Congratulations (Eurovision)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Congratulations: 50 Sena ta' Eurovision
Congratulation50Yearslogo.jpg
Dati
Data tal-finali 22 ta' Ottubru 2005
Ospitu
Sala Forum Arena, Kopenħagen, Danimarka
Preżentatur(i) Katrina Leskanich
Renārs Kaupers
Att tal-intervall Riverdance
Ronan Keating
Siltiet mill-passat
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 14-il kanzunetta mill-1958 u l-2005
Vote
Kanzunetta rebbieħa Żvezja ABBA
"Waterloo"

Congratulations: 50 Sena ta' Eurovision kien programm televiżiv organizzat mill-EBU, li sar fit-22 ta' Ottubru 2005, biex jikkomemora l-50 sena mill-bidu tal-Festival tal-Eurovision. Din l-edizzjoni speċjali kienet ippreżentata minn Katrina Leskanich (mill-grupp Katrina and the the Waves, rebbieħ tal-edizzjoni ta' l-1997) u minn Renārs Kaupers (mill-grupp Brainstorm, it-tielet fl-edizzjoni tas-sena 2000. Il-kanzunetta rebbieħa tal-Congratulations, li kienet b'hekk ikkunsidrata bħala l-aqwa silta mużikali fl-istorja tal-Eurovision, kienet Waterloo mill-grupp Żvediż tal-ABBA, li rebaħ il-Festival tal-Eurovision 1974.

Fil-bidu l-edizzjoni kienet se ssir ġewwa Birmingham fejn il-BBC ipproponiet li tospita l-Congratulations, imma wara rtiraw l-proposta. Franza wkoll irtirat u b'hekk DR tad-Danimarka ntgħażel biex jospita l-avveniment. Kien hemm total ta' tletin stazzjon li xandru din l-edizzjoni.

Parteċipanti[editja]

Wieħed u tletin pajjiżi xandru dan l-avveniment u pparteċipaw fil-votazzjoni. Ir-Renju Unit, l-Italja u Franza għażlu li ma jxandruhx. Søren Therkelsen, l-editur tal-kummissjoni ta' dan l-avveniment, qal li ħassu "diżappuntat" fuq id-deċiżjoni tal-istazzjonijiet li ma jxandrux is-serata.[1] Din l-edizzjoni ġiet ukoll imxandra wara l-ħin fl-Albanija, l-Armenja u l-Awstralja minkejja li dawn il-pajjiżi ma vvutawx.[2] Il-pajjiżi parteċipanti kienu:[3]

Kontestanti[editja]

Erbatax-il kanzunetta kkompetew fil-Congratulations. F'Mejju 2005 l-EBU għamlet sondaġġ fuq is-sit uffiċjali tagħha biex tiddeċiedi liema għaxar kanzunetti se jikkompetu fil-festival.[4] Il-votanti għażlu ż-żewġ kanzunetti favoriti minn kull wieħed mill-ħames deċennji: mill-1956 sal-1965, mill-1966 sal-1975, mill-1986 sal-1995 u mill-1996 sal-2005. Ir-raba' kanzunetti l-oħra jintgħażlu mill-Grupp ta' Referenza tal-EBU.[5] Fis-16 ta' Ġunju 2005, l-erbatax-il kanzunetta ġew magħżula, minkejja li ebda indikazzjoni ma ngħataw fuq liema ntagħżlu mill-pubbliku fuq l-internet u dawk mill-Grupp ta' Referenza.[6]

Riżultati[editja]

# Kanzunetta L-1 Rawnd Poż. It-2 Rawnd Poż.
1 Congratulations 105 8 - -
2 What's Another Year? 74 12 - -
3 Diva 39 13 - -
4 Eres Tú 90 11 - -
5 Ein bisschen Frieden 106 7 - -
6 Nel blu dipinto di blu 200 2 267 2
7 Waterloo 331 1 329 1
8 Fly on the Wings of Love 111 6 - -
9 Poupée de cire, poupée de son 37 14 - -
10 Every Way That I Can 104 9 - -
11 Ne partez pas sans moi 98 10 - -
12 Hold Me Now 182 3 262 3
13 Save Your Kisses for Me 154 5 230 5
14 My Number One 167 4 245 4

Referenzi[editja]

  1. ^ Sietse Bakker. (Ingliż) Therkelsen "disappointed" in British and French TV. ESCToday, 19-08-2005. Aċċess tal-URL: 26-12-2007.
  2. ^ (Ingliż) The 43rd EBU TV committee. EBU. Aċċess tal-URL: 26-12-2007.
  3. ^ (Ingliż) Participating broadcasters. Eurovision.tv. Aċċess tal-URL: 26-12-2007.
  4. ^ (Ingliż) Happy birthday, Eurovision!. Eurovision.tv. Aċċess tal-URL: 26-12-2007.
  5. ^ (Ingliż) Dearth of the cool. The Age. Aċċess tal-URL: 26-12-2007.
  6. ^ (Ingliż) "Congratulations" - 14 songs to compete. Eurovision.tv, 16-06-2005. Aċċess tal-URL: 26-12-2007.

Ħoloq esterni[editja]