Porto
Porto | |||
---|---|---|---|
Portugall | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Portugall | ||
District of Portugal | Porto | ||
Kap tal-Gvern | Rui Moreira (en) | ||
Isem uffiċjali | Porto | ||
Ismijiet oriġinali | Porto | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 41°08′58″N 8°36′39″W / 41.14947°N 8.61078°WKoordinati: 41°08′58″N 8°36′39″W / 41.14947°N 8.61078°W | ||
Superfiċjenti | 41.66 kilometru kwadru, 41.42±0.010000000000003 kilometru kwadru | ||
Għoli | 104 m | ||
Fruntieri ma' | Matosinhos (en) , Maia (en) , Gondomar (en) u Vila Nova de Gaia (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 237,591 abitanti (2011) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Żona tal-Ħin | UTC±0 | ||
bliet ġemellati | Nagasaki, Akhisar, Macao, Jena, Liège, Bordeaux, Ndola, Recife, Bristol, Duruelo de la Sierra, Mindelo, Shanghai, Luanda, Crotone, Vigo, Monterreyu Rio de Janeiro | ||
cm-porto.pt |
Porto jew Oporto[1] (pronunzja bil-Portugiż: [ˈpoɾtu]) hija t-tieni l-ikbar belt fil-Portugall, il-belt kapitali tad-Distrett ta' Oporto, u waħda mill-ikbar żoni urbani tal-Peniżola Iberika. Il-belt ta' Porto proprja, li tinkludi l-muniċipalità kollha ta' Porto, hija żgħira meta mqabbla maż-żona metropolitana tagħha, b'popolazzjoni li stmata li tlaħħaq il-231,800 ruħ biss f'muniċipalità ta' 41.42 km2.[2][3] Iż-żona metropolitana ta' Porto għandha popolazzjoni ta' madwar 1.7 miljun ruħ (fl-2021) f'erja ta' 2,395 km2 (925 mil kwadru),[4] u b'hekk hija t-tieni l-ikbar żona urbana fil-Portugall.[5][6][7] Hija rikonoxxuta bħala belt globali b'klassifikazzjoni ta' Gamma + min-Network tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Bliet Dinjin.
Porto tinsab tul l-estwarju tax-xmara Douro fit-Tramuntana tal-Portugall u għandha waħda mill-eqdem ċentri storiċi tal-Ewropa. Tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996, bħala ċ-"Ċentru Storiku ta' Porto, il-Pont ta' Luiz I u l-Monasteru ta' Serra do Pilar".[8] Iċ-ċentru storiku huwa wkoll Monument Nazzjonali tal-Portugall. Il-parti tal-Punent taż-żona urbana tagħha testendi sal-kosta tal-Oċean Atlantiku. L-insedjament tal-belt tmur lura bosta sekli, meta kienet gwarniġjon tal-Imperu Ruman. L-isem Ċeltiku-Latin tagħha ġej minn Portus Cale[9] u huwa maħsub li huwa l-oriġini wkoll ta' isem il-pajjiż, Portugal, abbażi tat-trażlitterazzjoni u l-evoluzzjoni bil-fomm mil-Latin. Bil-Portugiż, isem il-belt jinkludi l-artiklu definit: o Porto ("il-port").[10]
L-inbid port, wieħed mill-iżjed esportazzjonijiet famużi tal-Portugall, huwa msemmi għal Porto, peress li ż-żona metropolitana, u b'mod partikolari l-kantini ta' Vila Nova de Gaia, kienu responsabbli għall-imballaġġ, għat-trasport u għall-esportazzjoni tal-inbid iffortifikat.[11] Fl-2014 u fl-2017, Porto ġiet eletta bħala L-Aqwa Destinazzjoni Ewropea mill-Aġenzija tal-Aqwa Destinazzjoniet Ewropej.[12] Porto tinsab ukoll tul ir-Rotta Portugiża tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Storja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-popli Proto-Ċeltiċi u Ċeltiċi kienu fost l-ewwel abitanti magħrufa tal-inħawi. Ġew skoperti diversi fdalijiet f'għadd ta' nħawi. Is-sejbiet arkeoloġiċi żvelaw li kien hemm insedjamenti umani wkoll fil-bokka tax-xmara Douro diġà mis-seklu 8 Q.K., u dan jagħti x'tifhem li x'aktarx kien hemm insedjament kummerċjali tal-Feniċi hemmhekk.
