Évora

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Évora
 Portugall
Amministrazzjoni
Stat sovranPortugall
Districts of PortugalDistrett ta' Évora
Isem uffiċjali Évora
Ismijiet oriġinali Évora
Kodiċi postali 7000
Ġeografija
Koordinati 38°34′21″N 7°54′26″W / 38.5725°N 7.9072°W / 38.5725; -7.9072Koordinati: 38°34′21″N 7°54′26″W / 38.5725°N 7.9072°W / 38.5725; -7.9072
Évora is located in Portugal
Évora
Évora
Évora (Portugal)
Superfiċjenti 1,307.04 kilometru kwadru, 1,307.08±0.0100000000001 kilometru kwadru
Għoli 295 m
Fruntieri ma' Portel (en) Translate, Viana do Alentejo (en) Translate, Reguengos de Monsaraz (en) Translate, Redondo (en) Translate, Estremoz (en) Translate, Arraiolos (en) Translate, Montemor-o-Novo (en) Translateu Tønsberg
Demografija
Popolazzjoni 53,577 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1166
Kodiċi tat-telefon 266
Żona tal-Ħin Ħin tal-Punent tal-Ewropa
bliet ġemellati Chartres, Angra do Heroísmo, Vidigueira, Sines, Suzdal, Gżira ta' Mozambiqueu Tønsberg
cm-evora.pt

Évora (pronunzja bil-Portugiż: [ˈɛvuɾɐ]) hija belt u muniċipalità fil-Portugall. Għandha 53,591 abitant (2021), f'erja ta' 1307.08 km2.[1] Hija l-belt kapitali storika tal-Alentejo u s-sede tad-Distrett ta' Évora.

Bis-saħħa taċ-ċentru storiku ppreservat sew tagħha, li għadu parzjalment imdawwar bi swar Medjevali u b'bosta monumenti li jmorru lura għal diversi perjodi storiċi, fosthom tempju Ruman, Évora tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]

Minħabba l-pożizzjoni interna tagħha, Évora hija waħda mill-iżjed bliet Portugiżi li jesperjenzaw l-ogħla temperaturi fis-sajf, u spiss tkun soġġetta għal mewġiet tas-sħana.

Évora ġiet ikklassifikata fit-tieni post fl-istħarriġ dwar l-iżjed bliet Portugiżi li wieħed jgħix l-aħjar fihom, f'termini ta' kundizzjonijiet tal-għajxien, li jiġi ppubblikat kull sena fl-Expresso.[3] Ġiet ikklassfikata fl-ewwel post fi studju dwar il-kompetittività tal-bliet kapitali tad-distretti Portugiżi li sar fl-2006 mir-riċerkaturi tax-xjenza ekonomika tal-Università ta' Minho.

Flimkien ma' Liepāja, il-Latvja, Évora ntgħażlet biex tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2027.[4]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Storja bikrija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Foral ta' Évora tal-1501, meta l-belt kienet tgawdi l-appoġġ ta' Manwel I tal-Portugall.

Évora għandha storja li tmur lura għal iktar minn ħames millenji.

Kienet magħrufa bħala Ebora miċ-Ċeltiċi, konfederazzjoni tribali, fin-Nofsinhar tal-Lusitani (u tax-xmara Tagus), li għamlu r-raħal bħala l-belt kapitali reġjonali tagħhom.

