Susanne Georgi
| Susanne Georgi | |
|---|---|
| Isem sħiħ | Susanne Jonah-Lynn Georgi |
| Twieled | 27 ta' Lulju 1976 |
| Oriġini | Sjølund, Muniċpju ta' Kolding, Danimarka |
| Snin ta' attività | 1995–preżent |
Susanne Jonah-Lynn Georgi (Sjølund, 27 ta' Lulju, 1976) hi kantanta Daniża li tgħix u taħdem l-Andorra.
Georgi bdiet il-karriera tagħha flimkien ma' oħta fid-dwett Me & My, fejn il-grupp wassal diversi kanzunetti f'xi klassifiki tal-mużika madwar l-Ewropa. Huma pparteċipaw ukoll fil-finali nazzjonali Daniża għall-Festival tal-Eurovision 2007, fejn spiċċaw fis-sitt post. Bħalissa, Georgi qed taħdem fuq ir-raba' album tagħha.
[editja] Eurovision 2009
Susanne irrapreżentat lill-Andorra fil-Festival tal-Eurovision 2009 f'Moska, ġewwa r-Russja bil-kanzunetta "La teva decisió (Get a Life)". Ir-riżultati fil-finali nazzjonali tal-Andorra urew li hi kisbet 47% tal-voti tal-ġurija u 66% tal-votazzjoni pubblika. Il-kanzunetta però naqset li ssib post fil-finali, wara li waqfet fis-semifinali. Susanne, barra din il-parteċipazzjoni diretta f'dan il-konkors, fil-Festival tal-Eurovision 2007 kienet ħabbret il-voti Daniżi waqt il-finali li saret f'Ħelsinki.