Festival tal-Eurovision 2013

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Festival tal-Eurovision 2013
"We are One!"
Eurovision Song Contest 2013 logo.png
Dati
Data tal-1el semifinali 14 ta' Mejju 2013
Data tal-2ni semifinali 16 ta' Mejju 2013
Data tal-finali 18 ta' Mejju 2013
Ospitu
Sala Malmö Arena
Malmö, Żvezja
Preżentatur(i) Petra Mede
Superviżur Jon Ola Sand
Xandar Sveriges Television (SVT)
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 39
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Armenja Armenja
Pajjiżi li rtiraw
Vote
Bla punti Ħadd
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tad-Danimarka Danimarka
"Only Teardrops"
Festival tal-Eurovision
◄2012 Wiki Eurovision Heart (Infobox).svg 2014►

Il-Festival tal-Eurovision 2013 kien it-58 edizzjoni ta' dan il-konkors mużikali. Dan l-avveniment sar f'Malmö, l-Iżvezja, wara li r-rebħa ta' Loreen fl-edizzjoni preċedenti tat id-dritt lil dan il-pajjiż sabiex jospita l-Eurovision għall-ħames darba fl-istorja. L-istazzjon Sveriges Television (SVT) għażlu lil Malmö Arena bħala s-sala għall-avveniment wara li ġew ikkunsidrati diversi swali u areni oħra fl-Iżvezja. Disgħa u tletin pajjiż ħadu sehem, fosthom l-Armenja li rritornaw wara l-assenza fl-edizzjoni tal-2012.[1] Il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Portugall, is-Slovakkja u t-Turkija ħabbru li kienu se jirtiraw minn dan il-festival għal raġunijiet differenti. Id-disinn tal-konkors kien mibni madwar it-tema "We are one", bil-ħsieb jaqa' fuq l-ugwaljanza u l-għaqda fost il-pajjiżi parteċipanti id f'id mad-diversità u l-influwenza kulturali ta' kull parteċipant.[2]

Format[editja]

Il-Preżentattriċi[editja]

Fis-17 ta' Ottubru tal-2012, Martin Österdahl ħabbar li għal din l-edizzjoni ser ikun hemm preżentattriċi waħda, għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet ta' qabel. L-aħħar festival li ġie ppreżentat minn persuna waħda kien dak tal-1995 li sar fl-Irlanda. Fit-28 ta' Jannar tal-2013, ġie mħabbar li l-preżentattriċi tal-festival se tkun Petra Mede.

It-Tema[editja]

It-tema ta' dan il-festival ġiet maħluqa mid-ditta Happy F&B, li hija bbażata fil-belt ta' Gothenburg. Fis-17 ta' Jannar tal-2013, l-EBU ħabbret it-tema ta' dan il-festival, li tinkludi farfett u l-islogan We are One.

Allokazzjoni tas-semifinali[editja]

Bħas-snin ta' qabel, kien hemm polza li ddeterminat liema pajjiżi se jikkompetu fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Din saret fis-17 ta' Jannar tal-2013 fis-Sala Ċentrali ta' Malmö. Għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet l-oħrajn, l-ordni tal-pajjiżi se tiġi deċiża mid-diretturi tal-festival, sabiex kull kanzunetta tkun imqassma b'tali mod li tkun differenti minn ta' qabilha u ta' warajha u l-festival ikun aktar interessanti. L-ordni ta' kif se jikkompetu l-pajjiżi se tiġi mħabbra f'April.

Bħas-snin ta' qabel, is-semifinalisti ġew imqassma f'ħames urni, bbażati fuq kif ivvutaw lil xulxin f'dawn l-aħħar disa' snin.