Matul l-okkupazzjoni Rumana tal-Peniżola Iberika, il-belt żviluppat bħala port kummerċjali importanti, primarjament għall-kummerċ bejn Olissipona (illum il-ġurnata Liżbona) u Bracara Augusta (illum il-ġurnata Braga). Porto kienet importanti wkoll fi żmien is-Swebi u l-Viżigoti, u kienet ċentru għall-espansjoni tal-Kristjaneżmu matul dak il-perjodu.[13]
Porto sfat taħt il-kontroll tal-Għarab Iberiċi matul l-invażjoni tal-Peniżola Iberika fis-711.[14] Fit-868, Vímara Peres, konti tal-Asturias minn Gallaecia, u vassal tar-Re tal-Asturias, ta' Léon u ta' Galicia, Alfonso III, intbagħat biex jerġa' jaħkem u jsaħħaħ l-artijiet f'idejn il-Kristjani. Dan kien jinkludi l-inħawi minn Minho sax-xmara Douro: l-insedjament ta' Portus Cale u ż-żona magħrufa bħala Vila Nova de Gaia. Portus Cale, li iktar 'il quddiem saret magħrufa bħala Portucale, kienet l-oriġini tal-isem modern tal-Portugall. Fit-868, il-Konti Vímara Peres stabbilixxa l-Kontea tal-Portugall (bil-Portugiż: Condado de Portucale), magħrufa wkoll bħala Condado Portucalense, wara l-ħakma mill-ġdid tar-reġjun fit-Tramuntana tax-xmara Douro.[15]
Fl-1093, Teresa ta' León, bint illeġittima tar-Re Alfonso VI ta' Kastilja, iżżewġet lil Enriku ta' Bourgogne, u b'hekk ingħatat il-Kontea tal-Portugall bħala dota. Dan il-Condado Portucalense kien fil-mira tal-hekk imsejħa Reconquista, u iktar 'il quddiem sar ir-Renju indipendenti tal-Portugall, wara li eventwalment kabbar il-fruntieri attwali tiegħu lejn in-Nofsinhar, bis-saħħa tal-ħakma mill-ġdid tat-territorji abitati mill-Għarab Iberiċi għal sekli sħaħ, taħt ir-renju tar-Re Afonso I tal-Portugall fil-bidu tas-seklu 12.
Fl-1387, Porto kienet il-belt fejn sar iż-żwieġ bejn Ġwanni I tal-Portugall u Filippa ta' Lancaster, bint Ġwanni ta' Gaunt; dan iż-żwieġ kien jissimbolizza l-alleanza militari dejjiema bejn il-Portugall u l-Ingilterra.[16] L-alleanza Portugiża-Ingliża skont it-Trattat ta' Windsor hi l-eqdem alleanza militari li qatt ġiet irreġistrata fid-dinja.[17]
Fis-sekli 14 u 15, it-tarzniet ta' Porto kkontribwew għall-iżvilupp tal-bini tal-bastimenti fil-Portugall. Mill-port ta' Porto wkoll, fl-1415, il-Prinċep Enriku n-Navigatur (iben Ġwanni I tal-Portugall) salpa biex jaħkem il-port Għarbi ta' Ceuta, fit-Tramuntana tal-Marokk.[18][19] Din l-ispedizzjoni mir-re u l-flotta tiegħu, li kienet tinkludi lill-Prinċep Enriku, saret permezz tan-navigazzjoni u l-esplorazzjoni tul il-kosta tal-Punent tal-Afrika, u tat bidu għall-Era Portugiża tal-Iskoperti. Il-laqam mogħti lill-poplu ta' Porto beda f'dak iż-żmien; iċ-ċittadini ta' Porto għadhom sa issa magħrufa kollokjalment bħala tripeiros (il-poplu tal-kirxa), b'referenza għal dan il-perjodu tal-istorja, meta l-qatgħat tal-laħam ta' kwalità għolja kienu jiġu ttrasportati bil-baħar minn Porto mill-baħħara tagħhom, filwaqt li l-qatgħat l-oħra u l-prodotti sekondarji, bħall-kirxa, kienu jitħallew għaċ-ċittadini ta' Porto; il-kirxa fil-fatt għadha ikla tradizzjonali importanti għal Porto moderna.
