Parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Mappa li turi d-debutt fil-festival f'intervall ta' għaxar snin:      1950     1960     1970     1980     1990     20001: Parteċipazzjoni bħala parti mill-Jugożlavja bejn l-1961 u l-1991
2: Parteċipazzjoni bħala parti mill-Jugożlavja u aktar tard bħala s-Serbja u Montenegro fl-2005

Disgħa u erbgħin pajjiż ipparteċipa fil-Festival tal-Eurovision mill-bidu tiegħu fl-1956. Minn dawn, erbgħa u għoxrin rebħu l-festival. Il-festival, organizzat mill-European Broadcasting Union (EBU), isir kull sena bejn il-membri tal-Unjoni. Ix-xandara ta' pajjiżi differenti jibgħatu kanzunetta li tirrapreżenta l-pajjiż, u jivvutaw biex jiddeterminaw l-aqwa kanzunetta fil-kompetizzjoni.

Parteċipazzjoni fil-festival hi miftuħa għal kull membru attiv tal-EBU. Biex tkun membru attiv, ix-xandara jridu jkunu fil-European Broadcasting Area, jew fil-Kunsill tal-Ewropa ta' dak il-pajjiż membru.[1] Biex wieħed ikun eleġibbli li jipparteċipa ma jkunx iddeterminat skont il-pożizzjoni ġeografika fl-Ewropa, minkejja il-kelma "Euro" fil-kelma "Eurovision". L-Iżrael, pajjiż mil-Lvant Nofsani, ilu jipparteċipa mill-1973.

In-numru ta' nazzjonijiet parteċipanti kiber ġmielu matul is-snin, minn seba' fl-1956 sa aktar minn għoxrin lejn tmiem is-snin tmenin. Hekk kif in-numru ta' kontestanti kiber, kompetizzjonijiet preliminarji u relegazzjoni ġew introdotti, biex jassiguraw li numru konsiderevoli ta' pajjiżi jkollhom ċans li jipparteċipaw. Fl-1993, festival preliminarju, Kvalifikacija za Millstreet, kien sar f'Ljubljana biex jintgħażlu tliet pajjiżi mil-Lbiċ tal-Ewropa biex jikkompetu fil-finali. Wara l-1993, ir-regola ta' relegazzjoni ġiet introdotta; dawk li kklassifikaw fl-aħħar sitt postijiet ma setgħux jikkompetu fl-edizzjoni ta' wara. Fl-1996, sistemà ġdida kienet introdotta. Tejps tad-disgħa u għoxrin kontestant kienu ntbagħtu lill-ġurija nazzjonali. L-aqwa tnejn u għoxrin jikkwalifikaw għall-finali. In-Norveġja bħala l-ospitu tal-kompetizzjoni, ingħatat post awtomatiku fil-finali. Mill-1997 sal-2001, sistemà ġdida ġiet użata fejn il-pajjiżi li kisbu medja żgħira ta' punti f'dawk l-aħħar ħames snin, jispiċċaw relegati. Il-pajjiżi ma setgħux jiġu relegati aktar minn sena waħda.

Bejn l-2001 u l-2003, is-sistemà tar-relegazzjoni li kienet użata bejn l-1994 u l-1995, reġgħet ġiet użata. Fl-2004, is-semifinali ġiet introdotta. L-aqwa għaxar pajjiżi fl-edizzjoni ta' qabel, flimkien mal-"L-Aqwa Erbgħa" , jikkwalifikaw għall-finali tal-edizzjoni ta' wara awtomatikament. Il-pajjiżi jidħlu fis-semi-finali, fejn iħallu finali ta' erbgħa u għoxrin. Fl-2008, saru għall-ewwel darba żewġ semifinali.[2]

Xi pajjiżi, bħall-Ġermanja u r-Renju Unit, daħlu f'kull edizzjoni; il-Marokk, min-naħa l-oħra, daħlu darba biss. Żewġ pajjiżi, it-Tuneżija u l-Libanu ppruvaw jidħlu qabel ma daħlu fil-Festival. Il-Liechtenstein, minħabba li m'għandhomx stazzjon tat-televiżjoni tagħhom, ma setgħux jidħlu fl-1969 u fl-1976.[3]

Parteċipanti[editja]

