Festival tal-Eurovision 2009
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Festival tal-Eurovision 2009 |
|
|---|---|
| Finali | 16 ta' Mejju 2009 |
| Semifinali 1 | 12 ta' Mejju 2009 |
| Semifinali 2 | 14 ta' Mejju 2009 |
| Preżentatur(i) | Semifinali: Natalia Vodianova Andrey Malahov[1] Finali: Alsou Ivan Urgant Green Room: Dmitry Shepelev |
| Direttur | Andrey Boltenko |
| Stazzjon ospitu | |
| Sala | Olimpiyski Arena, Moska, Russja |
| Rebbieħ | "Fairytale" |
| Parteċipanti | 42 |
| Debuttanti | Ħadd |
| Pajjiżi li rritornaw | |
| Pajjiżi li rtiraw | |
| Pajjiżi mingħajr punt | |
| Att tal-ftuħ | Semifinali 1: The Tolmachevy Twins Semifinali 2: Orkestra folk Finali: Terem Quartet, Cirque du Soleil, Dima Bilan, Dima Bilan |
| Att tal-intervall | Semifinali 1: Alexandrov Ensemble u l-grupp t.A.T.u b'"Not Gonna Get Us" Semifinali 2: Igor Moiseyev Ensemble Finali: Fuerza Bruta |
| Festival tal-Eurovision | |
| ◄2008 |
|
Il-Festival tal-Eurovision 2009 kien l-54 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Dan il-festival sar bejn it-12 u s-16 ta' Mejju, fl-Olimpiyski Arena ġewwa Moska, il-belt kapitali tar-Russja.
Fil-proċedura tal-votazzjoni seħħew xi tibdiliet fosthom l-involviment mill-ġdid tal-ġurija nazzjonali flimkien mat-televotazzjoni, waqt li l-format tas-semifinali baqa' l-istess. Tnejn u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom; l-Islovakkja ħabbret ir-ritorn tagħha f'dan il-festival, waqt li San Marino irtiraw minħabba problemi finanzjarji. Il-Latvja u l-Ġeorġja għall-bidu ħabbru l-intenzjoni li jirtiraw, però l-European Broadcasting Union (EBU) stqarret li ż-żewġ pajjiżi kienu se jieħdu sehem.[2] Madanakollu, il-Ġeorġja ddeċidiet li tirtira għal darb'oħra wara li l-EBU irrifjutat il-kanzunetta magħżula wara li kienet tmur kontra r-regoli tal-Konkors.
Il-festival ġie mirbuħ min-Norveġja bi 387 punt, l-ogħla punteġġ fl-istorja tal-Eurovision. Ir-rebħa tan-Norveġja timmarka wkoll l-ewwel rebħa għal pajjiż mill-Punent tal-Ewropa u li kien diġà rebaħ xi darba oħra l-festival, mill-2001, meta matul dawn is-snin il-festival beda jdur fil-pajjiżi tal-Lvant li ħafna minnhom kienu għadhom iduqu l-ewwel rebħa.
F'dan il-festival ukoll kien hemm riżultat pożittiv għar-Renju Unit li spiċċat bl-aktar punti mill-Ikbar Erbgħa waqt li Spanja bl-inqas. Is-sena ta' qabel offriet riżultat oppost.
Werrej |
[editja] Impjant
Il-festival sar fir-Russja wara r-rebħa fil-festival tal-2008, li sar f'Belgrad fis-Serbja, mill-kantant Dima Bilan bil-kanzunetta "Believe".[3] Minkejja n-nuqqas ta' ħeġġa li s-sindku ta' Moska wera lejn l-idea li l-konkors jiġi ospitat fil-belt,[4] Vladimir Putin, il-Prim Ministru tar-Russja, eventwalment stqarr li l-festival se jsir f'Moska u ġie propost mill-istazzjon, Channel One, li l-festival isir fl-Olympic Indoor Arena f'Moska.[5][6] Din il-proposta ġiet evalwata mill-European Broadcasting Union (EBU) u kkonfermata nhar it-13 ta' Settembru 2008.[5]
[editja] Disinn viżwali
Ix-xandar ospitu ta' dan il-konkors, Channel One, nhar it-30 ta' Jannar 2009 ippreżenta logo u tema għall-edizzjoni tal-2009.[7] Il-logo hu bbażat fuq "Għasfur Fantaxjentifiku", li jista' jiġi wżat b'ħafna kuluri. Bħal fis-snin preċedenti, il-logo li jintgħażel għal dik l-edizzjoni jitpoġġa ħdejn il-logo ġeneriku ta' din il-kompetizzjoni. Din hi l-ewwel darba mill-2001 li ma sar ebda slogan għal dan il-konkors.
