Morena Camilleri
| Morena | |
|---|---|
| Informazzjoni ġenerali | |
| Isem sħiħ | Margerita Camilleri Fenech |
| Twieled | 7 ta' Marzu 1984 Sannat, Għawdex, Malta |
Morena (Margerita Camilleri Fenech;[1] Sannat, 7 ta' Marzu 1984) hi kantanta Maltija.[1]
Eurovision [editja]
Fl-2006, Morena daħlet fil-kompetizzjoni tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa flimkien ma' Paul Giordimaina bil-kanzunetta "Time". Huma spiċċaw fid-9 post b'total ta' 3046 vot.
Sentejn wara, Morena reġgħet ipparteċipat, din id-darba b'żewġ kanzunetti, "Casanova" u "Vodka". It-tnejn li huma avvanzaw mis-semifinali għall-finali. "Casanova" spiċċat fil-5 post bi 3607 voti u 40 vot tal-ġurija, waqt li "Vodka" rebħet il-festival b'49 punt mill-ġurija u 16,979 vot mill-pubbliku (33% tal-voti kollha).[2]
Morena ħadet sehem fit-tieni semifinali tal-Festival tal-Eurovision 2008 li sar f'Belgrad, fit-22 ta' Mejju. Madanakollu, Morena naqset li tagħmilha sal-finali meta kklassifikat fl-erbatax-il post bi 38 punt. Wara l-avvenutra ġdida fil-Eurovision, Morena reġgħet iffurmat il-grupp li preċedentament kienet tagħmel parti minnu, u flimkien qed jaħdmu fuq l-ewwel album.
Referenzi [editja]
- ^ a b (Ingliż) Morena Vodka. The full picture!. manicmalta.com, 16-02-2008
- ^ (Ingliż) The dark one relishes the limelight. TimesOfMalta, 30-01-2008
Ħoloq esterni [editja]
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Morena Camilleri |
| Predeċessur Olivia Lewis |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 2008 |
Suċċessur |