Malta fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Malta
Malta
Stazzjon membru PBS
Selezzjoni nazzjonali Malta Song For Europe
Parteċipazzjoni
Dehriet 24
L-ewwel dehra 1971
L-aqwa riżultat 2 (2002, 2005)
L-agħar riżultat L-aħħar (1971, 1972, 2006)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

Malta ilha tipparteċipa fil-Eurovision mill-1971. Fl-ewwel snin ta' parteċipazzjoni, il-gżira ma tantx marret tajjeb u rtirat wara l-edizzjoni tal-1975. Huma kellhom jistennew sal-1991 biex jirritornaw u minn dakinhar ir-riżultati bdew jitjiebu. Minkejja li Malta għadha ma rebħitx, hi kklassifikat ruħha fl-aqwa għaxar postijiet tmien darbiet konsekuttivi, u rnexxielha tispiċċa fit-tieni post fl-edizzjoni tal-2002 u l-2005. Flimkien mal-Iżvezja u l-Kroazja, u tlieta mill-erba' pajjiżi li jipparteċipaw awtomatikament kull sena minħabba raġunijiet finanzjarji (il-Ġermanja hi nkluża, imma tilfet l-edizzjoni tal-1996), Malta hi waħda mill-ftit pajjiżi li ma tilfitx edizzjoni waħda mill-1993, meta f'dak iż-żmien kienet għaddeja s-sistema fejn dawk li kienu jiksbu l-inqas punti kienu jaqbżu sena.

Malta ġeneralment tkanta l-kanzunetti bl-Ingliż. L-ewwel żewġ kanzunetti tal-1971 u l-1972 biss, kienu ġew kantanti bil-Malti. Iż-żewġ kanzunetti spiċċaw l-aħħar, minħabba forsi l-fatt li l-lingwa Maltija hi mitkellma Malta biss. Wara riżultat aħjar fl-1975 Malta irtirat b'umiljazzjoni. Matul s-snin tmenin Malta reġgħet kabbret interess mill-ġdid lejn dan il-festival, imma ma setgħetx terġa' tidħol minħabba li n-numru ta' parteċipanti kien ta' 22. Meta l-Olanda irtirat mill-edizzjoni tal-1991, Malta ħadet l-opportunità biex terġa' tidħol fil-Eurovision. Is-sena ta' wara, in-numru ta' parteċipani kien estiż u b'hekk Malta setgħet tieħu sehem. B'suċċessi matul is-snin disgħin u l-bidu tal-millenju l-ġdid, fejn ħafna drabi Malta kienet f'taqbida għar-rebħa, lejn dawn l-aħħar snin il-fortuna ta' Malta fil-Eurovision daret, hekk kif spiċċat l-aħħar fl-edizzjoni tal-2006 u ma rnexxiliex tikkwalifika għall-finali tal-2007 u dik tal-2008 wara li waqfet sas-semifinali. Ir-ritorn ta' Chiara fil-Eurovision għat-tielet darba, reġa' poġġa lil Malta fil-finali tal-2009 wara sentejn infila mingħajr l-isem ta' Malta fil-finali. Din kienet biss it-tieni darba li Malta rnexxielha tgħaddi mis-semifinali minn erba' tentattivi.

Minkejja li qatt ma rnexxielha ġġib il-festival f'pajjiżha, Malta hi l-aktar pajjiż mill-parteċipanti kollha li kiseb suċċess mingħajr ma rebaħ il-festival, fejn wasal darbtejn fit-tieni post (2002 u 2005) u darbtejn oħra fit-tielet post (1992 u 1998).

Ix-xandara Maltija tal-konkors huma l-Public Broadcasting Services.

Rappreżentanti[editja]

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
1971 Joe Grech Marija l-Maltija 18 52
1972 Helen & Joseph L-Imħabba 18 48
1975 Renato Singing This Song 12 32
1991 Paul Giordimaina u Georgina Could It Be 6 106
1992 Mary Spiteri Little Child 3 123
1993 William Mangion This Time 8 69
1994 Chris & Moira More Than Love 5 97
1995 Mike Spiteri Keep Me In Mind 10 73
1996 Miriam Christine In A Woman's Heart 10 68
1997 Debbie Scerri Let Me Fly 9 66
1998 Chiara The One That I Love 3 165
1999 Times 3 Believe 'n Peace 15 32
2000 Claudette Pace Desire 8 73
2001 Fabrizio Faniello Another Summer Night 9 48
2002 Ira Losco 7th Wonder 2 164
2003 Lynn Chircop To Dream Again 25 4
2004 Julie & Ludwig On Again... Off Again 12 50 8 74
2005 Chiara Angel 2 192 X X
2006 Fabrizio Faniello I Do 24 1 X X
2007 Olivia Lewis Vertigo X X 25 15
2008 Morena Vodka X X 14 38
2009 Chiara What If We 22 31 6 86
2010 Thea Garrett My Dream X X 12 45
2011 Glen Vella One Life X X 11 54
2012 Kurt Calleja This is the Night 21 41 7 70
2013 Gianluca Bezzina Tomorrow

Votazzjoni[editja]

Malta tat l-aktar punti lil:

Poż. Pajjiż Punti
1 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 106
2 Bandiera tal-Greċja Greċja 81
3 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja 77
4 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda 74
5 Bandiera tal-Kroazja Kroazja 62

Malta rciviet l-aktar punti minn:

Poż. Pajjiż Punti
1 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda 84
2 Bandiera tal-Kroazja Kroazja 82
3 Bandiera tat-Turkija Turkija 76
4 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 72
5 Bandiera ta' Spanja Spanja 70

Ħoloq esterni[editja]