Festival tal-Eurovision 2012

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Festival tal-Eurovision 2012
"Light Your Fire!"
250px-Eurovision Song Contest 2012.svg.png
Dati
Data tal-1el semifinali 22 ta' Mejju 2012
Data tal-2ni semifinali 24 ta' Mejju 2012
Data tal-finali 26 ta' Mejju 2012
Ospitu
Sala Baku Crystal Hall, Baku, Ażerbajġan
Preżentatur(i) Leyla Aliyeva
Eldar Gasimov
Nargiz Birk-Petersen
Att tal-ftuħ Ell & Nikki, "Running Scared"
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 42
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Montenegro Montenegro
Pajjiżi li rtiraw Ħadd
Vote
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tal-Iżvezja Żvezja
"Euphoria"
Festival tal-Eurovision
◄2011 Wiki Eurovision Heart (Infobox).svg 2013►

Il-Festival tal-Eurovision tal-2012 kien is-57 edizzjoni ta' dan il-konkors u sar fil-belt ta' Baku fl-Ażerbajġan, wara r-rebħa ta' Ell u Nikki fl-edizzjoni tal-2011 bil-kanzunetta Running Scared. Il-konkors sar fil-Crystal Hall ta' Baku, li giet mibnija apposta, u l-preżentaturi kienu Eldar Gasimov, ir-rebbieh tal-Eurovision tal-2011, Nargiz Birk-Peterson u Leyla Aliyeva. Is-semi finali saru fit-22 u fl-24 ta' Mejju tal-2012, u l-finali fis-26 ta' Mejju. Il-Polonja u l-Armenja ddeċidew li jirtiraw mill-konkors filwaqt li l-Montenegro irritornaw wara waqfa ta' tliet snin.

Format[editja]

Minħabba r-ritorn tal-Italja fl-edizzjoni tal-2011, il-pajjiżi fis-serata tal-finali kienu 26, għall-ewwel darba wara l-2003. Flimkien mal-Ażerbajġan, il-pajjiżi tal-Big Five ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, filwaqt li minn kull semifinali, ikkwalifikaw għaxar pajjiżi.

Parteċipanti[editja]

Minħabba r-ritorn tal-Montenegro, u l-irtira tal-Armenja u l-Polonja, in-numru ta' pajjiżi jieħdu sehem niżel għal 42. Dan ġie kkonfermat fis-17 ta' Jannar tal-2012, meta l-EBU approvat il-lista ta' parteċipanti. Fil-25 ta' Jannar tal-2012, is-36 semifinalisti ġew allokati fiż-żewġ semifinali.

Semifinali 1[editja]

# Pajjiż Artist Kanzunetta Lingwa Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01 Bandiera tal-Montenegro Montenegro Rambo Amadeus Euro Neuro Ingliż - 15 20
02 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Greta Salome u Jonsi Never Forget Ingliż Tinsa qatt 8 75
03 Bandiera tal-Greċja Greċja Eleftheria Eleftheriou Aphrodisiac Ingliż Afrodiżijaku 4 116
04 Bandiera tal-Latvja Latvja Anmary Beautiful Song Ingliż Kanzunetta Sabiħa 16 17
05 Bandiera tal-Albanija Albanija Rona Nishliu Suus Albaniż Personali 2 146
06 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Mandinga Zaleilah Spanjol, Ingliż - 3 120
07 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Sinplus Unbreakable Ingliż Ma tinkisirx 11 45
08 Bandiera tal-Belġju Belġju Iris Would You? Ingliż Inti x'tagħmel kieku? 17 16
09 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Pernilla Nar jag blundar Svediż Meta nagħlaq għajnejja 12 41
10 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Izabo Time Ingliż, Ebrajk Ħin 13 33
11 Bandiera ta' San Marino San Marino Valentina Monetta The Social Network Song Ingliż Il-Kanzunetta tan-Netwerk Soċjali 14 31
12 Bandiera ta' Ċipru Ċipru Ivi Adamou La La Love Ingliż La La l-Imħabba 7 91
13 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Soluna Samay Should've Known Better Ingliż Missni kont naf aħjar 9 63
14 Bandiera tar-Russja Russja Buranovskiye Babushki Party for Everybody Udmurt, Ingliż Party għal kulħadd 1 152
15 Bandiera tal-Ungerija Ungerija Compact Disco Sound of our Hearts Ingliż Il-Ħoss ta' Qlubna 10 52
16 Bandiera tal-Awstrija Awstrija Trackshittaz Woki mit deim Popo! Ġermaniż Żegleg il-warrani 18 8
17 Bandiera tal-Moldova Moldova Pasha Parfeny Lăutar Ingliż Mużiċist tradizzjonali 5 100
18 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Jedward Waterline Ingliż Rimja tal-Vapur 6 92

