt.

Il-kompetizzjoni kienet ġiet fundata bħala FA Premier League fl-20 ta' Frar 1992 u l-ewwel sett ta' logħob intlagħbu fil-15 ta' Awwissu ta' dik l-istess sena, wara d-deċiżjoni mill-klabbs tal-Ewwel Diviżjoni biex jinfirdu mill-Football League u b'hekk jieħdu vantaġġ ta' drittijiet televiżivi; il-Football League kien serva bħala l-ewwel kompetizzjoni tal-futbol tal-Ingilterra u tal-Galles mill-1888. Minn dakinhar 'l hawn, il-Premier League sar l-aktar kampjonat sportiv li hu segwit[1] u l-aktar kampjonat tal-futbol bi qligħ, b'introjtu ta' £1.4 biljun fl-2005–06, u hu mistenni li jitla' għal madwar £1.8 biljun fl-2007–08.[2]

Total ta' 40 klabb ikkompetew fil-Premier League, imma erbgħa biss rebħu dan it-titlu: Manchester United, Blackburn Rovers, Arsenal u Chelsea. Iċ-ċampjin kurrenti tal-Premier League huma Manchester United, li rebħu l-ħdax-il titlu fl-istaġun 2008–09 u t-tielet wieħed konsekuttiv, l-akbar numru ta' titli minn kwalunkwe klabb ieħor tal-Premier League.

Werrej

[editja] Storja

[editja] Oriġini

Is-snin tmenin immarkaw żmien ikrah għall-futbol Ingliż. L-istadji kienu fi stat ħażin, il-benjamini kellhom faċilitajiet ħżiena, il-vandali kienu fl-aqwa tagħhom, u l-klabbs Ingliżi kienu sospiżi mill-kompetizzjonijiet Ewropej wara l-ġrajja ta' Heysel fl-1985.[3] L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League kienet 'il bogħod mil-livell tas-Serie A Taljana u tal-La Liga Spanjola f'dak li għandu x'jaqsam mal-attendenzi u affarijiet konċernati; ħafna plejers Ingliżi kienu telqu mill-Ingilterra biex jilgħabu barra.[4] Madanakollu, il-folja nqalbet mal-bidu tas-snin disgħin; l-Ingilterra għamlet suċċess fit-Tazza tad-Dinja 1990, fejn laħqet is-semifinali. Il-UEFA ssospendiet is-sospensjoni fl-1990 u t-"Taylor Report" dwar is-sigurtà tal-istadji, ippropona żvilupp fil-grawnds. Dan ġie ppublikat f'Jannar ta' dik is-sena.[5]

Ċampjins tal-Premier League
Staġun Rebbieħ
1992–93 Manchester United
1993–94 Manchester United
1994–95 Blackburn Rovers
1995–96 Manchester United
1996–97 Manchester United
1997–98 Arsenal
1998–99 Manchester United
1999–00 Manchester United
2000–01 Manchester United
2001–02 Arsenal
2002–03 Manchester United
2003–04 Arsenal
2004–05 Chelsea
2005–06 Chelsea
2006–07 Manchester United
2007–08 Manchester United
2008–09 Manchester United

Il-flus mit-televiżjoni kien beda jkun importanti; il-Football League rċeviet biss £6.3 miljun għal ftehim ta' sentejn fl-1986, imma meta l-ftehim reġa' sar fl-1988, il-prezz tela' għal £44 miljun għal erba' snin.[6] Hekk kif il-grawnds saru aħjar, l-attendenza żdiedet u ħafna klabbs kbar ikkunsidraw jekk jitilqux il-Football League biex b'hekk ikabbru l-influss ta' flus.

