Christina Metaxa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Christina Metaxa

Christina Metaxa (Χριστίνα Μεταξά) hi kantanta u liriċista Ċiprijotta imwielda f'Limassol. Ħuha, Nikolas Metaxas, li wkoll huwa kantant wasal fit-tieni post fil-verżjoni Griega tal-X Factor, u hu wkoll il-persuna wara l-ħolqien u l-kompożizzjoni tal-kanzunetta ta' Christina għall-Eurovision.

Christina Metaxa ġiet magħżula fost il-pubbliku ta' Ċipru nhar is-7 ta' Frar, 2009, biex tirrapreżenta lil pajjiżha permezz tal-kanzunetta "Firefly" fil-Festival tal-Eurovision 2009 f'Moska, ġewwa r-Russja. Hi kkompetiet fit-tieni semifinali u kantant fis-seba' post. Madanakollu ma sabitx post fil-finali tas-16 ta' Mejju.

Ħoloq esterni[editja]