Semifinali 2[editja]

# Pajjiż Artist Kanzunetta Lingwa Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01 Bandiera tas-Serbja Serbja Željko Joksimović Nije Ljubav Stvar Serb L-imħabba ma tmut qatt 2 159
02 Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja Maċedonja Kaliopi Crno i Belo Maċedonjan Iswed u Abjad 9 53
03 Bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi Olanda Joan Franka You and Me Ingliż Int u Jien 15 35
04 Bandiera ta' Malta Malta Kurt Calleja This is the Night Ingliż Dan huwa l-Lejl 7 70
05 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja Litesound We are the Heroes Ingliż Aħna l-Eroj 16 35
06 Bandiera tal-Portugall Portugall Filipa Sousa Vida Minha Portugiż Ħajjti 13 39
07 Bandiera tal-Ukraina Ukraina Gaitana Be my Guest Ingliż Kun il-mistieden tiegħi 8 64
08 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija Sofi Marinova Love Unlimited Bulgariż Imħabba bla Tarf 11 45
09 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Eva Boto Verjamem Sloven Nemmen 17 31
10 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Nina Badrić Nebo Kroat Ġenna 12 42
11 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Loreen Euphoria Ingliż Ewforja 1 181
12 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Anri Jokhadze I'm a Joker Ġorġjan, Ingliż Jien ċajtier 14 36
13 Bandiera tat-Turkija Turkija Can Bonomo Love me Back Ingliż Ħobbni lura 5 80
14 Bandiera tal-Estonja Estonja Ott Lepland Kuula Estonjan Isma' 4 100
15 Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja Max Jason Mai Don't Close your Eyes Ingliż Tagħlaqx Għajnejk 18 22
16 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Tooji Stay Ingliż Ibqa' 10 45
17 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina MayaSar Korake ti znam Bożnijan Naf il-passi tiegħek 6 77
18 Bandiera tal-Litwanja Litwanja Donny Montell Love is Blind Ingliż L-Imħabba Għamja 3 104

Fis-serata finali tas-26 ta' Mejju, għaxar semifinalisti minn kull semifinali ingħaqdu mal-Big Five u l-Ażerbajġan. Il-konkors ġie mirbuħ mill-Isvezja, bir-rappreżentanta Loreen li kantat il-kanzunetta Euphoria. Dan wara li tmintax-il pajjiż differenti ta t-12-il punt lill-istess Loreen. Fit-tieni post ġew il-Buranovskiye Babushki mir-Russja, segwiti mir-runner-up tal-festival tal-2004, is-Serb Zeljko Joksimovic. Fir-raba' post ġew l-ospitanti l-Ażerbajġan bil-kanzunetta When the Music Dies, kantata minn Sabina Babayeva. Fil-ħames post ġiet il-kantanta Rona Nishliu bil-kanzunetta sentimentali tagħha Suus. Din tal-aħħar ġabet l-aħjar riżultat għall-pajjiżha, l-Albanija, li sa dak iż-żmien, l-aħjar riżultat kien is-seba' post fl-2004.

B'hekk, il-festival ta' wara dan għandu jsir fil-belt ta' Malmö fl-Isvezja, mill-14 sat-18 ta' Mejju tal-2013.

Ħoloq esterni[editja]