[editja] Fundazzjoni

F'għeluq tal-istaġun 1991, kienet ġiet ideata proposta ta' stabbiliment ta' kampjonat ġdid li kien jġib aktar flus. Il-Ftehim tal-Membri Fundatarji, iffirmat fis-17 ta' Lulju 1991 mit-timijiet tal-aqwa serje, stabbilixxew il-prinċipji bażiċi biex issir l-FA Premier League.[7] L-aqwa diviżjoni li kienet għadha kemm ġiet fundata kien se jkollha independenza kummerċjali mill-Football Association u l-Football League, fejn jagħti lill-FA Premier League il-liċenzja li tinnegozja ix-xandar tagħha u ftehim ta' sponsorizazzjoni. Din kienet ikkunsidrata bħala neċessarja biex klabbs Ingliżi jistgħu għal darb'oħra jikkompetu u jirbħu lill-aqwa tal-Ewropa, waqt li jattiraw l-aqwa talent tad-dinja, xi ħaġa li fl-1991 kienet prattikkament impensabbli.[8]

Fl-1992, il-klabbs tal-First Division irriżenjaw mill-Football League u fis-27 ta' Marzu 1992, l-FA Premier League kienet iffurmata bħala kumpanija li kienet limitata għal uffiċċju sakemm imxew għall-kwartieri ġenerali f'Lancaster Gate.[4] Dan kien ifisser separazzjoni tal-Football League li kienet ilha sservi bl-erba' diviżjonijiet tagħha għal 104 snin; il-Premier League kienet se topera b'diviżjoni waħda u l-Football League bi tlieta. Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-format tal-kompetizzjoni; l-istess numru ta' timijiet li jikkompetu fl-aqwa serje, u promozzjoni u relegazzjoni bejn il-Premier League u l-First Division il-ġdida baqgħet l-istess bħall-First u s-Second Division l-antiki.

It-22 membri inawgurali tal-Premiership kienu Arsenal, Aston Villa, Blackburn Rovers, Chelsea, Coventry City, Crystal Palace, Everton, Ipswich Town, Leeds United, Liverpool, Manchester City, Manchester United, Middlesbrough, Norwich City, Nottingham Forest, Oldham Athletic, Queens Park Rangers, Sheffield United, Sheffield Wednesday, Southampton, Tottenham Hotspur, u Wimbledon FC.

[editja] Stabbiliment

sal-2007 kien hemm 15-il staġun komplut tal-Premier League. L-ewwel staġun tal-kampjonat sar fl-1992–93 u oriġinarjmanet kien kompost minn 22 klabb. L-ewwel gowl tal-Premiership sar minn Brian Deane ta' Sheffield United fir-rebħa ta' 2–1 kontra Manchester United. Wara l-insistenza mill-FIFA, in-numru ta' timijiet naqas għal għoxrin fl-1995 meta erba' timijiet kienu relegati u tnejn biss promossi. Fit-8 ta' Ġunju 2006, il-FIFA xtaqet li kull kampjonat kbir fl-Ewropa, li jinkludi wkoll is-Serie A Taljana u l-La Liga Spanjola, in-numru ta' timijiet ikun ta' tmintax mal-bidu tal-istaġun 2007–08. Il-Premier League ħabbret l-intenzjoni li tirreżisti l-idea tan-nuqqas ta' timijiet.[9] L-istaġun 2007-08, fl-aħħar beda b'20 tim. Il-kampjonat biddel ismu minn FA Premier League għal sempliċiment Premier League fl-2007.[10] F'dak l-istess staġun kien hemm diskussjoni dwar jekk ikunx hemm id-39 logħba, fejn din tintlagħab barra mill-Ingilterra.[11]

[editja] Struttura

Il-Premier League hu operat bħala korporazzjoni li hi pposseduta mill-għoxrin klabb. Kull klabb hu kkunsidrat bħala azzjonista b'vot kull wieħed fuq regoli li jkunu se jinbidlu u l-kuntratti. Il-klabbs jeleġġu ċ-ċermen, iċ-ċif eżekuttiv, u l-bord tad-diretturi biex jieħdu ħsieb l-operazzjonijiet ta' kuljum dwar il-kampjonat.[12] Il-Football Association mhix involuta direttament fl-operazzjonijiet tal-Premier League, però għandha poter bħala azzjonista speċjali matul l-elezzjonijiet tal-pożizzjonijiet għoljin u meta regoli ġodda jiġu introdotti.