L-oriġini etimoloġika tal-isem Ebora ġej mill-kelma antika Ċeltika ebora/ebura, li hija l-plural ġenittiv tal-kelma eburos (tip ta' siġra tal-ispeċi Taxus baccata), u għaldaqstant l-isem ifisser "tas-siġar tal-ispeċi Taxus baccata". Il-belt ta' York, fit-Tramuntana tal-Ingilterra, fi żmien l-Imperu Ruman, kienet tissejjaħ Eboracum/Eburacum, abbażi tal-isem Ċeltiku antik tal-post *Eborakon (il-post fejn hemm is-siġar tat-Taxus baccata); għalhekk l-isem antik ta' York huwa etimoloġikament marbut mal-belt ta' Évora. Ipoteżi alternattiva hi li l-isem oriġina minn oro, aurum (deheb), peress li r-Rumani kienu jwettqu bosta xogħlijiet estensivi tal-estrazzjoni tad-deheb fil-Portugall; inkella ngħatat dak l-isem għall-ħaddiem tal-avorju peress li ebur (bil-ġenittiv eboris) bil-Latin tfisser avorju. Jaf kienet il-belt kapitali tar-renju ta' Astolpas ukoll.

Żmien ir-Rumani[immodifika | immodifika s-sors]

Tpinġija ta' Évora fl-1503, meta l-belt kienet miżgħuda rikkezzi Manwelini.

Ir-Rumani ħakmu r-raħal fis-57 Q.K. u kabbruh f'raħal iffortifikat bis-swar. Għad hemm fdalijiet minn dan il-perjodu fil-belt (is-swar u l-fdalijiet tal-banjijiet Rumani). Ġulju Ċesri sejħilha Liberalitas Julia (ġenerożità ta' Ġuljanu). Il-belt kibret fl-importanza tagħha peress li kienet tinsab f'salib it-toroq ta' diversi rotot importanti. Matul il-vjaġġi tiegħu f'Gaul u fil-Lusitanja, Plinju x-Xiħ żar ir-raħal ukoll u semmih fil-ktieb tiegħu Naturalis Historia bħala Ebora Cerealis, minħabba l-bosta għelieqi tal-qamħ tal-madwar. Dak iż-żmien Évora saret belt rikka. Il-livell għoli tagħha fost il-muniċipalitajiet fil-Hispania Rumana joħroġ fid-dieher b'mod ċar fil-bosta iskrizzjonijiet u fil-bosta muniti. It-tempju monumentali tal-Korinzji fiċ-ċentru tal-belt imur lura għas-seklu 1 W.K. u x'aktarx inbena f'ġieħ l-imperatur Awgustu. Fis-seklu 4 W.K., ir-raħal diġà kellu l-isqof Quintianus.

Waqt l-invażjonijiet barbariċi, Évora sfat taħt it-tmexxija tar-re tal-Viżigoti Leovigild fil-584. Iktar 'il quddiem ir-raħal ingħata l-istatus ogħla ta' belt ta' katidral. Minkejja dan, dak il-perjodu kien wieħed ta' deklin u ma tantx instabu wisq artefatti.

Żmien l-Għarab[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-715, il-belt inħakmet mill-Għarab Iberiċi taħt Tariq ibn-Ziyad. Matul it-tmexxija tal-Għarab (715-1165), ir-raħal, li kien parti mit-Taifa ta' Badajoz, bil-mod il-mod reġa' beda jiffjorixxi u żviluppa f'ċentru agrikolu b'fortizza u b'moskea. L-influwenza tal-Għarab għadha tista' tiġi osservata fin-natura tal-belt storika. Matul dak iż-żmien, diversi nies notevoli kienu minn Évora, inkluż Abd al-Majid ibn Abdun Al-Yaburi عبد المجيد بن عبدون اليابري, poeta b'diwan li għadu jeżisti sa llum il-ġurnata.

Rikonkwista[immodifika | immodifika s-sors]

Évora ġiet ikkonkwistata mill-ġdid mill-Għarab permezz ta' attakk sorpriża minn Gerald il-Qalbieni (Geraldo Sem Pavor) f'Settembru 1165. Ir-raħal spiċċa taħt it-tmexxija tar-re Portugiż Afonso I fl-1166. Imbagħad iffjorixxa bħala waħda mill-iżjed bliet dinamiċi fir-Renju tal-Portugall matul il-Medju Evu, speċjalment fis-seklu 15. Il-qorti tal-ewwel u tat-tieni dinastiji kienu jirresjedu hemmhekk għal perjodi twal, u bnew palazzi, monumenti u binjiet reliġjużi. Évora ospitat bosta tiġijiet irjali u fiha ttieħdu bosta deċiżjonijiet importanti.

