Bulgarija fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Bulgarija
Bulgarija
Stazzjon membru BNT
Parteċipazzjoni
Dehriet {{{dehriet}}}
L-ewwel dehra 2005
L-aqwa riżultat 5 (2007)
L-agħar riżultat 19 SF (2005)
Ħoloq esterni
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv]

Il-Bulgarija pparteċipat fil-Festival tal-Eurovision ħames darbiet.

Il-Bulgarija kkompetew l-ewwel darba fil-Festival tal-Eurovision 2005, fejn ġew rappreżentati mill-grupp jazz Kaffe bil-kanzunetta "Lorraine". Huma rċevew 49 punt, fejn ikklassifikaw fid-dsatax-il post, però naqsu li jagħmluha għall-finali. Is-suċċessur tagħhom kienet Mariana Popova b'"Let Me Cry", fejn din ukoll ma kantantx fis-serata finali wara li spiċċat fis-sbatax-il post b'36 punt fis-semifnali.

L-ewwel kwalifikazzjoni għall-finali waslet fl-2007 meta Elitsa Todorova u Stoyan Yankoulov kantaw il-kanzunetta "Voda". Fis-semifinali waslu sas-sitt post b'146 punt u b'hekk kellhom l-aċċess għall-finali. B'din il-kanzunetta, l-ewwel darba fl-istorja li kienet bil-lingwa Bulgara, Todorova u Yankulov irrepetew il-prestazzjoni fis-semifinali, fejn fil-finali kklassifikaw fil-ħames post minn total ta' 24 parteċipant, b'total ta' 157 punt.

Minħabba t-tibdil fir-regoli, il-Bulgarija xorta waħda ma kellhiex id-dritt li tikkwalifika għall-finali tas-sena suċċessiva, fejn b'hekk f'Belgrad, is-Serbja, kellha tikkompeti f'waħda mis-semifinali tal-edizzjoni tal-2008. Deep Zone u Balthazar bil-kanzunetta "DJ, Take Me Away", ma rnexxielhomx jirrepetu s-suċċess tas-sena ta' qabel fejn b'56 punt spiċċaw barra mill-finali. Lanqas ir-rappreżentant suċċessiv, Krassimir Avramov, ma sab post fil-finali meta l-Bulgarija kisbet biss is-sittax-il post tas-semifinali, biex b'hekk tkompli bi rekord xejn sabiħ ta' finali waħda minn ħames tentattivi.

Rappreżentanti[editja]

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2005 Kaffe Lorraine 19 49
2006 Mariana Popova Let Me Cry 17 36
2007 Elitsa Todorova u Stoyan Yankoulov Voda (Вода) 5 157 6 146
2008 Deep Zone u Balthazar DJ, Take Me Away 11 56
2009 Krassimir Avramov Illusion 16 7

Votazzjoni[editja]

Deep Zone u Balthazar f'Belgrad (2008)

Il-Bulgarija tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Greċja Greċja 46
2 Bandiera tal-Armenja Armenja 24
3 Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja Maċedonja 23
4 Bandiera tar-Russja Russja 21
5 Bandiera tat-Turkija Turkija 19

Il-Bulgarija rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Greċja Greċja 12
2 Bandiera ta' Ċipru Ċipru 10
= Bandiera tal-Ungerija Ungerija 10
= Bandiera ta' Spanja Spanja 10
3 Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja Maċedonja 8
4 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka 7
= Bandiera ta' Malta Malta 7
= Bandiera tas-Slovenja Slovenja 7

Referenzi[editja]