Regina (grupp)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Regina
Oriġini Bosnja-Ħerzegovina Sarajevo, Bożnija u Ħerżegovina
Ġeneru Rock, pop
Snin ta' attività 1990–2000, 2006–preżent
Sit uffiċjali www.gruparegina.com

Regina hu grupp rock fundat fl-1990 f'Sarajevo, ġewwa l-Bożnija u Ħerżegovina.

Karriera[editja]

Tlieta mill-membri kurrenti, Aleksandar, Bojan u Denis bdew bħala grupp fil-garaxx. Kienet diffiċli li jsibu l-kantant prinċipali t-tajjeb, imma wara żmien twil ifittxu huma sabu lil Davor Ebner. Ġaladarba l-grupp Regina ġie maħluq, huma gawdew minn suċċess mal-Jugożlavja kollha. Il-kanzunetti tagħhom kienu ispirati mill-grupp Irlandiż, il-U2. Meta faqqet il-gwerra fil-Bożnija u Ħerżegovina, membri Serbi telqu minn Sarajevo għal Belgrad, ġewwa s-Serbja, u Regina komplew il-karriera tagħhom sas-sena 2000 meta Aleksandar beda karriera bħala solista, bħal ma għamel Aco Regina. Fl-2006, il-grupp reġa' ngħaqad bil-membri oriġinali tiegħu u deher f'festival tar-radju Serb organizzat minn Radio S.

Eurovision 2009[editja]

Nhar it-12 ta' Jannar, 2009, ġie ikkonfermat il-parteċipazzjoni tagħhom bħala l-ambaxxaturi tal-Bożnija u Ħerżegovina fil-Festival tal-Eurovision 2009, bil-kanzunetta Bistra voda (Ilma ċar).[1] Il-kanzunetta ħdaet sehem fl-ewwel semifinali u ntagħżlet fost l-għaxar kanzunetti li għaddew għall-finali.

Albums[editja]

  • Regina (1990)
  • Ljubav nije za nas (1992)
  • Oteto od zaborava (1994)
  • Godine lete (1995)
  • Ja nisam kao drugi (1997)
  • Kad zatvorim oči (1999)
  • Devedesete (2000)
  • Sve mogu ja (2006)

Referenzi[editja]

  1. ^ [1]

Ħoloq esterni[editja]