Seklu 18
[immodifika | immodifika s-sors]Sas-seklu 13, l-inbid prodott fil-wied tax-xmara Douro kien diġà ttrasportat lejn Porto f'barcos rabelos (bastimenti ċatti bil-qlugħ). Fl-1703, it-Trattat ta' Methuen stabbilixxa r-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Portugall u l-Ingilterra. Fl-1717, l-ewwel post kummerċjali Ingliż ġie stabbilit f'Porto. Il-produzzjoni tal-inbid port imbagħad gradwalment għadda f'idejn xi ftit ditti Ingliżi. Sabiex titrażżan din id-dominanza, il-Prim Ministru u l-Markiż ta' Pombal stabbilixxa ditta Portugiża li ngħatat il-monopolju tal-inbejjed mill-wied tax-xmara Douro. Huwa stabbilixxa d-demarkazzjoni tar-reġjun għall-produzzjoni tal-inbid port, sabiex jiżgura l-kwalità tal-inbid; dan kien l-ewwel tentattiv ta' kontroll tal-kwalità tal-inbid u tal-produzzjoni tal-inbid fl-Ewropa. L-azjendi ż-żgħar tal-inbid irvellaw kontra l-politiki stretti tiegħu nhar it-Tlieta ta' Qabel l-Erbgħa tat-Tniebri, u ħarqu l-binjiet ta' din id-ditta. L-irvell issejjaħ Revolta dos Borrachos (l-irvell tax-xurbana).[20]
Bejn l-1732 u l-1763, l-arkitett Taljan Nicolau Nasoni ddisinja knisja Barokka b'torri li saret l-ikona arkitettonika u viżiva tal-belt: it-Torre dos Clérigos. Matul is-sekli 18 u 19, il-belt saret ċentru industrijali importanti u d-daqs u l-popolazzjoni tagħha kibru.
Seklu 19
[immodifika | immodifika s-sors]L-invażjoni tat-truppi ta' Napuljun fil-Portugall taħt il-Marexxall Soult wasslet għal gwerra fil-belt ta' Porto. Fid-29 ta' Marzu 1809, meta l-popolazzjoni kienet qed taħrab mit-truppi Franċiżi li kienu qed javvanzaw u ppruvat taqsam ix-xmara Douro minn fuq il-Ponte das Barcas (pont b'puntun), il-pont ċeda bil-piż. Dan l-avveniment għadu mfakkar bi plakka fil-Pont ta' D. Luis I. L-Armata Franċiża tkeċċiet minn Porto minn Arthur Wellesley, l-Ewwel Duka ta' Wellington, meta l-Armata Anglo-Portugiża tiegħu qasmet ix-xmara Douro mill-Mosteiro da Serra do Pilar (eks kunvent) f'attakk binhar brillanti, bl-użu tal-barklori tal-inbid għat-trasport tat-truppi, u b'hekk għelbu lill-Armata Franċiża.[21][22]
Influwenzata mir-rivoluzzjonijiet liberali li kienu qed iseħħu fl-Ewropa, fl-1820 bdiet ir-Rivoluzzjoni Liberali f'Porto.[23] Ir-rivoluzzjonarji talbu r-ritorn ta' Ġwanni VI tal-Portugall, li kien ittrasferixxa l-Qorti Portugiża lejn il-kolonja Portugiża tal-Brażil mill-invażjonijiet Franċiżi tal-Portugall, u talbu wkoll li tiġi stabbilita monarkija kostituzzjonali fil-Portugall. Fl-1822, ġiet aċċettata kostituzzjoni liberali, parzjalment bis-saħħa tal-isforzi tal-assemblea liberali ta' Porto (Junta do Porto). Meta Miguel I tal-Portugall tela' fuq it-tron Portugiż fl-1828, huwa rrifjuta din il-kostituzzjoni u rrenja bħala monarka antiliberali u assolutist.[24] Imbagħad ġiet miġġielda gwerra ċivili mill-1828 sal-1834 bejn dawk li kien jappoġġaw il-kostituzzjonaliżmu u dawk li kienu kontra din il-bidla u ħerqan bil-kważi assolutiżmu mmexxija minn D. Miguel. Porto rribellat mill-ġdid u għaddiet minn assedju ta' tmintax-il xahar bejn l-1832 u l-1833 mill-armata assolutista. Porto tissejjaħ ukoll "Cidade Invicta" (Belt Mhux Mirbuħa) peress li rnexxielha tirreżisti l-assedju Miguelist. Wara l-abdikazzjoni tar-Re Miguel, il-kostituzzjoni liberali ġiet stabbilita mill-ġdid.[25]
