Malta fil-Festival tal-Eurovision 2013

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Malta se tieħu sehem fil-Festival tal-Eurovision 2013 li se jsir Malmö, ġewwa l-Iżvezja. Din se tkun is-26 parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision għal Malta. Il-Public Broadcasting Services kienet responsabbli li tospita l-avveniment għall-għażla tal-kanzunetta.

L-għażla nazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar l-14 ta' Settembru 2012, il-PBS ħarġet talba għas-sottomissjonijiet għall-finali nazzjonali, bil-perjodu ta' sottomissjoni jagħlaq fil-31 ta' Ottubru 20012.[1] Kemm kompożituri Maltin kif ukoll dawk barranin setgħu jibgħatu s-sottomissjonijiet tagħhom, però l-kantanti kellhom ikollhom ċittadinanza Maltija. Fl-14 ta' Novembru 2012, il-PBS ħabbret li minn 181 sottomissjoni, 69 ġew imniżżla fit-tieni fażi. Fost dawn kien hemm daħliet minn parteċipanti preċedenti bħal Miriam Christine (1996), William Mangion (1993) u Fabrizio Faniello (2001 u 2006).[2] Fit-30 ta' Novembru 2012, waqt edizzjoni speċjali tal-programm televiżiv Xarabank, 24 semifinalista ġew imħabbra.[3] Fil-21 ta' Diċembru 2012, minħabba l-irtirar mill-konkors ta' Saska Hunt bil-kanzunetta "Dress Rehearsal", postha ħaditu Marilena Gauci bil-kanzunetta "Overrated".[4] Is-semifinali saret fl-1 ta' Frar 2013 ġewwa l-Malta Fairs & Conventions Centre f'Ta' Qali, fejn minn 24 intgħażlu 16 għall-finali tal-għada 2 ta' Frar.

Kemm is-semifinali kif ukoll il-finali ġew ippreżentati minn Elaine Saliba, li ppreżentat ukoll l-edizzjoni preċedenti, akkumpanjata mill-attur Gordon Bonello.

Kontroversja[immodifika | immodifika s-sors]

Waqt li kien għaddej il-votazzjoni, is-sit uffiċjali tal-Eurovision ħareġ aħbar li Amber kienet rebħet il-Festival. Aktar tard din l-aħbar tneħħiet minn fuq is-sit u l-Eurovision ħareġ apoloġija fuq Facebook u Twitter fejn stqarr li kien hemm "diffikultajiet tekniċi".[5] Aktar tard, ħareġ li l-ġurnalist li kien żvela din l-aħbar ma baqax aktar impjegat minn Eurovision.tv.[6]

Semifinali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-ġurija mistiedna sabiex tevalwa din is-semifinali, li saret fl-1 ta' Frar, kienet tinkludi:

  • Maria Muscat (Malta)
  • Alessandro Ragni (Italja)
  • Gohar Gasparyan (Armenja)
  • Kleart Duraj (Albanija)
  • Aleksandar Kostadinov (Kroazja)
  • Walid Arfush (Ukrajna)
  • Carlo Borg Bonaci (Malta)
# Artist Kanzunetta Kompożituri
1 Richard Edwards "Fall Like Rome" Philip Vella, Magnus Kaxe, Gerard James Borg
2 Ylenia "Tides of Illusion" Jason Cassar, Mario Farrugia
3 Janice Debattista "Perfect Day" Boris Cezek, Dean Muscat
4 Chris Grech "Never Walk Away" Matthew James Borg, David Cassar Torregiani, Chris Grech, Peter Borg
5 Marilena "Overrated" Philip Vella, Gerard James Borg
6 Petra "No One Home" Wayne Micallef, Richard Micallef
7 Dorothy Bezzina "Starting from the End" Magnus Kaxe, Gerard James Borg
8 Domenique "Too Little Too Late" Marc Paelinck, Matthias Strasser
9 Jessika "Ultraviolet" Philip Vella, Thomas G:son, Gerard James Borg
10 Franklin Calleja "Let Your Heart Talk" Ray Aguis, Alfred C Sant
11 Claudia Faniello "When It's Time" Errol Sammut, Claudia Faniello
12 Corazon "My Stranger Love" Paul Giordimaina, Fleur Balzan
13 Kevin Borg "Needing You" Kevin Borg, Simon Gribbe, Dan Attlerud, Thomas Thörnholm, Michael Clauss
14 Scar "Superstar" Konrad Pule
15 Melanie Zammit "Loverdose" Maria Lundin, Niclas Lundin, Gerard James Borg
16 Danica Muscat "Fantasy" Paul Abela, Joe Julia Farrugia
17 Petra & Richard "Wonderful Today" Wayne Micallef, Richard Micallef
18 Deborah C "Love-O-Holic" Johan Bejerholm, Gerard James Borg
19 Gianni "Us Against the World" Boris Cezek, Dean Muscat
20 Raquela "Keep Believing" Raquela Dalli Gonzi
21 Gianluca Bezzina "Tomorrow" Boris Cezek, Dean Muscat
22 Amber "In Control" Paul Giordimaina, Fleur Balzan
23 Klinsmann "The Remedy" Philip Vella, Magnus Kaxe, Gerard James Borg
24 Davinia "Betrayed" Elton Zarb, Muxu