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5

Minn dawn il-ħames urni: is-semifinalisti ġew imqassma f'żewġ semifinali:

Pajjiżi parteċipanti[editja]

Nhar il-21 ta' Diċembru 2012 tħabbru d-39 pajjiż li kienu se jikkompetu fil-Festival tal-Eurovision 2013. L-Armenja, li l-aħħar li kienet ħadet sehem kien fl-2011, ikkonfermat li kienet se tirritorna lura wara waqfa ta' sena.[1] Il-Bożnija u Ħerżegovina u l-Portugall irtiraw minħabba diffikultajiet finanzjarji,[3][4] waqt li s-Slovakkja u t-Turkija rtiraw għal raġunijiet differenti.[5][6]

Semifinali[editja]

Semifinali 1[editja]

L-Italja, l-Iżvezja u r-Renju Unit ivvutaw f'din is-semifinali.[7] L-għaxar kanzunetti immarkati bi sfond oranġjo ikkwalifikaw għall-finali.

#[8] Pajjiż[9] Language[10] Artist[11] Kanzunetta[11]
01 Bandiera tal-Awstrija Awstrija Ingliż Natália Kelly "Shine"
02 Bandiera tal-Estonja Estonja Estonjan Birgit "Et uus saaks alguse"
03 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Ingliż Hannah "Straight Into Love"
04 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Kroat Klapa s Mora "Mižerja"
05 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Ingliż Emmelie de Forest "Only Teardrops"
06 Bandiera tar-Russja Russja Ingliż Dina Garipova "What If"
07 Bandiera tal-Ukraina Ukraina Ingliż Zlata Ognevich "Gravity"
08 Bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi Olanda Ingliż Anouk "Birds"
09 Bandiera tal-Montenegro Montenegro Montenegrin Who See "Igranka"
10 Bandiera tal-Litwanja Litwanja Ingliż Andrius Pojavis "Something"
11 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja Ingliż Alyona Lanskaya "Solayoh"
12 Bandiera tal-Moldova Moldova Rumen Aliona Moon "O mie"
13 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Ingliż Ryan Dolan "Only Love Survives"
14 Bandiera ta' Ċipru Ċipru Grieg Despina Olympiou "An Me Thimasai" (Αν Με Θυμάσαι)
15 Bandiera tal-Belġju Belġju Ingliż Roberto Bellarosa "Love Kills"
16 Bandiera tas-Serbja Serbja Serb Moje 3 "Ljubav je svuda" (Љубав је свуда)

Semifinali 2[editja]

#[8] Pajjiż[9] Language[10] Artist[11] Kanzunetta[11]
01 Bandiera tal-Latvja Latvja Ingliż PeR "Here We Go"
02 Bandiera ta' San Marino San Marino Taljan Valentina Monetta "Crisalide (Vola)"
03 Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja Maċedonja Maċedonjan Esma & Lozano "Pred Da Se Razdeni"
04 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Ingliż Farid Mammadov "Hold Me"
05 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Ingliż Krista Siegfrids "Marry Me"
06 Bandiera ta' Malta Malta Ingliż Gianluca "Tomorrow"
07 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija Bulgariż Elitsa Todorova, Stoyan Yankulov "Samo Shampioni (Only Champions)"
08 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Iżlandiż Eythor Ingi "Èg À Lìf"
09 Bandiera tal-Greċja Greċja Grieg, Ingliż Koza Mostra feat. Agathon Iakovidis "Alcohol Is Free"
10 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Ebrajk Moran Mazor "Rak Bishvilo"
11 Bandiera tal-Armenja Armenja Ingliż Dorians "Lonely Planet"
12 Bandiera tal-Ungerija Ungerija Ungeriż ByeAlex "Kedvesem (Zoohacker Remix)"
13 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Ingliż Margaret Berger "I Feed You My Love"
14 Bandiera tal-Albanija Albanija Albaniż Adrian Lulgjuraj & Bledar Sejko "Identitet"
15 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Ingliż Nodi Tatishvili & Sophie Gelovani "Waterfall"
16 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Ingliż Takasa "You And Me"
17 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Ingliż Cezar "It's My Life"