Magħrufa bħala l-belt tal-pontijiet, Porto bniet l-ewwel pont permanenti tagħha, il-Ponte das Barcas, fl-1806. Tliet snin wara, il-pont ċeda bil-piż ta' eluf ta' nies li kienu qed jaħarbu mill-invażjonijiet Franċiżi matul il-Gwerra Peniżolari, u mietu eluf ta' nies. Ġie sostitwit bil-Pont ta' D. Maria II, magħruf iktar bħala Ponte Pênsil (pont sospiż) li nbena bejn l-1841 u l-1843; il-pilastri riffieda biss baqgħu jeżistu. Il-Ponte D. Maria, pont ferrovjarju, ġie inawgurat fl-4 ta' Novembru 1877; kien meqjus bħala kapulavur tal-inġinerija tal-ħadid ferrobattut u ġie ddisinjat minn Gustave Eiffel, li kien magħruf l-iktar għat-Torri Eiffel f'Pariġi. Il-pont ta' wara, Ponte Dom Luís I, issostitwixxa l-Pont Sospiż. Dan il-pont tal-aħħar sar minn Teophile Seyrig, eks sieħeb ta' Eiffel. Seyrig rebaħ kompetizzjoni governattiva li seħħet fl-1879. Il-kostruzzjoni bdiet fl-1881 u l-pont infetaħ għall-pubbliku fil-31 ta' Ottubru 1886.
Fil-belt ġew stabbiliti istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja fix-xjenza nawtika A (Aula de Náutica, 1762) u Borża (Bolsa do Porto, 1834–1910), iżda iktar 'il quddiem ma baqgħux joperaw.[26]
Ir-rewwixti mir-Repubblikani wasslu għall-ewwel irvell kontra l-monarkija f'Porto fil-31 ta' Jannar 1891. Dan wassal fl-aħħar mill-aħħar għall-waqgħa tal-monarkija u għall-proklamazzjoni tar-repubblika fir-rivoluzzjoni tal-5 ta' Ottubru 1910.[27]
Seklu 20
[immodifika | immodifika s-sors]Fid-19 ta' Jannar 1919, forzi favur l-istabbiliment mill-ġdid tal-monarkija nedew kontrorivoluzzjoni f'Porto magħrufa bħala l-Monarkija tat-Tramuntana. Matul dan iż-żmien, Porto kienet il-belt kapitali ta' dan ir-renju stabbilit mill-ġdid, u l-moviment inżamm fit-Tramuntana.[28][29] Il-monarkija ġiet deposta inqas minn xahar wara u qatt ma reġa' kien hemm rivoluzzjoni monarkista fil-Portugall.[30]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-Ċentru Storiku ta' Porto, il-Pont ta' Luiz I u l-Monasteru ta' Serra do Pilar ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[8]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[8]
Ġemellaġġi
[immodifika | immodifika s-sors]Porto hija ġemellata ma':
- Liège, il-Belġju (1977);
- Ndola, iż-Żambja (1978);
- Nagasaki, il-Ġappun (1978);
- Recife, il-Brażil (1981);
- Jena, il-Ġermanja (1984);
- Bristol, l-Ingilterra, ir-Renju Unit (1984);
- Vigo, Spanja (1986);
- Beira, il-Mozambique (1989);
- Bordeaux, Franza (1990);
- Duruelo de la Sierra, Spanja (1989);
- São Vicente, Cabo Verde (1993);
- Lembá, São Tomé u Príncipe (1994);
- Shanghai, iċ-Ċina (1995);
- Macao, iċ-Ċina (1997);
- Luanda, Angola (1999);
- León, Spanja (2001);
- Santos, il-Brażil (2015);
- Belt tal-Gwatemala, il-Gwatemala (2015);
- Shenzhen, iċ-Ċina (2016);
- Marsala, l-Italja (2016);
- Timișoara, ir-Rumanija (2018).