Il-palk hu ddisinjat mid-disinjatur minn New York, John Casey, u t-tema tal-palk hu ta' avant-garde komteparanja Russa. Casey, li kien ukoll iddisinja l-palk tal-Festival tal-Eurovision tal-1997 ġewwa Dublin, kien ukoll involut fid-disinn tal-edizzjonijiet tal-1994 u l-1995. Hu spjega li "anke qabel [hu] ma ħadem mar-Russi fit-TEFI Awards f'Moska fl-1998, [hu] kien ispirat mill-perjodu Avant Garde Russu."[8] Sezzjonijiet kbar tal-palk jistgħu jitmexxew, fosthom il-parti ċentrali fit-tond ta' skrins tal-LEDS li jistgħu jitmexxew biex joħolqu effett differenti għal kull kanzunetta.
[editja] Format
Diskussjoni fuq il-format tal-Festival tal-Eurovision 2009 seħħet f'Ġunju tal-2008, f'Ateni, il-Greċja. Kien hemm proposta li kienet tikkonsisti mill-pajjiżi tal-"Ikbar Erbgħa" li jitilfu l-post awtomatiku fil-finali tal-edizzjoni tal-2009.[9] Madanakollu, ġie ikkonfermat li l-pajjiżi tal-"Ikbar Erbgħa" se jkomplu awtomatikament jikkwalifikaw għall-finali fl-edizzjoni tal-2009.[10]
Il-festival finali sar fis-16 ta' Mejju 2009 fl-Olympic Indoor Arena f'Moska, fir-Russja, biż-żewġ semifinali jippreċedu l-finali fit-12 u l-14 ta' Mejju.[3] Sebgħa u tletin pajjiż ipparteċipaw fiż-żewġ semifinali tal-konkors, bil-pajjiżi li jiffurmaw l-"Ikbar Erbgħa" (Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit) u l-ospitu jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, bil-finali tkun tinvolvi dawn il-pajjiżi flimkien ma' għaxar pajjiżi oħra li kkwalifikaw minn kull semifinali, għal total ta' ħamsa u għoxrin parteċipant.
[editja] Votazzjoni
Bħala tweġiba għat-tgergir kontinwu mill-istazzjonijiet fuq il-votazzjoni politika u dik ġiriena, l-EBU evalwat il-proċedura tal-votazzjoni wżata fil-festival, bil-possibilità ta' bidla fis-sistema għall-2009. L-organizzaturi tal-festival bagħtu kwestjonarju lix-xandara parteċipanti fuq is-sistema ta' votazzjoni, u grupp ta' referenza nkorpora r-risposti fis-suġġerimenti għall-format tas-sena li jmiss.[11] Telewizja Polska (TVP), l-istazzjon Pollakk, issuġġerixxa li ġurija internazzjonali simili għal dik użata fil-Festival tal-Eurovision taż-Żfin 2008 tiġi introdotta fil-Festival tal-Eurovision biex tnaqqas l-impatt tal-votazzjoni bejn il-ġirien u tagħti aktar emfasi fuq il-valur artistika tal-kanzunetta.[12] Ġie ikkonfermat li għall-finali tal-festival, il-voti kollha ta' kull pajjiż se jiġu deċiżi b'kombinazzjoni ta' 50% riżultati tat-televotazzjoni u 50% tal-ġurija nazzjonali.[13] Il-metodu li bih jintgħażlu s-semifinalisti biex jikkwalifikaw għall-finali se jibqa' l-istess, però, b'disa' pajjiżi f'kull semifinali li jgħaddu skont ir-riżultati mill-pubbliku, u l-għaxar wieħed mill-ġurija esperta. Il-ġurija nazzjonali ġiet abolita mill-festival fil-bidu tal-2007, bit-televotazzjoni jsir mandatorju għall-kważi kull parteċipant mill-2003.