Il-Premier League jibgħat repreżentattivi għall-Forum tal-Klabbs Ewropej tal-UEFA. Dan il-forum huwa responsabbli biex jeleġġi tliet membri għall-Kumitat tal-Kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA, li hi involuta fl-operazzjonijiet tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA bħaċ-Champions League u t-Tazza UEFA.[13]

[editja] Klabbs tal-Premier League

Total ta' erbgħin klabb ħadu sehem fil-Premier League bejn l-1992 u l-2006. Żewġ klabbs oħra (Luton Town u Notts County) kienu iffirmaw kuntratt mal-Premier League u li kienu ristretti bih, imma spiċċaw relegati qabel l-inawgurazzjoni tal-istaġun tal-Premiership u minn dak iż-żmien qatt ma reġgħu telgħu f'din l-ogħla diviżjoni.

Seba' klabbs ilhom membri tal-Premiership mill-bidu tagħha u komplew l-istaġuni kollha (15). Dan il-grupp jikkonsisti minn Arsenal, Aston Villa, Chelsea, Everton, Liverpool, Manchester United u Tottenham Hotspur.

[editja] Timijiet tal-istaġun 2008-09

Klabb
Pożizzjoni
fl-2007–08
L-ewwel staġun
fl-aqwa serje
Numru ta' staġuni
fl-aqwa serje
Titli fl-
aqwa serje
Arsenala,b,ċ 3 1904–05 92 13
Aston Villaa,b,ċ 6 1888–89 98 7
Blackburn Roversa 7 1888–89 69 3
Bolton Wanderers 16 1888–89 70 0
Chelseaa,b,ċ 2 1907–08 74 3
Evertona,b,ċ 5 1888–89 106 9
Fulhamċ 17th 1949–50 20 0
Hull Cityċ 3 (Championship) 2008–09 1 0
Liverpoola,b,ċ 4 1894–95 94 18
Manchester Citya 9 1899–1900 80 2
Manchester Uniteda,b,ċ 1 1892–93 84 17
Middlesbrougha 13 1902–03 60 0
Newcastle Unitedċ 12 1898–99 79 4
Portsmouthċ 8 1927–28 32 2
Stoke Cityċ 2 (Championship) 1888–89 53 0
Sunderland 15 1890–91 78 6
Tottenham Hotspura,b,ċ 11 1909–10 74 2
West Bromwich Albion 1 (Championship) 1888–89 72 1
West Ham United 10 1923–24 52 0
Wigan Athleticċ 14 2005–06 4 0

a = Membri fundatarji tal-Premier League
b = Lagħbu f'kull edizzjoni tal-Premier League
ċ = Qatt ma ġew relegati mill-Premier League

[editja] Plejers

Il-klabbs tal-Premier League għandhom kważi libertà kompluta fuq ix-xiri ta' kwalunkwe numru u kategorija ta' plejers li jixtiequ. M'hemm l-ebda limitu ta' salarju ta' tim jew individwu, m'hemm l-ebda limitu dwar id-daqs tal-iskwadra, m'hemm l-ebda restrizzjonijiet dwar l-età ħlief dawk applikati mil-liġi tal-impjieg ġenerali, l-ebda restrizzjoni fuq in-numru ta' plejers barranin, u restrizzjoni żgħira fuq plejers barranin — il-plejers kollha b'nazzjonalità tal-Unjoni Ewropea, li jinkludu dawk li għandhom iċ-ċans li jakkwistaw passaport tal-UE permezz ta' xi ġenitur jew nannu/a, huma eleġibbli li jilgħabu, u plejers barra l-UE għandhom iċ-ċans li jiksbu l-permessi għax-xogħol fir-Renju Unit. L-uniku erja fejn ir-regoli ta' reġistrazzjoni tal-plejers tal-Premier League huma aktar ristretti minn dawk ta' kampjonati nazzjonali oħra, hi dik lfejn il-plejers fuq livell akkademiku li mhumiex mill-UE għandhom ftit aċċess għall-futbol Ingliż.[14]