Żmien Manwelin[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-seklu 19, il-poter nazzjonali ta' Évora batta, minħabba l-Gwerra taż-Żewġ Aħwa.

Évora għaddiet minn perjodu tad-deheb partikolarment matul id-Dinastija tal-Avis (1385-1580), speċjalment matul ir-renju ta' Manwel I u Ġwanni III, u saret ċentru ewlieni għall-umanitajiet (André de Resende - midfun fil-katidral) u għal artisti bħall-iskultur Nicolau Chanterene, il-pitturi Cristóvão de Figueiredo u Gregório Lopes; il-kompożituri Manuel Cardoso u Duarte Lobo, il-kronista Duarte Galvão, u l-missier tat-teatru Portugiż Gil Vicente.

Évora kellha wkoll parti kbira mill-popolazzjoni tal-iskjavi tal-Portugall. Nicolas Clenard, tutur Fjamming fil-qorti Portugiża, fl-1535 iddikjara li "F'Évora, qisek mort f'belt tal-infern: kull fejn tmur tiltaqa' mas-suwed biss".

Il-belt saret is-sede ta' arċiveskovat fl-1540. L-università ġiet stabbilita mill-Ġiżwiti fl-1559, u mastri Ewropej kbar bħall-umanisti Fjammingi Nicolaus Clenardus (Nicolaas Cleynaerts; 1493-1542), Johannes Vasaeus (Jan Was; 1511-1561) u t-teologu Luis de Molina għaddew l-għarfien tagħhom lill-ġenerazzjonijiet lokali. Fis-seklu 18, il-Ġiżwiti, li kienu firxu l-illuminiżmu intellettwali u reliġjuż mis-seklu 16, tkeċċew mill-Portugall, l-università ngħalqet fl-1759 mill-Markiż ta' Pombal, u Évora qabdet it-triq tan-niżla. L-università reġgħet infetħet biss fl-1973.

Storja reċenti[immodifika | immodifika s-sors]

Veduta ta' Évora mis-swar.

Il-Battalja ta' Évora ġiet miġġielda fid-29 ta' Lulju 1808 matul il-Gwerra Peniżolari. Forza żgħira ta' 2,500 Portugiż-Spanjol, megħjuna minn milizja raħħala armati b'li kellhom, ippruvat twaqqaf diviżjoni Franċiża-Spanjola kkmandata minn Louis Henri Loison iżda mingħajr suċċess. Immexxija mill-mibgħud Loison, magħruf bħala Maneta jew "ta' id waħda", il-Franċiżi attakkaw il-belt li kienet difiża mis-suldati, mill-milizja u miċ-ċittadini armati. Fl-attakk kontra l-belt, l-attakkanti qatlu lill-ġellieda u liċ-ċittadini li sabu qabel ma serqu r-rikkezzi kollha. L-invażjoni tal-Franċiżi kkawżat saħansitra 8,000 imwiet fost l-għadu, mentri l-Franċiżi ġarrbu 290 imwiet biss.

Fl-1834, Évora kienet is-sit fejn il-forzi tar-Re Miguel I arrendew, u dan immarka t-tmiem tal-Gwerer Liberali. Il-bosta monumenti mibnija mill-artisti ewlenin ta' kull perjodu issa jixhdu l-wirt kulturali, artistiku u storiku rikk ta' Évora. Il-varjetà tal-istili arkitettoniċi (Rumanesk, Gotiku, Manwelin, Rinaxximentali, Barokk), il-palazzi u l-labirint pittoresk tal-pjazez u tat-toroq dojoq taċ-ċentru tal-belt huma kollha parti mill-wirt rikk tal-belt-mużew.

