Thea Garrett

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Thea Garrett
Flickr - aktivioslo - Thea Garrett - Malta (2).jpg
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Thea Falzon Garrett
Twieled 15 ta' Marzu 1992 (1992-03-15) (22 sena)
Oriġini Ħal Tarxien, Malta
Sit uffiċjali theagarrett.com

Thea Garrett (Ħal Tarxien, 15 ta' Marzu 1992) hija kantanta Maltija li ħadet sehem f'isem Malta fil-Festival tal-Eurovision 2010 ġewwa Oslo.

Bijografija[editja]

Imwielda fil-15 ta Marzu tal-1992 ġewwa Ħal Tarexin. Thea ilha ssegwi l-istudju fuq it-teknika u l-interpretazzjoni tal-vuċi taħt id-direzzjoni tas-soprana Gillian Zammit. Waqt li kienet qed tesebixxi oratorju fil-Knisja Anglikana ġewwa l-Belt Valletta, hi kienet akkumpanjata min-North West Choir minn ġewwa r-Renju Unit. Għal għaxar snin hi studjat it-teatru mużikali fil-Masquerade Theatre School fejn ħadet sehem f'The King and I u Beyond the Barriquades ġewwa t-Teatru Manoel, fil-Belt Valletta. Thea kisbet ukoll kwalifiki mit-Trinity Guildhall College fit-Teatru Mużikali, fit-Teknika tal-Vuċi u fid-Drama.

Għal żewġ sjuf konsekuttivi, Thea kellha ġimgħa workshop f'Londra, f'Sylvia Young Theatre School. Barra minn hekk, ġiet magħżulha sabiex tkun il-vokalista sekondarja ġewwa l-West End għal Paco Peña, kantant rinomat Spanjol. Thea ħadet sehem ukoll fil-festival British Voice of Tomorrow fejn minn fost mijiet ta' esebituri Brittaniċi, hi spiċċat fost l-aħħar tletin kontestant.

Lejn l-aħħar tal-2009, Thea kantant flimkien mal-kantant famuż Taljan, Gigi D'Alessio fil-ftuħ tat-tour mondjali tiegħu f'Ruma u aktar tard ukoll ġewwa Milan, fejn din id-darba Gigi akkumpanja lil Thea fuq il-pjanu.[1] Attwalment hi hija membru tal-grupp gospel "Enkor" fejn tkanta wkoll bħala solista.

Eurovision 2010[editja]

Nhar l-20 ta' Frar 2010, Thea Garrett rebħet id-dritt li ġġorr il-bandiera Maltija fil-Festival tal-Eurovision 2010 bil-kanzunetta "My Dream", komposta minn Jason Cassar (li kkompona wkoll il-kanzunetta "The One That I Love" ta' Chiara fl-1998) u b'lirika ta' Sunny Aquilina.[2] Ġewwa Oslo, Thea kantant fil-ħdax-il post mill-ewwel semifinali li saret fil-25 ta' Mejju 2010, ġewwa Oslo, in-Norveġja. Madanakollu, hi naqset li tagħmilha sal-finali fejn ikklassifikat fit-tnax-il post, b'distakk minimu ta' seba' punti mill-aħħar post disponibbli.

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Thea in splendid performance with Gigi D'Alessio. TimesOfMalta.com, 07-11-2009
  2. ^ Stella Floras. (Ingliż) Live: Malta decides for Eurovision. ESCToday, 20-02-2010. Aċċess tal-URL: 20-02-2010.

Ħoloq esterni[editja]

Predeċessur
Chiara
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2010

Suċċessur
Glen Vella