Fil-bidu tal-FA Premier League 1992–93, ħdax-il plejer biss li kienu msemmijin fl-ewwel ħdax tat-timijiet mill-ewwel rawnd kienu barranin (plejers barra mir-Renju Unit u mir-Repubblika Irlandiża).[15] Fl-istaġun 2000–01, in-numru ta' barranin li kienu qed jieħdu sehem fil-Premier League kienu 36%. Fl-istaġun 2004–05 in-numru żdied għal 45%. Fis-26 ta' Diċembru 1999, Chelsea sar l-ewwel tim fil-Premier League li fl-ewwel ħdax tal-partita kienu kollha barranin, u fl-14 ta' Frar 2005 Arsenal kienu l-ewwel biex sejħu sittax-il plejer għal logħba, kollha jkunu ta' nazzjonalità barranija. L-ebda kowċ Ingliż ma rebaħ il-Premier League; erba' kowċis li rebħu dan it-titlu huma żewġ Skoċċiżi (Sir Alex Ferguson - Manchester United, disa' rebħiet; Kenny Dalgish - Blackburn Rovers, rebħa waħda), Franċiż (Arsène Wenger - Arsenal, tliet rebħiet) u Portugiż (José Mourinho - Chelsea, żewġ rebħiet).

Fl-1999 il-Home Office saħħet aktar ir-regoli biex il-plejers li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea, ikollhom permess biex jilgħabu.[16] Kurrentament, plejer li mhux ġej miż-żona tal-Unjoni Ewropea jrid tal-anqas ikun lagħab għal pajjiżu tal-anqas 75% mil-logħob kompetittiv tat-tim u li jkun ilu parti mill-iskwadra għal sentejn. Pajjiżu jrid ikun ikklassifika f'medja tal-inqas mis-70 post fil-klassifika mondjali tal-FIFA f'dawk l-aħħar sentejn. Jekk plejer ma' jilħaqx dawn il-kriterji, il-klabb li jkun se jieħu s-servizzi tiegħu jistgħu jappellaw jekk jemmnu li hu talent speċjali u li jkollu s-saħħa biex jikkontrubwixxi sinjifikament għall-iżvilupp tal-logħba fir-Renju Unit.[14]

Aktar minn 260 plejer barrani jilgħabu fil-kampjonat, u 101 plejer li jilagħbu fil-kampjonat Ingliż ikkompetew fit-Tazza tad-Dinja 2002 fil-Korea u l-Ġappun. Fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja, il-Premier League kien l-aktar kampjonat rappreżentat b'aktar minn tmenin plejer fil-kompetizzjoni, inklużi wkoll 21 tat-23 plejer fl-iskwadra Ingliża.

Ir-rekord tat-trasferimenti tal-Premier League inkiser diversi drabi mill-bidu ta' din il-kompetizzjoni. Qabel il-bidu tal-ewwel staġun tal-Premier League, Alan Shearer sar l-ewwel plejer Brittaniku li nxtara għal aktar minn £3 miljun.[17] Dan ir-rekord mal-ewwel tela' mal-ewwel ftit staġuni tal-Premier League, sakemm Alan Shearer għamel rekord dinji meta ngħaqad ma' Newcastle United għal somma ta' £15-il miljun fl-1996.[17] Dan kien rekord Brittaniku għal erba' snin sakemm Leeds United ħallsu £18-il miljun lil West Ham għall-akkwist ta' Rio Ferdinand.[17] Manchester United sussegwentament kisru r-rekord tliet darbiet bl-akkwisti ta' Ruud van Nistelrooy, Juan Sebastián Verón u Rio Ferdinand.[18][19] sal-2007, ir-rekord hu f'idejn Andry Shevchenko, li ngħaqad ma' Chelsea minn AC Milan f'Mejju 2006. Il-figura eżatta ma kinitx pubblikata, imma hi rappurtata li hi madwar it-£30 miljun.[20]

