L-Armenja għamlet id-debutt fil-Festival tal-Eurovision fl-2006 bil-kanzunetta mingħand André bl-isem ta' "Without Your Love". Billi kienet ġdida fil-kompetizzjoni, l-Armenja kellha tikkompeti fis-semifinali u André kien l-ewwel li kanta f'dik is-serata, fejn irnexxielu jikkwalifika għall-finali ta' dik l-edizzjoni tal-20 ta' Mejju. Finalment, l-Armenja kisbet riżultat prestiġjuż; dak tat-tmien post.
Minħabba li kienet spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Armenja kkwalifikat direttament għall-finali tal-2007 u kisbet għat-tieni sena konsekuttiva t-tmien post. Fatt simpatiku hu kif l-Armenja, fl-2006, spiċċat b'punt vantaġġ fuq il-Greċja, waqt li fis-sena ta' wara, hi spiċċat b'punt taħt il-Greċja.
Fis-sena suċċessiva l-aħwa Inga u Anush Arshakyans reġgħu rrepetew is-suċċess għall-Armenja, u b'hekk saru wieħed minn tliet pajjiżi li dejjem spiċċaw fost l-aqwa għaxra mill-introduzzjoni tas-semifinali fl-2004. Il-pajjiżi l-oħra huma l-Greċja u l-Ażerbajġan.
[editja] Rappreżentanti
[editja] Votazzjoni
L-Armenja tat l-aktar punti lil (finali biss):
L-Armenja rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):
[editja] Ħoloq esterni