Fl-1909 il-belt ġarrbet ħsarat minħabba terremot.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-Ċentru Storiku ta' Évora ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Ġeografija fiżika[immodifika | immodifika s-sors]

Évora (b'altitudni ta' 300 metru) tinsab fl-Alentejo, reġjun kbir ta' pjanuri wesgħin fin-Nofsinhar tal-Portugall, li jmiss fit-Tramuntana max-xmara Tagus u fin-Nofsinhar mar-reġjunt ta' Algarve. Il-belt tinsab 140 kilometru (87 mil) mill-belt kapitali ta' Liżbona, u 80 kilometru (50 mil) minn Badajoz fil-fruntiera Spanjola. Hija l-belt ewlenija tar-reġjun.

Is-sede tal-muniċipalità hija l-belt ta' Évora, magħmula mill-parroċċi ċiviċi ta' Évora (São Mamede, Sé, São Pedro u Santo Antão) fiċ-ċentru storiku u mill-parroċċi urbani ta' Bacelo, Senhora da Saúde, Malagueira u Horta das Figueiras 'il barra mis-swar antiki tal-belt fejn fil-fatt tirresjedi l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni. Il-kumplament tal-parroċċi ċiviċi fil-muniċipalità huma rurali jew sottourbani u ma jagħmlux parti mill-belt għal skopijiet statistiċi. Iċ-ċentru storiku tal-belt għandu madwar 4,000 binja f'erja ta' 1.05 km2 (0.41 mili kwadri).

Klima[immodifika | immodifika s-sors]

Évora għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan u nexfin u bi xtiewi miti u bl-indewwa. Il-pożizzjoni tal-belt fuq ġewwa tan-Nofsinhar tal-Portugall sikwit tagħmilha soġġetta għal nixfiet u għal deżertifikazzjoni. Bħalma huwa tipiku fuq ġewwa tal-Alentejo, Évora spiss tesperjenza temperaturi ta' sħana estrema, fejn intlaħaq saħansitra rekord ta' 46.0 °C (114.8 °F). Madankollu, it-temperatura għolja medja fis-sajf normalment tkun ta' madwar 30 °C (86 °F); ferm inqas sħuna mit-temperatura fuq ġewwa, fl-inħawi b'altitudni iktar baxxa tal-Peniżola Iberika. Dan iseħħ minħabba l-effetti marittimi fuq skala baxxa kkawżati mill-prossimità relattiva tagħha mal-Oċean Atlantiku, li tikkawża wkoll spostament staġonali fit-temperaturi predominanti matul il-perjodi iktar sħan, b'temperaturi ta' billejl iktar miti f'Settembru milli f'Ġunju, kif ukoll f'Ottubru milli f'Mejju. Il-ġlata fix-xitwa hija frekwenti iżda ssoltu ma takkumulax wisq, filwaqt li l-borra niżlet darbtejn biss f'dan l-aħħar deċennju.

Data klimatika għal Évora (Nossa Senhora da Saúde), elevazzjoni: 309 metri jew 1,014-il pied, temp. normali fl-1981-2010, temp. estremi mill-1981 sal-preżent
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 24.7

(76.5)

24.3

(75.7)

31.3

(88.3)

32.3

(90.1)

37.8

(100.0)

41.8

(107.2)

45.3

(113.5)

46.0

(114.8)

44.2

(111.6)

36.7

(98.1)

27.6

(81.7)

24.4

(75.9)

46.0

(114.8)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 13.4

(56.1)

14.7

(58.5)

18.0

(64.4)

19.1

(66.4)

22.6

(72.7)

27.9

(82.2)

31.1

(88.0)

31.1

(88.0)

27.8

(82.0)

22.2

(72.0)

17.1

(62.8)

13.8

(56.8)

21.6

(70.8)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 9.6

(49.3)