[editja] L-aqwa skorers

L-aqwa skorers fil-Premier League
(ta' kull żmien)
Poż. Plejer Gowls
1 Bandiera tal-Ingilterra Alan Shearer 260
2 Bandiera tal-Ingilterra Andrew Cole 187
3 Bandiera ta' Franza Thierry Henry 174
4 Bandiera tal-Ingilterra Robbie Fowler 161
5 Bandiera tal-Ingilterra Les Ferdinand 150
6 Bandiera tal-Ingilterra Teddy Sheringham 147
7 Bandiera tal-Ingilterra Michael Owen 144
8 Bandiera tal-Olanda Jimmy Floyd Hasselbaink 128
9 Bandiera tat-Trinidad u Tobago Dwight Yorke 123
10 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Robbie Keane 113
Statistika aġġornata sas-6 ta' Meju2009

Tipa ħoxna – plejers li għadhom attivi fil-Premier League
Tipa korsiva – plejers li għadhom jilgħabu futbol professjonali[21]

Il-plejers fil-Premier League jistgħu jikkompetu għall-kompetizzjonijiet informali tal-Gowl tax-Xahar u l-Gowl tal-iStaġun. Titli oħra li plejers jista' jikkompetu għalih jinkludu l-aqwa skorer tal-istaġun. L-attakkant ta' Blackburn Rovers u Newcastle United Alan Shearer iżomm ir-rekord tal-aktar gowls skurjati fil-Premiership b'total ta' 260 gowl. Shearer spiċċa għal għaxar darbiet minn erbatax-il staġun fost l-għaxra l-aqwa skorer tal-Premier League u rebaħ it-titlu tal-aktar skorer tliet darbiet. Matul l-istaġun 1995-96 hu sar l-ewwel plejer li skorja 100 gowls fil-Premier League.[22]

Mill-ewwel staġun tal-Premier League fl-1992–93, tlettax-il plejer rebħu jew qasmu t-titlu tal-aqwa skorers. Thierry Henry rebaħ it-tielet wieħed konsekuttiv (u r-raba' fuq kollox) b'total ta' 27 gowl fl-istaġun 2005–06. Dan in-numru għadda l-firma ta' tliet titli ta' Shearer. Rebbieħa oħra jinkludu Michael Owen u Jimmy Floyd Hasselbaink li rebħu żewġ titli kull wieħed. Andrew Cole u Alan Shearer iżommu r-rekord tal-aktar numru ta' gowls fi staġun (34) - għal Newcastle United u Blackburn Rovers rispettivament. Ir-rekord ta' Cole ġie fl-1993–94 waqt li ta' Shearer wasal fl-istaġun ta' wara, ilkoll fi staġun ta' 42 logħba.[23] Il-marka ta' Shearer ta' 31 gowl minn staġun ta' 38 logħba fl-istaġun 1995–96 kien ugwaljat fl-istaġun 2007–08 minn Cristiano Ronaldo, marka li għeleb ir-rekord tal-aktar gowls skurjati minn midfilder fi staġun.[24]

Manchester United saru l-ewwel tim li skorjaw 1,000 gowl fil-kampjonat meta Cristiano Ronaldo skorja, f'telfa ta' 4–1 kontra Middlesbrough fl-istaġun 2005–06. L-Arsenal hu l-uniku tim ieħor li laħaq dan it-tragward. L-aktar partita li pprovdiet gowls sal-lum fil-Premier League seħħet fit-29 ta' Settembru 2007 meta Portsmouth rebħu 7–4 lil Reading.[25]