Edgar Böhm, direttur tas-settur konċernat ma' dawn l-attivitajiet tal-istazzjon Awstrijakk tal-Österreichischer Rundfunk (ORF), stqarr li l-format tal-2008 b'żewġ semifinali "xorta waħda jinkorpora taħlita ta' kanzunetti li politikament se jiġu favoriti fil-proċess ta' votazzjoni," u "li, sakemm issir linja gwida ċara mill-EBU fuq kif is-semifinali jiġu organizzati, l-Awstrija mhux se tkun parti ta' Moska 2009."[14] Minkejja l-introduzzjoni tal-votazzjoni mill-ġurija fil-finali, l-Awstrija mhux se tirritorna fil-festival tal-2009, imma se xxandar xorta waħda l-finali fuq l-ORF bħalma għamlet fl-2008.[15]
[editja] Allokazzjoni tas-semifinali
Nħar il-Ġimgħa 30 ta' Jannar, 2009, saret it-tlugħ tal-poloz biex tiddeċiedi liema pajjiżi se jidhru fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Skont is-sistema adottata s-sena ta' qabel, kull pajjiż kien separat f'sitt urni individwali bbażati fuq il-mudelli ta' votazzjoni fil-festivals preċedenti. Il-poloz saru biex jassiguraw li dawk il-pajjiżi li s-soltu jivvutaw għal xulxin fil-kompetizzjoni ma jipparteċipawx fl-istess semifinali. Barra milli ġie determinat liema pajjiżi se jipparteċipaw fis-semifinali, ġie determinat liema pajjiżi finalisti se jivvutaw f'liema semifinali. Il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit se jivvutaw fl-ewwel waħda, waqt li Franza u r-Russja se jivvutaw fit-tieni. Il-postijiet fejn se jkantaw il-kantanti u l-mod kif se l-ordni ta' kif se jinqraw Tipa ħoxnail-voti ġie ddeterminat fis-16 ta' Marzu 2009.[2]
| Urna 1 | Urna 2 | Urna 3 |
|---|---|---|
| Urna 4 | Urna 5 | Urna 6 |
[editja] Pajjiżi parteċipanti
Wara l-pubblikazzjoni tal-lista finali tal-parteċipanti mill-EBU, tlieta u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-festival tal-2009, fosth ir-ritorn wara assenza ta' ħdax-il sena tal-Islovakkja.[16][2]
Il-Ġeorġja, minkejja li għall-bidu ħabbret li kienet se tirtira mill-konkors bħala protesta għall-poloz esterni tar-Russja fil-konfront tal-gwerra tal-2008 tal-Ossezja t'Isfel,[17][18] però reġgħet lura mid-deċiżjoni u uffiċjalizzat ir-ritorn tagħha, b'din l-għażla tkun ispirata mir-rebħa li għamlu fil-Festival tal-Eurovision tat-Tfal 2008 u għat-tnax-il punt li r-Russja tathom fl-istess festival.[19] Svante Stockselius, l-iskrutatur tal-EBU għall-Eurovision, qal li n-numru ta' parteċipanti f'Moska jista' jkun wieħed rekord, li jfisser li 44 jew aktar pajjiżi sejrin jikkompetu, però dan ma tantx jidher possibbli.[20]
Diversi għajdut qam dwar il-parteċipazzjoni u r-ritorn ta' San Marino u Monako. Télé Monte Carlo (TMC), l-istazzjon Monegask, ikkonferma li kien hemm xi taħdidiet bejnhom u bejn l-EBU fuq il-possibilità li jerġgħu jirritornaw għall-edizzjoni tal-2009.[21] Fl-istess żmien, xniegħat ħarġu li x-xandar uffiċjali ta' San Marino, Radiotelevisione della Repubblica di San Marino (SMRTV), kien se jirtira uffiċjalment mill-konkors minħabba pożizzjoni xejn sodisfaċenti fl-2008, is-sena debuttanti tagħhom.[22] Minkejja li suċċessivament kienu tal-idea li jieħdu sehem f'Moska, SMRTV kienu sfurzati li jirtiraw minn dan l-avveniment minħabba problemi finanzjarji li waqqfu ċ-ċans għat-tieni parteċipazzjoni.[23]
L-istazzjon tal-Latvja, Latvijas Televīzija (LTV), kien ġie rappuratat li kien mistenni li jirtira mill-konkors, u dan sar tliet ijiem wara l-aħħar ġurnata ta' sottoskrizzjoni. Dan sar minħabba fit-tnaqqis tal-baġit ta' aktar minn 2 miljun Lats mill-baġit tal-LTV, fejn b'hekk ma setgħux iħallsu biex jipparteċipaw.[24] L-LTV ħabbru li nfurmaw lill-EBU fuq il-ħsieb tagħhom li jirtiraw minħabba sempliċiment problemi finanzjarji. L-istazzjon Litwen kien f'diskussjoni mal-EBU biex isib soluzzjoni li jkun jista' jżomm il-pajjiż fil-Euroviison.[25] Fl-20 ta' Diċembru 2008, l-LTV ħabbru li kienu se jirtiraw mill-festival, u li kemm l-EBU u Channel One qablu li ma kienux se jinfurzaw penalizzazzjoni finanzjarja minħabba l-irtirar tard li għamlu mill-festival tal-2009. L-LTV ħabbru fuq il-ħsieb li kellhom fil-parteċipazzjoni għall-edizzjoni tal-2010.[26] Minkejja dan kollu, nhar it-12 ta' Jannar 2009, il-Latvja ikkonfermat li kienet se tieħu sehem.[2]
[editja] Semifinali
Tmienja u tletin pajjiż ġew ikkonfermati bħala parteċipanti f'waħda miż-żewġ semifinali tal-konkors.[2] It-tlugħ tal-poloz għas-semifinali saru fit-30 ta' Jannar 2009.[27]
[editja] Semifinali 1
- L-ewwel semifinali saret f'Moska nhar it-12 ta' Mejju.