Finali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-ġurija tal-finali, li saret fit-2 ta' Frar, kienet tikkonsisti minn:

  • Aleksandar Kostadinov (Kroazja)
  • Noel Magri (Malta)
  • Alessandro Ragni (Italja)
  • Anna Dalli (Malta)
  • Walid Arfush (Ukrajna)
  • Olga Salamakha (Belarus)
  • Carlo Borg Bonaci (Malta)
# Artist Kanzunetta Kompożituri Ġurija Televotazzjoni Total Poż.
1 Scar "Superstar" Konrad Pulé 10 1 11 11
2 Dorothy Bezzina "Starting from the End" Magnus Kaxe, Gerard James Borg 2 3 5 15
3 Corazon "My Stranger Love" Paul Giordmaina, Fleur Balzan 11 0 11 11
4 Jessika "Ultraviolet" Philip Vella, Thomas G:son, Gerard James Borg 12 7 19 8
5 Gianni "Us Against the World" Boris Cezek, Dean Muscat 9 0 9 14
6 Davinia Pace "Betrayed" Elton Zarb, Muxu 48 0 48 3
7 Kevin Borg "Needing You" Kevin Borg, Simon Gribbe, Dan Attlerud, Thomas Thörnholm, Michael Clauss 68 12 80 2
8 Richard Edwards "Fall like Rome" Philip Vella, Magnus Kaxe, Gerard James Borg 10 0 10 13
9 Janice Debattista "Perfect Day" Boris Cezek, Dean Muscat 13 0 13 10
10 Deborah C "Love-o-Holic" Johan Bejerholm, Gerard James Borg 12 5 17 9
11 Claudia Faniello "When it's Time" Errol Sammut, Claudia Faniello 14 6 20 7
12 Gianluca Bezzina "Tomorrow" Boris Cezek, Dean Muscat 82 10 92 1
13 Chris Grech "Never Walk Away" Matthew James Borg, David Cassar Torreggiani, Peter Borg, Chris Grech 32 8 42 5
14 Petra and Richard "Wonderful Today" Wayne Micallef, Richard Micallef 35 2 37 6
15 Amber "In Control" Paul Giordimaina, Fleur Balzan 43 4 47 4
16 Domenique "Too Little Too Late" Marc Paelnick, Matthias Strasser 2 0 2 16

Ġurija[immodifika | immodifika s-sors]

Kanzunetta Malta Italja Armenja Albanija Kroazja Ukrajna Malta Total
Superstar 2 8 1 11
Starting from the End 2 2
My Stranger Love 5 2 1 3 11
Ultraviolet 6 5 1 12
Us Against the World 3 4 2 9
Betrayed 8 5 5 8 10 4 8 48
Needing You 10 10 10 12 8 8 10 68
Fall like Rome 3 3 6
Perfect Day 4 2 4 3 4 17
Love-o-Holic 3 1 1 5 2 11
When it's Time 4 5 5 14
Tomorrow 12 12 12 10 12 12 12 82
Never Walk Away 6 7 7 7 7 34
Wonderful Today 7 6 6 3 6 7 35
In Control 2 8 4 7 6 10 6 43
Too Little Too Late 1 1 2

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Webb, Glen (2012-09-14). "Malta: PBS call for entries for 2013" (bl-Ingliż). Eurovision.tv. Miġbur 2013-02-12.
  2. ^ Webb, Glen (2012-11-14). "69 songs through to next stage in Malta" (bl-Ingliż). Eurovision.tv. Miġbur 2013-02-12.
  3. ^ Brey, Marco (2012-12-01). "Malta: 24 national semi-finalists announced" (bl-Ingliż). Eurovision.tv. Miġbur 2013-02-12.
  4. ^ Calleja Bayliss, Marc (2012-12-21). "MESC 2013: Marilena Gauci Replaces Saska Hunt". ESCFlashMalta.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-05-13. Miġbur 2013-02-12.
  5. ^ "Updated: Tomorrow taking Malta to Sweden" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2013-02-02. Miġbur 2013-02-12.
  6. ^ "Reporter who announced wrong Eurovision Malta winner is out of a job" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2013-02-04. Miġbur 2013-02-12.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]