Finali[editja]

# Pajjiż Artist Kanzunetta Punti Pożizzjoni
01 Bandiera ta' Franza Franza Amandine Bourgeois L'Enfer et moi 14 23
02 Bandiera tal-Litwanja Litwanja Andrius Pojavis Something 17 22
03 Bandiera tal-Moldova Moldova Aliona Moon O Mie 71 11
04 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Krista Siegfrids Marry Me 13 24
05 Bandiera ta' Spanja Spanja ESDM Contigo Hasta El Final (With You Until the End) 8 25
06 Bandiera tal-Belġju Belġju Roberto Bellarosa Love Kills 71 12
07 Bandiera tal-Estonja Estonja Birgit Et Uus Saaks Alguse 19 20
08 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja Alyona Lanskaya Solayoh 48 16
09 Bandiera ta' Malta Malta Gianluca Tomorrow 120 8
10 Bandiera tar-Russja Russja Dina Garipova What If 174 5
11 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Cascada Glorious 18 21
12 Bandiera tal-Armenja Armenja Dorians Lonely Planet 41 18
13 Bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi Olanda Anouk Birds 114 9
14 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Cezar It's My Life 65 13
15 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit Bonnie Tyler Believe in Me 23 19
16 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Robin Stjernberg You 62 14
17 Bandiera tal-Ungerija Ungerija ByeAlex Kedvesem (Zoohacker Remix) 84 10
18 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Emmelie de Forest Only Teardrops 281 1
19 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Eythor Ingi Ég á Líf 47 17
20 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Farid Mammadov Hold Me 234 2
21 Bandiera tal-Greċja Greċja Koza Mostra feat. Agathon Iakovidis Alcohol is Free 152 6
22 Bandiera tal-Ukraina Ukraina Zlata Ognevich Gravity 214 3
23 Bandiera tal-Italja Italja Marco Mengoni L'Essenziale 126 7
24 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Margaret Berger I Feed You My Love 191 4
25 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Nodi Tatishvili and Sophie Gelovani Waterfall 50 15
26 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Ryan Dolan Only Love Survives 5 26

Referenzi[editja]

  1. ^ a b Victor Hondal. (Ingliż) Armenia set to return in 2013. ESCToday.com, 27 ta' Mejju 2012. Aċċess tal-URL: 27 ta' Mejju 2012.
  2. ^ Siim Jarmo. (Ingliż) Malmö 2013: We are one. European Broadcasting Union, 17 ta' Jannar 2013. Aċċess tal-URL: 17 ta' Jannar 2013.
  3. ^ A Dž. (Kroat) Bosna i Hercegovina odustala od učešća na Eurosongu u Švedskoj. Klix.ba, 14 ta' Diċembru 2012. Aċċess tal-URL: 14 ta' Diċembru 2012.
  4. ^ Sanjay Jiandani. (Ingliż) Portugal will not participate in Eurovision 2013. ESCToday.com, 22 ta' Novembru 2012. Aċċess tal-URL: 22 ta' Novembru 2012.
  5. ^ Zdeněk Kubík. (Ċek) Víme první: Slovensko nebude na Eurovizi 2013!. EuroContest.cz, 4 ta' Diċembru 2012. Aċċess tal-URL: 4 ta' Diċembru 2012.
  6. ^ Sanjay Jiandani. (Ingliż) Turkey will not go to Eurovision in Malmö. ESCToday.com, 14 ta' Diċembru 2012. Aċċess tal-URL: 14 ta' Diċembru 2012.
  7. ^ Jarmo Siim. (Ingliż) Draw results: Who's in which Semi-Final?. European Broadcasting Union, 17 ta' Jannar 2013. Aċċess tal-URL: 17 ta' Jannar 2013.
  8. ^ Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta' <ref>; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isem draw.
  9. ^ a b
  10. ^ a b
  11. ^ a b c d

Ħoloq esterni[editja]