- Id-disa' pajjiżi li rċevew l-aktar voti mill-votazzjoni tal-pubbliku kkwalifikaw għall-finali tas-16 ta' Mejju.
- Il-ġurija ddeċidiet liema pajjiż se jkun l-għaxar finalist.
- Ir-Renju Unit u l-Ġermanja ivvutaw f'din is-semifinali.
- Kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
- Pajjiżi b'kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
- Il-pajjiż b'kulur flax jindika d-daħla li ġiet magħżula mill-ġurija biex tgħaddi għall-finali.
[editja] Semifinali 2
- It-tieni semifinali saret f'Moska nhar l-14 ta' Mejju.
- Id-disa' pajjiżi li rċevew l-aktar voti mill-votazzjoni tal-pubbliku kkwalifikaw għall-finali tas-16 ta' Mejju.
- Il-ġurija ddeċidiet liema pajjiż se jkun l-għaxar finalist.
- Franza u r-Russja ivvutaw f'din is-semifinali. Spanja ġew magħżula biex jivvutaw f'din is-semifinali, però minħabba intoppi fl-iskeda ta' TVE, is-semifinali ġiet imxandra tard u t-telespettaturi Spanjoli ma setgħux jivvutaw.
- Il-pajjiżi b'kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
- Il-pajjiż b'kulur flax jindika d-daħla li ġiet magħżula mill-ġurija biex tgħaddi għall-finali.
[editja] Finalisti
- Il-finali saret f'Moska nhar is-16 ta' Mejju.
- Il-finalisti kienu:
- "L-Ikbar Erbgħa" (Franza, Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit).
- Il-pajjiż ospitu, ir-Russja.
- Id-disa' pajjiżi, minn kull semifinali, li kisbu l-aktar numru ta' voti mill-votazzjoni tal-pubbliku.
- L-għażliet tal-ġurija minn kull semifinali.
- Il-pajjiż li rebaħ il-festival hu kkulurit.
[editja] Votazzjoni matul il-finali
Matul il-finali, il-pajjiżi se jħabbru l-voti tagħhom f'din l-ordni:[28]
| Numru | Pajjiż | Numru | Pajjiż |
|---|---|---|---|
| 1 | 22 | ||
| 2 | 23 | ||
| 3 | 24 | ||
| 4 | 25 | ||
| 5 | 26 | ||
| 6 | 27 | ||
| 7 | 28 | ||
| 8 | 29 | ||
| 9 | 30 | ||
| 10 | 31 | ||
| 11 | 32 | ||
| 12 | 33 | ||
| 13 | 34 | ||
| 14 | 35 | ||
| 15 | 36 | ||
| 16 | 37 | ||
| 17 | 38 | ||
| 18 | 39 | ||
| 19 | 40 | ||
| 20 | 41 | ||
| 21 | 42 |
[editja] Tabelli
[editja] Finali
[editja] 12-il punt
Hawn taħt hawn taqsira tat-tnax-il punt li ngħataw fil-finali:
| N. | Pajjiż riċevitur | Pajjiż votant |
|---|---|---|
| 16 | Belarus, Danimarka, Estonja, Ġermanja, Iżlanda, Iżrael, Latvja, Litwanja, Olanda, Polonja, Russja, Slovenja, Spanja, Ukrajna, Ungerija, Żvezja | |
| 6 | Ażerbajġan, Belġju, Franza, Maċedonja, Renju Unit, Żvizzera | |
| 3 | Kroazja, Montenegro, Serbja | |
| Albanija, Bulgarija, Ċipru | ||
| Irlanda, Malta, Norveġja | ||
| 2 | Finlandja, Slovakkja | |
| Portugall, Rumanija | ||
| 1 | Repubblika Ċeka | |
| Turkija | ||
| Bożnija u Ħerżegovina | ||
| Moldova | ||
| Armenja | ||
| Andorra | ||
| Greċja |
[editja] Referenzi
- ^ Floras, Stella (19-03-2009). Russia: Alsou and Andrey Malahov to host Eurovision semi finals (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-02-04-2009.