Ryan Giggs ta' Manchester United hu l-uniku plejer li kellu l-unur li jiskorja fis-sbatax-il edizzjoni tal-Premier League.[26]

[editja] Referenzi

  1. ^ Campbell, Dennis. United (versus Liverpool) Nations (Ingliż), The Observer, 06-01-2002 (Aċċessata nhar il-21-04-2008).
  2. ^ Premier League clubs’ profits are set to double (Ingliż). Deloitte (31-05-2007). Aċċessata nhar il-21-04-2008.
  3. ^ 1985: English teams banned after Heysel (Ingliż), BBC Archive (Aċċessata nhar il-20-04-2008).
  4. ^ a b A History of The Premier League (Ingliż). Premier League. Aċċessata nhar il-08-01-2008.
  5. ^ The Taylor Report (Ingliż). Footballnetwork. Aċċessata nhar il-21-04-2008.
  6. ^ Fact Sheet 8: British Football on Television (Ingliż). University of Leicester Centre for the Sociology of Sport. Aċċessata nhar il-12-08-2008.
  7. ^ In the matter of an agreement between the Football Association Premier League Limited and the Football Association Limited and the Football League Limited and their respective member clubs (Ingliż), HM Courts Service, 2006 (Aċċessata nhar il-22-04-2008).
  8. ^ A history of the Premier League (Ingliż), Sit uffiċjali tal-Premier League (Aċċessata nhar il-15-08-2007).
  9. ^ Fifa wants 18-team Premier League (Ingliż), BBC (Aċċessata nhar il-18-04-2008).
  10. ^ Premier League and Barclays Announce Competition Name Change (PDF), Premier League (Aċċessata nhar il-20-04-2008).
  11. ^ FA concerned over top-flight plan (Ingliż). BBC Sport (15-02-2008). Aċċessata nhar il-20-04-2008.
  12. ^ Our relationship with the clubs (Ingliż). Premier League. Aċċessata nhar il-19-04-2008.
  13. ^ European Club Forum (Ingliż). UEFA. Aċċessata nhar il-20-04-2008.
  14. ^ a b Work permit arrangements for football players (Ingliż). Home Office. Aċċessata nhar il-12-08-2008.
  15. ^ Ron Atkinson. England need to stem the foreign tide (Ingliż), The Guardian, 23-08-2002 (Aċċessata nhar il-08-04-2008).
  16. ^ New Work Permit Criteria for Football Players Announced (Ingliż). Department for Education and Employment (02-07-1999). Aċċessata nhar il-01-08-2007.
  17. ^ a b c From £250,000 to £29.1m (Ingliż), Observer, 05-03-2006 (Aċċessata nhar il-05-01-2008).
  18. ^ Veron and Other Top Transfers (Ingliż), 4thegame (Aċċessata nhar il-02-12-2007).
  19. ^ Leeds sell Rio for £30 million (Ingliż), Daily Telegraph, 21-07-2002 (Aċċessata nhar il-02-12-2007).
  20. ^ Chelsea complete Shevchenko deal (Ingliż), BBC, 31-05-2006 (Aċċessata nhar il-02-12-2007).
  21. ^ News of the World Football Annual 2007-2008, HarperSport, ISBN 0007255551
  22. ^ Becky Gamester. Super Shearer (Ingliż). BBC. Aċċessata nhar il-16-12-2007.
  23. ^ Barclaycard Premiership top scorers (Ingliż). 4thegame (20-01-2004). Aċċessata nhar il-16-12-2007.
  24. ^ Fergie deserves his victory dance (Ingliż), Sporting Life, 11-05-2008 (Aċċessata nhar il-12-08-2008).
  25. ^ Portsmouth 7–4 Reading (Ingliż). BBC (29-09-2007). Aċċessata nhar il-12-08-2008.
  26. ^ Ryan Giggs trivia (Ingliż). TV.com. Aċċessata nhar il-16-12-2007.

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':