Pajjiż Sena debuttanti Parteċipazzjonijiet Rebħiet
Bandiera tal-Albanija Albanija 2004 8 0
Bandiera tal-Andorra Andorra 2004 6 0
Bandiera tal-Armenja Armenja 2006 6 0
Bandiera tal-Awstrija Awstrija 1957 44 1
Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan 2008 4 1
Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja 2004 8 0
Bandiera tal-Belġju Belġju 1956 53 1
Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina 1993 17 0
Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija 2005 7 0
Bandiera ta' Ċipru Ċipru 1981 29 0
Bandiera tad-Danimarka Danimarka 1957 40 2
Bandiera tal-Estonja Estonja 1994 17 1
Bandiera tal-Finlandja Finlandja 1961 45 1
Bandiera ta' Franza Franza 1956 54 5
Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja 2007 4 0
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 1956 55 2
Bandiera tal-Greċja Greċja 1974 32 1
Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda 1965 45 7
Bandiera tal-Italja Italja 1956 37 2
Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda 1986 24 0
Bandiera tal-Iżrael Iżrael 1973 34 3
Bandiera tal-Jugożlavja Jugożlavja 1961 27 1
Bandiera tal-Kroazja Kroazja 1993 19 0
Bandiera tal-Latvja Latvja 2000 12 1
Bandiera tal-Litwanja Litwanja 1994 12 0
Bandiera tal-Lussemburgu Lussemburgu 1956 37 5
Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja Maċedonja 1998 11 0
Bandiera ta' Malta Malta 1971 24 0
Bandiera tal-Marokk Marokk 1980 1 0
Bandiera tal-Moldova Moldova 2005 7 0
Bandiera tal-Monako Monako 1959 24 1
Bandiera tal-Montenegro Montenegro 2007 3 0
Bandiera tan-Norveġja Norveġja 1960 50 3
Bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi Olanda 1956 52 4
Bandiera tal-Polonja Polonja 1994 16 0
Bandiera tal-Portugall Portugall 1964 45 0
Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 1957 54 5
Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka 2007 3 0
Bandiera tar-Rumanija Rumanija 1994 13 0
Bandiera tar-Russja Russja 1994 15 1
Bandiera tas-Serbja Serbja 2007 5 1
Bandiera tas-Serbja u Montenegro Serbja u Montenegro 2004 2 0
Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja 1994 6 0
Bandiera tas-Slovenja Slovenja 1993 17 0
Bandiera ta' Spanja Spanja 1961 51 2
Bandiera tat-Turkija Turkija 1975 33 1
Bandiera tal-Ukraina Ukraina 2003 9 1
Bandiera tal-Ungerija Ungerija 1994 9 0
Bandiera tal-Iżvezja Żvezja 1958 51 4
Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera 1956 52 2

Pajjiżi li pruvaw jipparteċipaw[editja]

Pajjiż Sena Noti Ref
Bandiera tal-Libanu Libanu 2005 Il-Libanu irtiraw mill-edizzjoni tal-2005 minħabba li Téle Liban ma kienx se jiggarantixxi jekk kienx se jxandar il-kanzuentta Iżraelita, wara li l-EBU assiguraw li huma kienu se juru s-serata sħiħa. Din kienet se tikser ir-regoli tal-festival. [4][5]
Bandiera tal-Liechtenstein Liechtenstein 1969 u 1974 Il-Liechtenstein ma kellux stazzjoni membru tal-EBU u b'hekk ma kienx eleġibbli li jidħol fil-festival. Madanakollu, il-Liechtenstein issa għadhom stazzjon, li b'hekk iħallihom isiru membru tal-EBU jekk iridu. [3][6]
Bandiera tat-Tuneżija Tuneżija 1977 It-Tuneżija kienet se tkanta fir-raba' post tal-edizzjoni tal-1997. Ir-raġuni tal-irtirar tal-pajjiż qatt ma stabbilit uffiċjalment; xi għajdut isostnu li ERTT ma ridux jikkompetu mal-Iżrael. [3]

Biblijografija[editja]

  • O'Connor, John Kennedy (2005). The Eurovision Song Contest 50 Years The Official History. Londra: Carlton Books Limited. ISBN 1-84442-586-X.

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Membership conditions. EBU, 22-02-2006
  2. ^ (Ingliż) Two semi-finals Eurovision Song Contest 2008. eurovision.tv, 01-10-2007
  3. ^ a b c (Ingliż) The Eurovision Song Contest 1956 - present. BBC, 26-04-2007
  4. ^ (Ingliż) Lebanon withdraws from Eurovision. BBC News, 18-03-2005
  5. ^ (Ingliż) Lebanon officially withdraws from Eurovision. Al Bawaba, 29-03-2005
  6. ^ Kuipers Michael. (Ingliż) Liechtenstein gets its own TV station. Esctoday, 24-08-2008

Ħoloq esterni[editja]