Ċipru fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ċipru
Ċipru
Stazzjon membru CyBC
Parteċipazzjoni
Dehriet {{{dehriet}}}
L-ewwel dehra 1981
L-aqwa riżultat 5 (1982, 1987, 2004)
L-agħar riżultat l-aħħar (1986)
Ħoloq esterni
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv]

Ċipru għamel id-debutt fil-Festival tal-Eurovision fl-1981. L-aqwa riżultat ta' Ċipru jibqa' l-ħames post miksub fi tliet okkażżjonijiet: fl-1982 minn Anna Vissi, fl-1997 minn Hara u Andreas Constantinou, u fl-2004 minn Lisa Andreas.

Minn mindu għamlet l-ewwel dehra f'din il-kompetizzjoni, Ċipru ipparteċipa kull sena minbarra fl-1988 u fl-2001. Fl-1988, Ċipru irtira wara li l-istazzjoni CyBC iddeċieda li l-kanzunetta magħżula kienet ineleġibbli; il-kanzunetta ddaħlet (imma ma ġietx magħżula) fil-proċess tas-selezzjoni nazzjonali tal-1984, li kien imur kontra r-regoli Ċipru fuq l-għażla tal-kanzunetta. Fl-2001, il-pajjiż ma kkwalifikax għall-konkors minħabba li l-medja ta' riżultati fil-festivals preċedenti ma kinitx biżżejjed biex tassigurahom post f'dik l-edizzjoni, skont ir-regoli li kienu qed jitħaddnu f'dak iż-żmien.

Ħafna mill-kanzunetti magħżula għal Ċipru huma kantati bil-Grieg jew bl-Ingliż, b'eċċezzjoni għall-kanzunetta tas-sena 2000 fejn is-silta "Nomiza" kienet tinkludi l-Grieg u t-Taljan, u l-kanzunetta tal-2007 minn Evridiki, "Comme Ci, Comme Ça", kantata bil-Franċiż. Minkejja li l-lingwa Torka hi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż, l-ebda lirika bit-Tork qatt ma nkitbet għal parteċipazzjoni Ċiprijotta.

Rappreżentanti[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
1981 Island Monika 6 69
1982 Anna Vissi Mono I Agapi 5 85
1983 Stavros u Constantina I Agapi Akoma Zi 16 26
1984 Andy Paul Anna Maria Lena 15 31
1985 Lia Vissi To Katalava Arga 16 15
1986 Elpida Tora Zo 20 4
1987 Alexia Aspro Mavro 7 80
1989 Giannis Savvidakis
u Phani Polymeri
Apopse As Vrethume 11 51
1990 Haris Anastazio Milas Poli 14 36
1991 Elena Patroklou SOS 9 60
1992 Evridiki Teriazoume 11 57
1993 Kyriakos Zympoulakis
u Dimos Van Beke
Mi Stamatas 19 17
1994 Evridiki Ime Anthropos Ki Ego 11 51
1995 Alex Panayi Sti Fotia 9 79
1996 Constantinos Mono Yia Mas 9 72
1997 Hara u Andreas
Constantinou
Mana Mou 5 98
1998 Michalis Hadjiyiannis Genesis 11 37
1999 Marlain Tha 'Ne Erotas 22 2
2000 Voice Nomiza 21 8
2002 One Gimme 6 85
2003 Stelios Constantas Feeling Alive 20 15
2004 Lisa Andreas Stronger Every Minute 5 170 5 149
2005 Constantinos Christoforou Ela Ela (Come Baby) 18 46
2006 Annette Artani Why Angels Cry 15 57
2007 Evridiki Comme Ci, Comme Ça 15 65
2008 Evdokia Kadi Femme Fatale 15 36
2009 Christina Metaxa Firefly 14 32

Votazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Evridiki f'Ħelsinki (2007)
Evdokia Kadi f'Belgrad (2008)

Ċipru ta l-aktar punti lil (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Greċja Greċja 244
2 Bandiera ta' Spanja Spanja 106
3 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda 90
4 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 75
5 Bandiera ta' Franza Franza 62

Ċipru rċieva l-aktar punti minn (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Greċja Greċja 181
2 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 71
3 Bandiera ta' Malta Malta 61
4 Bandiera tal-Finlandja Finlandja 55
5 Bandiera tad-Danimarka Danimarka 54

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]