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]Esploraturi u servizz pubbliku
[immodifika | immodifika s-sors]- il-Prinċep Enriku n-Navigatur (1394-1460), responsabbli għall-iżvilupp bikri tal-esplorazzjoni Ewropea u l-kummerċ marittimu ma' kontinenti oħra;
- Afonso Gonçalves Baldaia (1415-1481), esploratur nawtiku;
- Pêro Vaz de Caminha (1450-1500), kiteb l-ittra Carta do Achamento do Brasil, fejn ħabbar l-iskoperta tal-Brażil;
- Ferdinand Magellan (għall-ħabta tal-1480-1521), navigatur li dar dawra mal-globu; għex u studjo f'Porto;
- Estêvão Gomes (għall-ħabta tal-1483-1538), kartografu u esploratur;
- Duarte Coelho (għall-ħabta tal-1485-1554), nobbli, mexxej militari, amministratur kolonjali u fundatur ta' Olinda fil-Brażil;
- Brás Cubas (1507-1589), esploratur, amministratur kolonjali u fundatur ta' Santos fil-Brażil;
- Inácio de Azevedo (1526-1570), missjunarju Ġiżwita;
- Sir John Croft, 1st Baronet (1778-1862), diplomatiku u spjun Ingliż għal Wellington kontra Napuljun;
- António Pinto Soares (1780-1865), il-Kap tal-Istat ta' Costa Rica fl-1842;
- Sir William Warre (1784-1853), uffiċjal Ingliż tal-Armata Brittanika;
- Karlu Albertu ta' Sardenja (1798-1849), monarka Taljan; miet f'Porto;
- António da Silva Porto (1817-1890), kummerċjant u esploratur f'Angola;
- Venceslau de Lima (1858-1919), ġeologu, paleontologu, vitikulturista u politiku; il-Prim Ministru tal-Portugall fl-1909;
- Marija tal-Qalb Divina (1863-1899), il-Kontessa Droste zu Vischering u l-Madre Superjuri tal-Kunvent tas-Sorijiet tar-Ragħaj it-Tajjeb; mietet f'Porto;
- António Ferreira Gomes (1906-1989), isqof Kattoliku Ruman ta' Porto;
- Kaúlza de Arriaga (1915-2004), Ġeneral tal-armata, kittieb, professur u politiku;
- Maria de Lourdes Belchior Pontes (1923-1998), kittieb, poeta, professur u diplomatiku;
- Francisco de Sá Carneiro (1934-1980), politiku u Prim Ministru tal-Portugall fl-1980;
- Manuel Clemente (twieled fl-1948), kardinal tal-Knisja Kattolika, il-Patriarka Metropolitan ta' Liżbona mill-2013 u l-isqof ta' Porto fl-2007-2013;
- José Pacheco Pereira (twieled fl-1949), politiku, professur u analista politiku;
- Alexandre Quintanilha (twieled fl-1945), xjenzat u membru parlamentari li jgħix f'Porto;
- Rui Moreira (twieled fl-1956), negozjant u politiku; is-Sindku ta' Porto;
- Augusto Santos Silva (twieled fl-1956), soċjologu, akkademiku, politiku u Ministru tal-Affarijiet Barranin;
- Rui Rio (twieled fl-1957), politiku u Sindku ta' Porto fl-2002-2013;
- Diogo Vasconcelos (1968-2011), politiku u innovatur soċjali.
