Latvja fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Latvja
Latvja
Stazzjon membru LTV
Selezzjoni nazzjonali Eirodziesma
Parteċipazzjoni
Dehriet {{{dehriet}}}
L-ewwel dehra 2000
L-aqwa riżultat 1 (2002)
L-agħar riżultat 19 (l-aħħar) SF (2009)
Ħoloq esterni
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv]

Il-Latvja pparteċipat fil-Festival tal-Eurovision għaxar darbiet, fejn iddebuttaw fil-Festival tal-Eurovision 2000 permezz tal-grupp Brainstorm li spiċċa fit-tielet post b'"My Star". Għall-ewwel togħma ta' suċċess, il-Latvja ma tantx kellha ddum hekk kif sentejn wara, fl-2002, Marie N bil-kanzunetta "I Wanna" ħarġet rebbieħa fuq il-favorita Malta b'distakk ta' 12-il punt, fejn rċiviet 176 punt. Minħabba din ir-rebħa, l-edizzjoni tal-2003 saret fil-kapitali tal-Latvja, Riga.

Il-Latvijas Televīzija (LTV), ix-xandar uffiċjali ta' dan il-konkors għal-Latvja, għall-bidu kienu qed jippjanaw li jirtiraw għall-ewwel darba mill-edizzjoni tal-2009, wara li l-gvern Latvjan impona tnaqqis fil-baġit fuq ix-xandar li waqqafhom milli jħallsu l-miżata għall-parteċipazzjoni. Minkejja dan, il-Latvja ddeċidiet li tikkompeti u l-EBU ikkonfermat dan.[1]

Rappreżentanti[editja]

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2000 Brainstorm My Star 3 136
2001 Arnis Mednis Too Much 18 16
2002 Marie N I Wanna 1 176
2003 F.L.Y. Hello From Mars 24 5
2004 Fomins & Kleins Dziesma Par Laimi 17 23
2005 Valters & Kaža The War Is Not Over 5 153 10 85
2006 Cosmos I Hear Your Heart 16 30
2007 Bonaparti.lv Questa Notte 16 54 5 168
2008 Pirates of the Sea Wolves of the Sea 12 83 6 86
2009 Intars Busulis Probka 19 7

Votazzjoni[editja]

Bonaparti.lv f'Helsinki (2007)

Il-Latvja rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Estonja Estonja 67
2 Bandiera tal-Litwanja Litwanja 60
3 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda 46
4 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 37
5 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 26

Il-Latvja tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bandiera tar-Russja Russja 77
2 Bandiera tal-Ukraina Ukraina 44
= Bandiera tal-Estonja Estonja 44
3 Bandiera tan-Norveġja Norveġja 43
4 Bandiera tal-Litwanja Litwanja 38
5 Bandiera tad-Danimarka Danimarka 36

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Latvia will participate in 2009. Eurovision.tv. Aċċess tal-URL: 12-01-2009.

Ħoloq esterni[editja]