Qalb

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mudell ta' qalb umana
Heikenwaelder Hugo : qalb

Il-qalb hija organu li tinsab fit-toraċe/sider u hija magħmula esklussivament minn tessut muskolari strijat, li huwa miżmum minn struttura fibruża msejħa perikardju. It-terminu 'kardijaku' (bħal f'kardjoloġija) ifisser "relatat mal-qalb" u ġej mill-kelma Griega καρδια, kardia, li tfisser "qalb".

Il-qalb hija l-organu ċentrali tas-sistema ċirkulatorja u taħdem bħal pompa li kapaċi tipproduċi pressjoni li tippermeti ċ-ċirkolazzjoni tad-demm b'mod effiċjenti.