Malena Ernman

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Malena Ernman
Malena Ernman at ESC2009.jpg
Informazzjoni ġenerali
Twieled 4 ta' Novembru 1970 (1970-11-04) (44 sena)
Oriġini Żvezja Uppsala, Uppland County, Żvezja
Ġeneru Opra, jazz, pop operistiku, chanson, cabaret
Snin ta' attività 1998–
Sit uffiċjali www.malenaernman.com

Malena Ernman (imwielda Sara Magdalena Ernman; Uppsala, 4 ta' Novembru 1970) hija kantanta operistika Żvediża. Ernman hi artista versatili fejn barra li tkanta opri u operetti, hi tkanta wkoll chansons, cabaret, jazz, dehret ukoll fi mużikals. Illum il-ġurnata, Malena Erman hi l-aktar kantanta tal-opri imfittxija ġewwa l-Iżvezja. Hija hi membru fl-Akkademja Rjali Żvediża tal-Mużika. Malena rebħet id-dritt li tirrapreżenta lill-Iżvezja fil-Festival tal-Eurovision 2009, bid-diska "La voix" miktuba minn Fredrik Kempe.

Melodifestivalen 2009 u l-Eurovision[editja]

Wara diversi kunċerti u opri, nhar it-28 ta' Novembru, 2008 ġie mħabbar li Malena Ernman kienet se tidħol fil-Melodifestivalen 2009 għall-Festival tal-Eurovision 2009 bil-kanzunetta "La voix" b'lirika ta' Fredrik Kempe. Nhar it-28 ta' Frar, 2009 ikkompetiet fir-raba' semifinali tal-Melodifestivalen f'Malmö u ġiet imħabbra bħala waħda mill-finalisti.[1] Nhar l-14 ta' Marzu, Malena akkwistat id-dritt biex tirrapreżenta lill-Iżvezja fil-fażi finali tal-konkors. L-Iżvezja ħadet sehem fl-ewwel semifinali u kantat fil-ħames post. Fi tmiem din is-semifinali, Ernman kisbet post fil-finali.[2][3] "La voix" hi l-ewwel kanzunetta Żvediża fil-Eurovision li parti sostanzjali mil-lirika tagħha hu bil-Franċiż.[3]

Diskografija[editja]

  • My Love (BIS)
  • Cabaret Songs (BIS)
  • Songs in Season (Nytorp Musik)
  • Nachtgesänge (Col legno)
  • The High Mass (Deutsche Grammophone)

DVD[editja]

  • Die Fledermaus (Glyndebourne Festival Opera)
  • Julie (Boesmans)
  • Hercules (William Christie)

Referenzi[editja]

Ħoloq esterni[editja]

Predeċessur
Charlotte Perrelli
Żvezja fil-Festival tal-Eurovision
2009

Suċċessur
Anna Bergendahl