10.7

(51.3)

13.3

(55.9)

14.3

(57.7)

17.1

(62.8)

21.4

(70.5)

23.9

(75.0)

24.1

(75.4)

21.9

(71.4)

17.7

(63.9)

13.4

(56.1)

10.5

(50.9)

16.5

(61.7)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 5.8

(42.4)

6.7

(44.1)

8.6

(47.5)

9.5

(49.1)

11.7

(53.1)

14.8

(58.6)

16.6

(61.9)

17.0

(62.6)

16.0

(60.8)

13.2

(55.8)

9.7

(49.5)

7.1

(44.8)

11.4

(52.5)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −2.9

(26.8)

−1.4

(29.5)

−2.3

(27.9)

2.9

(37.2)

4.9

(40.8)

6.7

(44.1)

10.9

(51.6)

11.4

(52.5)

9.1

(48.4)

5.5

(41.9)

0.0

(32.0)

−0.5

(31.1)

−2.9

(26.8)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 60.7

(2.39)

51.9

(2.04)

43.9

(1.73)

55.0

(2.17)

46.5

(1.83)

16.5

(0.65)

4.1

(0.16)

8.2

(0.32)

32.2

(1.27)

83.6

(3.29)

87.6

(3.45)

95.1

(3.74)

585.3

(23.04)

Sors: IPMA[5]
Data klimatika għal Évora (Nossa Senhora da Saúde), elevazzjoni: 321 metru jew 1,053 pied, temp. normali u estremi fl-1961-1990
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 21.0

(69.8)

24.2

(75.6)

26.0

(78.8)

29.6

(85.3)

34.2

(93.6)

41.0

(105.8)

40.6

(105.1)

39.5

(103.1)

39.7

(103.5)

32.4

(90.3)

28.4

(83.1)

21.5

(70.7)

41.0

(105.8)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 12.8

(55.0)

13.7

(56.7)

15.9

(60.6)

17.8

(64.0)

21.6

(70.9)

26.2

(79.2)

30.0

(86.0)

30.2

(86.4)

27.4

(81.3)

21.7

(71.1)

16.3

(61.3)

13.1

(55.6)

20.6

(69.0)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 9.4

(48.9)

10.2

(50.4)

11.8

(53.2)

13.4

(56.1)

16.3

(61.3)

20.1

(68.2)

23.0

(73.4)

23.2

(73.8)

21.6

(70.9)

17.3

(63.1)

12.7

(54.9)

9.9

(49.8)

15.7

(60.3)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 6.1

(43.0)

6.7

(44.1)

7.7

(45.9)

8.9

(48.0)

11.1

(52.0)

14.0

(57.2)

16.0

(60.8)

16.3

(61.3)

15.7

(60.3)

12.9

(55.2)

9.1

(48.4)

6.6

(43.9)

10.9

(51.7)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −2.9

(26.8)

−2.1

(28.2)

−0.8

(30.6)

2.0

(35.6)

4.9

(40.8)

6.7

(44.1)

9.8

(49.6)

11.0

(51.8)

7.6

(45.7)

4.0

(39.2)

0.6

(33.1)

−2.9

(26.8)

−2.9

(26.8)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 88

(3.5)

86

(3.4)

57

(2.2)

56

(2.2)

38

(1.5)

29

(1.1)

8

(0.3)

4

(0.2)

27

(1.1)

69

(2.7)

80

(3.1)

85

(3.3)

627

(24.6)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 10 10 7 8 6 3 1 traċċi 3 7 9 9 73
Umdità relattiva medja (%) 79 77 70 67 63 58 52 51 56 67 75 79 66
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 148 148 203 220 285 301 363 346 251 204 158 144 2,771
Sors: IPMA[5]
Data klimatika għal Évora (Mitra), 1941-1990, altitudni: 200 metru (660 pied)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja f'°C (°F) 13.5

(56.3)

14.7

(58.5)