- ^ a b c d e Eurovision 2009: 43 countries for Moscow (Ingliż). ESCToday (12-01-2009). Aċċessata nhar il-07-02-2009.
- ^ a b Russia hails Eurovision success as 'another triumph' (Ingliż). Yahoo! News (25-05-2008). Aċċessata nhar il-03-04-2009.
- ^ We wrote the Eurovision song in two hours, says Lloyd Webber (Ingliż). The Daily Mail (25-01-2009 03-04-2009).
- ^ a b Bakker, Sietse (13-09-2008). Moscow accepted as 2009 Host City! (Ingliż). EBU. Aċċessata nhar il-03-04-2009.
- ^ Hondal, Víctor (21-07-2008). Prime Minister clears doubts up, Putin: "Eurovision will be held in Moscow" (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-03-04-2009.
- ^ ESC 2009 Theme & Tickets information announced (Ingliż). ESCToday (30-01-2009). Aċċessata nhar il-30-01-2009.
- ^ Look out to the stage for Moscow (Ingliż). Oikotimes (27-02-2009). Aċċessata nhar il-13-05-2009.
- ^ Murray, Gavin (28-05-2008). Big 4 (France; Germany; Spain; United Kingdom): May lose automatic place in Eurovision final (Ingliż). ESCToday.
- ^ Eurovision 'Big Four' final spots confirmed (Ingliż). ESCToday (14-09-2008). Aċċessata nhar il-14-09-2008.
- ^ Klier, Marcus. Exclusive: A new voting procedure for Eurovision? (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-20-12-2008.
- ^ Floras, Stella. Poland: TVP proposes international jury for Eurovision (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-20-12-2008.
- ^ Viniker, Barry (12-08-2008). EBU confirms 50/50 vote for Eurovision Song Contest (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-20-12-2008.
- ^ Solloso, Jaime. Austria to not be in Moscow 2009? (Ingliż). Oikotimes. Aċċessata nhar il-06-02-2009.
- ^ Klier, Marcus (18-09-2008). Austria: No return to Eurovision in 2009 (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-06-02-2009.
- ^ Hondal, Victor (24-09-2008). Slovakia to return in 2009 (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Georgian broadcaster confirms Eurovision boycott (Ingliż). ESCKaz (28-08-2008). Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Viniker, Barry (28-08-2008). Georgia will not participate in Moscow Eurovision (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Konstantopoulos, Fotis (19-12-2008). Georgia: GPB proudly changes decision and enters Eurovision 2009 (Ingliż). Oikotimes. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Konstantopoulos, Fotis (10-12-2008). Record of participating countries, promises EBU (Ingliż). Oikotimes. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Kuipers, Michael (19-11-2008). Monaco back in Moscow? (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Konstantopoulos, Fotis (2008-11-27). San Marino & Monaco out? (Ingliż). Oikotimes. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Viniker, Barry (18-12-2008). San Marino leaves Eurovision Song Contest (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Supranavicius, Alekas (17-12-2008). Latvia: LTV withdrew or just cancelled the national selection? (Ingliż). Oikotimes. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Viniker, Barry (18-12-2008). Latvia confirms withdrawal request (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Konstantopoulos, Fotis (20-12-2008). Latvia: LTV officially out and confirmed (Ingliż). Oikotimes. Aċċessata nhar il-09-02-2009.
- ^ Bakker, Sietse (30-01-2009). LIVE: The Semi-Final Allocation Draw (Ingliż). EBU. Aċċessata nhar il-9-02-2009.
- ^ Klier, Marcus (02-04-2009). Live: Draw of the running order (Ingliż). ESCToday. Aċċessata nhar il-02-04-2009.
[editja] Ħoloq esterni
|
||||||||