UEFA Champions League 2008–09Dettalji tal-kompetizzjoni |
---|
Dati |
16 ta' Settembru 2008 – 27 ta' Mejju 2009 |
---|
Parteċipanti |
32 (minn konfederazzjoni waħda) |
---|
Pożizzjonijiet finali |
---|
Rebbieħ |
Barcelona |
---|
It-Tieni post |
Manchester United |
---|
Statistika tal-kompetizzjoni |
---|
Partiti |
125 |
---|
Gowls skorjati |
329 (2.63 kull logħba) |
---|
Attendenza |
5,008,404 (40,067 kull logħba) |
---|
L-aqwa skorer(s) |
Lionel Messi (9 gowls) |
---|
|
Il-UEFA Champions League 2008–09 kienet l-54 edizzjoni tal-kampjonat massimu għall-klabbs Ewropej u s-17-il edizzjoni taħt il-format kurrenti tal-UEFA Champions League. Il-finali saret ġewwa l-Istadju Olimpiku ta' Ruma fis-27 ta' Mejju 2009. Din kienet t-tmien darba li l-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins saret fl-Italja u r-raba' waħda fl-Istadju Olimpiku. Il-finali laqqgħet liċ-ċampjins renjanti, Manchester United, u lil Barcelona, li kienu rebħu dan it-turnew fl-2006. Barcelona rebħu l-partita 2–0, b'gowls ta' Samuel Eto'o u Lionel Messi, li b'hekk assiguraw ir-rebħ tat-Tripletta staġjonali.
Total ta' 76 tim ipparteċipaw fiċ-Champions League 2008-09, minn 52 assoċjazzjoni tal-UEFA (minbarra l-Liechtenstein li ma torganizza l-ebda kampjonat domestiku). Il-pajjiżi huma allokati postijiet skont il-koeffiċjenti tal-UEFA.
Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2008-09:
- Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 4-6 (Franza, Ġermanja, u Portugall): 3 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 7-15 (Olanda, Greċja, Russja, Rumanija, Skozja, Belġju, Ukrajna, Repubblika Ċeka, u Turkija): 2 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 16-53 (minbarra l-Liechtenstein): 1 tim
L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)
- 28 ċampjin minn assoċjazzjonijiet 25-53
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)
- 14-il rebbieħ mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 8 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 17-24 (Żvizzera, Norveġja, Iżrael, Serbja, Danimarka, Awstrija, Polonja, u Ungerija)
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post tal-assoċjazzjonijiet 10-15
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni: (32 tim)
- 14-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 6 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 11-16
- 3 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9 (l-Olanda jdaħħlu r-rebbieħa minn serje ta' logħob eliminatorji minflok li t-tim tat-tieni post jikkwalifikaw awtomatika)
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn assoċjazzjonijiet 1-6
- 2 timijiet li spiċċaw fir-raba' post minn assoċjazzjonijiet 1-3
Fażi tal-gruppi: (32 tim)
- rebbieħ kurrenti taċ-Champions League
- 16-il rebbieħ mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 9 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 1-10
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 1-6
Il-poloz għall-ewwel u t-tieni rawnd ġew imtellgħin nhar it-Tlieta, l-1 ta' Lulju 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fil-15 ta' Lulju u fis-16 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-22 ta' Lulju u fit-23 ta' Lulju 2008.
L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fid-29 ta' Lulju u fit-30 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fil-5 ta' Awwissu u fis-6 ta' Awwissu 2008.
Il-poloz għat-tielet rawnd ġew imtellgħin nhar l-1 ta' Awwissu 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fit-12 ta' Awwissu u fit-13 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fis-26 ta' Awwissu u fis-27 ta' Awwissu 2008. It-timijiet telliefa minn kull konfront daħlu fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA, waqt li t-timijiet rebbieħa avvanzaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.
Il-poloz itellgħu nhar it-28 ta' Awwissu 2008 f'Monako, ġurnata qabel is-Supertazza Ewropea 2008.[3]
Skont il-paragrafu 4.05 tar-regolament tal-UEFA għal dan l-istaġun, jekk żewġ skwadri jew aktar jispiċċaw pari fil-punti fl-aħħar tal-logħob tal-fażi tal-gruppi, jiġu applikati l-kriterji li jmiss biex tiġi stabbilita l-klassifika:
- l-akbar numru ta' punti miksbun kontra l-iskwadri fil-kwistjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar differenza ta' gowls miksuba kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
- numru akbar ta' gowls skurjati fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
- numru akbar ta' punti ta' koëffiċjenti akkumulati mill-iskwadri fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni, matul il-ħames staġuni ta' qabel.
Leġġenda tal-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
|
Timijiet li għaddew mill-fażi tal-gruppi għall-fażi tal-eliminazzjoni
|
Timijiet eliminati imma li huma aċċettati għat-Tazza UEFA
|
Timijiet eliminati mill-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun
|
Mill-ewwel rawnd preliminarju għas-semifinali, il-klabbs jilgħabu żewġ partiti kontra xulxin ġewwa u barra minn darhom bl-istess regoli li applikaw fir-rawnd ta' kwalifika jibqgħu japplikaw. Fir-rawnd tal-aħħar sittax, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra t-tieni klassifikati li ma kinux fl-istess pajjiż jew li huma tal-istess oriġini. Għall-poloz tal-kwarti tal-finali u s-semifinali, il-klabbs huma elenkati skont ir-riżultati miksuba fil-grupp u l-ewwel fażi ta' eliminazzjoni tal-istaġun kurrenti (tmien partiti).
It-tlugħ tal-poloz saru fid-19 ta' Diċembru 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-ewwel rawnd eliminatorju ntlagħbu fl-24 u l-25 ta' Frar 2009, waqt li t-tieni leg intlagħbet fl-10 u l-11 ta' Marzu 2009.
Il-partiti mill-ewwel leg intlagħbu fis-7 u t-8 ta' April, waqt li dawk mit-tieni leg intlagħbu fl-14 u 15 ta' April.
Il-partiti mill-ewwel leg se jintlagħbu fit-28 ta' April, waqt li l-parti mit-tieni leg se jintlagħbu fil-5 u s-6 ta' Mejju 2009.
Il-finali tal-UEFA Champions League 2009 intlagħbet fid-20:45 CEST tas-27 ta' Mejju 2009 ġewwa Stadio Olimpico ta' Ruma, fl-Italja. Barcelona rebħu l-konfront finali bl-iskor ta' 2–0, b'gowls ta' Samuel Eto'o u Lionel Messi. Din ir-rebħa fissret ukoll li huma saru l-ewwel tim Spanjol li rebaħ it-Tripletta. Għall-ħames sena konsekuttiva l-finalist kien tim Ingliż. Manchester United kienu l-ewwel ċampjins detenturi tat-tazza li wasslu sal-finali tal-kompetizzjoni minn mindu Juventus għamlu dan fl-1997, u kienu qed jimmiraw biex isiru l-ewwel klabb li jiddefendi din it-tazza minn mindu l-Milan irrepetew is-suċċess fl-1990.
Rebbieħ tal-UEFA Champions League 2008–09
|
FC Barcelona It-tielet titlu
|
Il-plejers segwenti huma l-aqwa skorers tal-UEFA Champions League 2008–09 (fażi tal-gruppi biss):