Glen Vella
|
|
Dan l-artiklu dwar persuna huwa abbozz. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
Glen Vella (Birkirkara, 14 ta' Mejju 1983) huwa kantant Malti.
Karriera [editja]
Glen Vella ħa sehem għall-ewwel darba fil-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa fl-2005 bil-kanzunetta "Appreciate". Wara tliet tentattivi f'dan il-festival, li jinkludu t-tielet post fl-2009 (mal-grupp Q) u t-tieni post fl-2010 bil-kanzunetta "Just A Little More Love", hu rebaħ id-dritt li jirrapreżenta lil Malta fil-Festival tal-Eurovision 2011 meta rebaħ il-finali nazzjonali bil-kanzunetta "One Life".[1] Fis-serata tas-semifinali Glen kanta fil-ħdax-il post, però naqas li jsib postu mal-ewwel għaxra li kkwalifikaw għall-finali.[2] Fil-fatt, Glen spiċċa fil-ħdax-il post fis-semifinali, punt wieħed biss 'il bogħod mill-Iżvizzera, l-aħħar pajjiż ikkwalifikaw, b'total ta' 54 punt li jinkludu 12-il punt minn San Marino.[3]
Referenzi [editja]
- ^ (Ingliż) Glen Vella triumphs in Malta. eurovision.tv, 12-02-2011. Aċċess tal-URL: 13-05-2011.
- ^ Kristina Chetcuti. (Ingliż) Updated: Disappointment as Glen Vella fails to qualify for Eurovision final. TimesOfMalta, 10-05-2011. Aċċess tal-URL: 13-05-2011.
- ^ Kristina Chetcuti. (Ingliż) Glen misses Eurovision final for just one point. TimesOfMalta, 15-05-2011. Aċċess tal-URL: 15-05-2011.
Ħoloq esterni [editja]
| Predeċessur Thea Garrett |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 2011 |
Suċċessur |