Ażerbajġan fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ażerbajġan
Ażerbajġan
Stazzjon membru İctimai Televiziya (İTV)
Selezzjoni nazzjonali Land of Fire
Parteċipazzjoni
Dehriet 4
L-ewwel dehra 2008
L-aqwa riżultat 1 (2011)
L-agħar riżultat 8 (2008)
Ħoloq esterni
Eurovisionaz.com
Paġna fuq Eurovision.tv

L-Ażerbajġan idebutta fil-Festival tal-Eurovision fl-edizzjonii tal-2008, wara li l-ITV sar membru attiv tal-EBU qabel mal-festival kien ġie mħejji. ITV ilu jxandar il-Eurovision għal dawn l-aħħar snin, fejn xtara mill-EBU id-drittijiet għax-xandir.

L-Ażerbajġan hu l-aħħar pajjiż mill-Kawkasu li pparteċipa: l-Armenja kienet l-ewwel pajjiż, fl-2006, u wara segwiet il-Ġeorġja fl-2007.

Storja[editja]

Qabel ma saret l-ewwel dehra, l-AzTV kien imħajjrin li jipparteċipaw fl-2007, imma r-regoli tal-EBU ma ħallewx lil AzTV isir membru tagħhom. AzTV kienu mċaħdin milli jsiru membri tal-EBU minħabba li kienu kkunsidrati li jżommu konnessjoni kbira mal-gvern Ażerbajġan.[1]

Fil-5 ta' Lulju, stazzjon ieħor — l-istazzjon pubbliku tal-ITV — sar membru sħiħ tal-EBU u fil-15 ta' Ottubru ngħataw il-permess mill-EBU li jieħdu sehem.[2]

L-ewwel kanzunetta tal-Ażerbajġan f'dan il-festival kienet minn Elnur u Samir li kklassifikaw fil-finali fit-8 post b'132 punt. Fl-2009 l-Ażerbajġan tejjeb ir-rekord tiegħu meta l-koppja AySel u Arash temmew l-avventura tagħhom fit-tielet post b'207 punti. Fis-sena 2011 wasal l-ikbar suċċess tal-pajjiż. Id-dwett iffurmat minn Ell u Nikki rebħu l-konkors li sar ġewwa l-Ġermanja, b'total ta' 221 punt minn 43 pajjiż.

Mill-introduzzjoni tal-semifinali fl-2004, l-Ażerbajġan irnexxielu dejjem jgħaddi mis-semifinali, u flimkien mal-Greċja dejjem spiċċa fost l-ewwel għaxra mill-bidu tas-sistema tas-semifinali.

Rappreżentanti[editja]

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2008 Elnur u Samir "Day After Day" 8 132 6 96
2009 AySel u Arash "Always" 3 207 2 180
2010 Safura "Drip Drop" 5 145 2 113
2011 Ell u Nikki "Running Scared" 1 221 2 122

Votazzjoni[editja]

L-Ażerbajġan ta l-aktar punti lil:

Nru. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Ukraina Ukraina 42
2 Bandiera tat-Turkija Turkija 36
3 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja 22
4 Bandiera tar-Russja Russja 21
5 Bandiera tal-Moldova Moldova 20

L-Ażerbajġan rċieva l-aktar punti mingħand:

Nru. Pajjiż Punti
1 Bandiera tat-Turkija Turkija 48
2 Bandiera tal-Ukraina Ukraina 42
3 Bandiera tar-Russja Russja 37
4 Bandiera tal-Moldova Moldova 35
5 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja 30

Referenzi[editja]

  1. ^ Michael Kuipers. (Ingliż) Azerbaijan not joining after all. ESCToday.com, 18-06-2007. Aċċess tal-URL: 18-06-2007.
  2. ^ (Ingliż) It's official AzTV enters the 2008 Eurovision edition. Oikotimes

Ħoloq esterni[editja]