San Marino fil-Festival tal-Eurovision
| San Marino | |
|---|---|
| Stazzjon membru | SMRTV |
| Parteċipazzjoni | |
| Dehriet | 2 |
| L-ewwel dehra | 2008 |
| L-aqwa riżultat | 16 SF (2011) |
| L-agħar riżultat | 19 SF (2008) |
| Ħoloq esterni | |
| Paġna fuq Eurovision.tv | |
San Marino ipparteċipa darba biss fil-Festival tal-Eurovision, fejn idebutta fl-edizzjoni tal-2008, u mistenni li jagħmel it-tieni preżenza fl-edizzjoni tal-2011 ġewwa Düsseldorf.
F'Ġunju tal-2007, Radiotelevisione della Repubblica di San Marino (SMRTV), l-istazzjon ta' San Marino, indika interess li jingħaqad f'dan il-festival fil-futur. Ħames xhur wara, dan l-istazzjon ikkonferma l-parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision 2008 ta' Belgrad.[1] L-ewwel daħla kienet mill-grupp Miodio, bil-kanzunetta Taljana "Complice". San Marino għandu l-unur li sar il-ħamsin pajjiż li qatt ħa sehem fil-Eurovision, wara d-dehra li għamel fis-semifinali tal-konkors. Madanakollu, Miodio naqsu li jikkwalifikaw għall-finali fejn kisbu biss 5 punti u spiċċa fl-aħħar post.
Oriġinarjament, SMRTV ippjanaw li jkomplu l-avventura fl-edizzjoni tal-2009. Il-Ministru tal-Kultura ta' San Marino ħabbar ftit wara d-debutt li kellhom fl-2008 li huma "għandhom xewqat tajbin li jirritornaw".[2] Madanakollu, SMRTV ħabbru li kienu se jirrevedu l-konkors tal-2008, u fl-aħħar tas-sena jieħdu deċiżjoni fuq il-parteċipazzjoni fl-2009.[3] Wara ħafna għajdut, SMRTV irtiraw mill-edizzjoni tal-2009, minħabba diffikultajiet finanzjarji.[4][5]
SMRTV applikaw biex jieħdu sehem fil-konkors tal-2011, li aktar tard ġiet ikkonfermata. Ġiet magħżula l-kantanta Senit fejn se tkanta l-kanzunetta "Stand by" fl-ewwel semifinali.
Rappreżentanti [editja]
| Sena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 2008 | Miodio | "Complice" | X | X | 19 | 5 |
| 2011 | Senit | "Stand by" | X | X | 16 | 34 |
| 2012 | Valentina Monetta | The Social Network Song (Oh Oh - Uh Oh Oh) | X | X | 14 | 31 |
| 2013 | Valentina Monetta | Crisalide (Vola) |
Votazzjoni [editja]
San Marino ta l-aktar punti lil:
| Nru. | Pajjiż | Punti |
|---|---|---|
| 1 | 12 | |
| 2 | 10 | |
| 3 | 8 | |
| 4 | 7 | |
| 5 | 6 |
Referenzi [editja]
- ^ (Ingliż) Exclusive: San Marino in Belgrade confirmed. ESCToday, 12-11-2007. Aċċess tal-URL: 21-11-2007.
- ^ Stella Floras. (Ingliż) San Marino: "We have good hopes to return". ESCToday, 10-06-2008. Aċċess tal-URL: 18-12-2008.
- ^ (Ingliż) San Marino: State television hopes to participate in 2009 as well. Oikotimes, 10-06-2008. Aċċess tal-URL: 18-12-2008.
- ^ Barry Viniker. (Ingliż) San Marino not quitting Eurovision!. ESCToday, 08-12-2008
- ^ Barry Viniker. (Ingliż) San Marino leaves Eurovision Song Contest. ESCToday, 18-12-2008. Aċċess tal-URL: 18-12-2008.
|
|||||||||||