Fabrizio Faniello
| Fabrizio Faniello | |
|---|---|
| Isem sħiħ | Fabrizio Faniello |
| Twieled | 27 ta' April 1981 |
| Ġeneru | Pop |
| Sit uffiċjali | www.fabriziofaniello.de |
Fabrizio Faniello (Furjana, 27 ta' April 1981) huwa kantantMalti. Hu rrapreżenta lil Malta fil-Festival tal-Eurovision darbtejn, fl-2001 u fl-2006. Minkejja s-suq żgħir tal-mużika f'Malta, hu rnexxielu jagħmel ismu barra minn pajjiżu, fejn esebixxa flimkien ma' diversi kantanti prominenti bħal Jim O'Rourke, Fennesz, Ryuichi Sakamoto, Richard D. James u Masami Akita.
Għandu wkoll oħtu, Claudia Faniello, li hi wkoll kantanta.
Werrej |
Bijografija [editja]
Faniello skopra il-mużika f'età tenera. L-għalliema tiegħu tatu parir biex jattendi f'lezzjonijiet vokali. Madankollu, Faniello kellu interess ukoll fil-futbol. Fl-1997 hu lagħab għal sena f'Turin.
Meta hu kellu sittax-il sena, hu għażel li jagħmel il-mużika l-professjoni tiegħu u rritorna Malta. F'dawk is-snin hu ħareġ 3 albums ta' suċċess kbir u diversi kanzunetti. Minkejja li l-aktar suċċess sar fil-gżejjer Maltin, il-kanzunetti tiegħu ħarġu wkoll f'pajjiżi Ewropej. Hu rnexxielu jażel fl-Aqwa 10 b'"The Whistel Hit" fl-Iżvezja, flimkien ukoll ma' "Bye Baby Bye Bye" fl-istess pajjiż fl-2005.
Hu pparteċipa fil-Festival tal-Eurovision fl-2001 u wasal sad-disa' post. Hu pparteċipa diversi drabi fis-selezzjoni għall-Eurovision. Fl-2006, hu reġa' kiseb id-dritt li jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision, imma din id-darba ma tantx kienet avventura ta' suċċess, hekk kif Malta spiċċat l-aħħar b'punt wieħed biss.
Ix-xogħol fuq il-kanzunetti isir il-biċċa l-kbira fil-Ġermanja u ħafna mill-kanzunetti kienu miktuba minn liriċisti Ġermaniżi.
Diskografija [editja]
Albums [editja]
- 2001: While I'm Dreaming
- 2004: When We Danced
- 2005: Believe
- 2007: Hits & Clips
Kanzunetti [editja]
- 2001: "Another Summer Night"
- 2001: "My Girl"
- 2002: "Show Me Now"
- 2002: "Let Me Be Your Lover"
- 2002: "Just 4 Christmas"
- 2004: "When We Danced"
- 2004: "I'm In Love (The Whistle Song)"
- 2005: "Love On The Radio"
- 2006: "I Do"
- 2006: "Believe"
- 2007: "Love Me Or Leave Me"
- 2007: "I Need To Know"
Ħoloq esterni [editja]
| Predeċessur Claudette Pace |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 2001 |
Suċċessur |
| Predeċessur Chiara Siracusa |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 2006 |
Suċċessur |