Mira Awad

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Mira Awad
Mira awad.jpg
Informazzjoni ġenerali
Twieled 1975
Oriġini Rameh, Iżrael

Mira Anwar Awad (bl-Għarbi: ميرا عوض; bl-Ebrajk:מירה עווד) hi kantanta, attriċi u liriċista Għarbija-Iżraeljana.[1] Attwalment tgħix f'Tel Aviv, ġewwa l-Iżrael.[2][3]

Bijografija[editja]

Awad twieldet f'Rameh, raħal fil-Galileja, ġewwa l-Iżrael. Missierha, Anwar, hu tabib ta' nisel Għarbi Palestinjan, u ommha, Snejana, speċjalista tal-lingwi Slavi, hi Bulgara.

Fl-2002 hi ssieħebet mal-istilla internazzjonali Noa fl-album ta' din tal-aħħar, "Now", f'verżjoni tal-kanzunetta tal-Beatles "We Can Work it Out". Hi kitbet u esegwixxiet kanzunetta mal-artist ta' fama mondjali Idan Raichel, u dehret ukoll f'kunċerti diretti f'Ateni, ġewwa l-Greċja, mal-leġġenda Griega George Dalaras.

Awad ippruvat tipparteċipa f'isem l-Iżrael fil-Festival tal-Eurovision 2005 bil-kanzunetta "Zman", fejn spiċċat fit-tmien post fil-finali nazzjonali. Awad tinsab qrib li tirrekordja l-ewwel album tagħha bl-isem ta' "Bahlawan", fejn dan ikopri kanzunetti li kitbet u kkomponiet, f'kolaborazzjoni mal-kitarrista Iżraeljan Amos Ever-Hadani.

F'Jannar tal-2009, ġie mħabbar li Awad se tirrapreżenta lill-Iżrael fil-Festival tal-Eurovision 2009, flimkien ma' Achinoam Nini, magħrufa barra minn pajjiżha bħala Noa. Awad se tkun l-ewwel kantanta Għarbija-Iżraeljana f'dan il-konkors. Il-kanzunetta rnexxielha tirbaħ post fil-finali tas-16 ta' Mejju.

Referenzi[editja]

Ħoloq esterni[editja]

Predeċessur
Boaz
Iżrael fil-Festival tal-Eurovision
(ma' Noa)
2009

Suċċessur