Arti u xjenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Pedro de Escobar (għall-ħabta tal-1465 – wara l-1535), kompożitur Rinaxximentali polifoniku;
- Daniel de Fonseca (1672 – għall-ħabta tal-1740), tabib tal-qorti Lhudi;
- Tomás António Gonzaga (1744 – għall-ħabta tal-1810), poeta Brażiljan;
- Vieira Portuense (1765-1805), pittur u pijunier tan-Neo-Klassiċiżmu;
- Almeida Garrett (1799-1854), kittieb, direttur teatrali u liberalist;
- Júlio Dinis (1839-1871), tabib, poeta, xeneġġatur u rumanzier;
- Arthur Napoleão dos Santos (1843-1925), kompożitur u pjanist;
- Annibal Napoleão (1845-1880), kompożitur u pjanist;
- Alfredo Napoleão (1852-1917), kompożitur u pjanist;
- Artur Loureiro (1853-1932), pittur, għex u ħadem f'Porto;
- António Nobre (1867-1900), poeta, ippubblika Só fl-1892, kollezzjoni ta' poeżiji;
- Abigail de Paiva Cruz (1883-1944), pittriċi naturalista, skultriċi u attivista femminista;
- Guilhermina Suggia (1885-1950), vjolinċellist, għex u ħadem fir-Renju Unit għal bosta snin;
- Armando de Basto (1889-1923), pittur, illustratur, skultur u dekoratur;
- Aurora Teixeira de Castro (1891-1931), femminista, nutar u xeneġġatriċi;
- Manoel de Oliveira (1908-2015), reġista u xeneġġatur tal-films;
- Sophia de Mello Breyner Andresen (1919-2004), poeta u kittieba;
- Ana Hatherly (1929-2015), poeta, artista viżiva, saġġista, produttur tal-films, pittriċi u kittieba;
- Álvaro Siza Vieira (twieled fl-1933), arkitett u edukatur tal-arkitettura;
- Maria Antónia Siza (1940-1973), artista;
- Alexandre Quintanilha (twieled fl-1945), xjenzat, akkademiku u politiku;
- Sérgio Godinho (twieled fl-1945), kantant-kantawtur, kompożitur, attur, poeta u awtur;
- Armando Pombeiro (twieled fl-1949), inġinier kimiku;
- Miguel Sousa Tavares (twieled fl-1952), avukat, ġurnalist u kittieb;
- Eduardo Souto de Moura (twieled fl-1952), arkitett u akkademiku;
- Rui Reininho (twieled fl-1955), kantant, vokalista ewlieni ta' grupp rock, GNR;
- Jorge Chaminé (twieled fl-1956), baritonu tal-opri;
- Richard Zimler (twieled fl-1956), rumanzier, jgħix u jaħdem f'Porto;
- Pedro Abrunhosa (twieled fl-1960), kantant, kantawtur, mużiċist u kompożitur;
- J. K. Rowling (twieldet fl-1965), kittieba li għallmet l-Ingliż bħala lingwa barranija f'Porto u għexet hemmhekk fl-1991-1993;
- Armindo Freitas-Magalhães (twieled fl-1966), psikologu u xjenzat;
- Mónica de Miranda (twieled fl-1976), artista viżiva, fotografa, produttur tal-films u riċerkatriċi;
- Abel Pereira (twieled fl-1978), mużiċist tal-kurunetta klassika;
- Luciana Abreu (twieled fl-1985), kantanta, attriċi u ospitanta televiżiva;
- Sara Sampaio (twieled fl-1991), supermudella;
- Cláudia Pascoal (twieled fl-1994), mużiċista.
Negozju
[immodifika | immodifika s-sors]- Charles Augustus Howell (1840-1890), negozjant tal-arti u allegatament rikattatur;
- Fernando Van Zeller Guedes (1903-1987), kofundatur ta' Sogrape, l-ispirazzjoni tal-inbid rożè Mateus;
- Belmiro de Azevedo (1938-2017), imprenditur, industrijalista u fundatur ta' Sonae;
- Paulo de Azevedo (twieled fl-1965), negozjant, iben u suċċessur ta' Belmiro de Azevedo;
- José Neves (twieled fl-1974), imprenditur biljunarju u fundatur ta' Farfetch.
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]- Jorge Nuno Pinto da Costa (twieled fl-1937), il-President ta' FC Porto;
- Humberto Coelho (twieled fl-1950), plejer tal-futbol;
- Fernando Gomes (twieled fl-1956), plejer tal-futbol;
- Rosa Mota (twieled fl-1958), marathon runner, Olympic winner
- Nuno Marques (twieled fl-1970), tennista;
- Jorge Costa (twieled fl-1971), football player and manager
- João Pinto (twieled fl-1971), plejer tal-futbol;
- Miguel Ramos (twieled fl-1971), racing driver
- Ricardo Sá Pinto (twieled fl-1972), football player and manager
- Tiago Monteiro (twieled fl-1976), racing driver
- Petit (twieled fl-1976), football player and manager
- André Villas-Boas (twieled fl-1977), football manager
- Bruno Alves (twieled fl-1981), plejer tal-futbol.
- Raul Meireles (twieled fl-1983), plejer tal-futbol.
- Diogo Leite (twieled fl-1989), plejer tal-futbol.
- João Mário (twieled fl-1993), plejer tal-futbol.
- Diogo Jota (twieled fl-1996), plejer tal-futbol.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Oporto | Definition of Oporto by Oxford Dictionary on Lexico.com also meaning of Oporto". web.archive.org. 2020-06-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-06-15. Miġbur 2023-05-05.
- ^ "Portal do INE". www.ine.pt. Miġbur 2023-05-05.
- ^ "Porto Population 2023". worldpopulationreview.com. Miġbur 2023-05-05.
- ^ "Demographia" (PDF).
- ^ "World Urbanization Prospects: The 2009 Revision Population Database". web.archive.org. 2013-10-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-31. Miġbur 2023-05-05.
- ^ "Project 1.4.3". web.archive.org. 2009-07-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-07-28. Miġbur 2023-05-05.
- ^ "Major Agglomerations of the World - Population Statistics and Maps". www.citypopulation.de. Miġbur 2023-05-05.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Oporto, Luiz I Bridge and Monastery of Serra do Pilar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
- ^ "portugal | Etymology, origin and meaning of the name portugal by etymonline". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
- ^ "port | Etymology, origin and meaning of port by etymonline". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
- ^ "Instituto dos Vinhos do Douro e Porto". web.archive.org. 2009-02-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-02-07. Miġbur 2023-05-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Europe's best destinations 2014". Europe's Best Destinations (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
- ^ Semënova-Head, Larisa; Head, Brian F. "Vestígios da presença sueva no noroeste da península ibérica: na etnologia, na arqueologia e na língua". Revista Diacrítica. 27 (2): 257–277.
- ^ Collins, Roger (1989). The Arab Conquest of Spain 710–797. Oxford, UK / Cambridge, USA: Blackwell. pp. 39–40. ISBN 0-631-19405-3.
- ^ Ribeiro, Ângelo; Hermano, José (2004), História de Portugal I — A Formação do Território [History of Portugal: The Formation of the Territory] (bil-Portugiż), QuidNovi, ISBN 989-554-106-6.
- ^ "Treaty of Windsor | British-Portugal | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
- ^ Winslett, Matthew (2008). The Nadir of Alliance: The British Ultimatum of 1890 and Its Place in Anglo-Portuguese Relations, 1147—1945. p. 3. ISBN 9780549707752.
- ^ "The Mariners' Museum | EXPLORATION through the AGES". web.archive.org. 2016-04-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-07. Miġbur 2023-05-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Merson, John (1990). The Genius That Was China: East and West in the Making of the Modern World. Woodstock, New York: The Overlook Press. p. 72. ISBN 0-87951-397-7.
- ^ Francis, A.D. John Methuen and the Anglo-Portuguese Treaties of 1703. The Historical Journal Vol. 3, No. 2, pp. 103 – 124.
- ^ Glover, Michael (1974). The Peninsular War 1807 – 1814, A Concise Military History. Penguin Books. pp. 96–97 description of the retreat of Soult along the Valongo and Amaranthe road. ISBN 9780141390413.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Oporto" . Encyclopædia Britannica. Vol. 20 (11th ed.). Cambridge University Press. pp. 137–139.
- ^ "indigenous brazil | arrival of europeans | portuguese colony | mission influence | economic growth & slavery | dutch & french influence | kingdom of portugal & brazil". web.archive.org. 2018-07-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-07-06. Miġbur 2023-05-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Lopes Rocha, Antonio Silva (1829). Unjust Proclamation ... Don Miguel as King of Portugal: Or an Analysis and Juridical Refutation of the Act ... Dedicated to ... Dona Maria II, Queen Regnant of Portugal (bl-Ingliż). R. Greenlaw. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Tucker, Spencer C. (2009). A Global Chronology of Conflict: From the Ancient World to the Modern Middle East. Santa Barbara, California: ABC-CLIO. p. 1158. ISBN 9781851096725.
- ^ "History – Palácio da Bolsa" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
- ^ "In-Devir - O 5 de Outubro de 1910: a trajectoria do republicanismo". web.archive.org. 2011-06-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-06-22. Miġbur 2023-05-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Luís de Magalhães, "Porque restaurámos a Carta em 1919", Correio da Manhã, 27 e 28 de Fevereiro de 1924.
- ^ Diário da Junta Governativa do Reino de Portugal. Colecção Completa, nº 1 (19 Jan 1919) – nº 16 (13 Fev 1919), Porto, J. Pereira da Silva, 1919.
- ^ "CMP". web.archive.org. 2009-02-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-07. Miġbur 2023-05-05.