17.3

(63.1)

19.5

(67.1)

23.2

(73.8)

28.1

(82.6)

32.0

(89.6)

31.8

(89.2)

28.5

(83.3)

23.1

(73.6)

17.5

(63.5)

14.2

(57.6)

22.0

(71.5)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 8.5

(47.3)

9.7

(49.5)

11.7

(53.1)

13.6

(56.5)

16.6

(61.9)

20.5

(68.9)

23.3

(73.9)

23.3

(73.9)

20.9

(69.6)

16.8

(62.2)

12.3

(54.1)

9.3

(48.7)

15.5

(60.0)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 3.4

(38.1)

4.6

(40.3)

6.0

(42.8)

7.6

(45.7)

9.9

(49.8)

12.8

(55.0)

14.6

(58.3)

14.7

(58.5)

13.3

(55.9)

10.5

(50.9)

7.0

(44.6)

4.3

(39.7)

9.1

(48.3)

Medja ta' jiem bix-xita (≥ 0.1 mm) 10.3 10.0 10.0 9.2 6.5 3.4 0.7 0.8 3.4 7.2 8.6 9.3 79.4
Sors: Instituto de Meteorologia[6]
Data klimatika għal Évora (Currais), 1941-1990, altitudni: 230 metru (750 pied)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja f'°C (°F) 13.5

(56.3)

14.7

(58.5)

17.3

(63.1)

19.8

(67.6)

23.6

(74.5)

28.8

(83.8)

32.6

(90.7)

32.3

(90.1)

29.2

(84.6)

23.3

(73.9)

17.7

(63.9)

14.1

(57.4)

22.2

(72.0)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 8.6

(47.5)

9.5

(49.1)

11.5

(52.7)

13.5

(56.3)

16.5

(61.7)

20.8

(69.4)

23.6

(74.5)

23.4

(74.1)

21.4

(70.5)

17.1

(62.8)

12.4

(54.3)

9.2

(48.6)

15.6

(60.1)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 3.6

(38.5)

4.3

(39.7)

5.7

(42.3)

7.2

(45.0)

9.4

(48.9)

12.7

(54.9)

14.5

(58.1)

14.4

(57.9)

13.5

(56.3)

10.9

(51.6)

7.1

(44.8)

4.3

(39.7)

9.0

(48.1)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 79.2

(3.12)

67.2

(2.65)

65.3

(2.57)

49.2

(1.94)

39.8

(1.57)

20.2

(0.80)

4.3

(0.17)

3.9

(0.15)

22.4

(0.88)

57.4

(2.26)

70.8

(2.79)

79.9

(3.15)

559.6

(22.05)

Medja ta' jiem bix-xita (≥ 0.1 mm) 13.5 11.9 11.2 9.1 6.9 3.8 0.8 0.7 3.4 8.1 10.3 12.7 92.4
Sors: Instituto de Meteorologia[6]

Ġeografija umana[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Ġnien ta' Diana.

Évora hija belt ta' daqs medju u għandha bosta monumenti. Bis-saħħa tal-istorja twila tagħha, il-monumenti u l-binjiet storiċi tagħha huma attrazzjoni prinċipali għall-barranin. Madankollu, hemm ukoll bosta "Festas Populares" fejn jiġu ċċelebrati l-qaddisin, btajjel, "Feiras" (fieri) u avvenimenti kulturali (fosthom preżentazzjonijiet mużikali mxandra fuq it-televiżjoni) li jiġu sponsorjati mill-muniċipalità u minn organizzazzjonijiet oħra.[7]

Is-sindku attwali huwa Carlos Pinto de Sá tal-koalizzjoni tas-CDU. Id-29 ta' Ġunju hija btala muniċipali. Il-muniċipalità tikkonsisti mit-12-il parroċċa ċivika li ġejjin:[8]

  • Bacelo e Senhora da Saúde;
  • Canaviais;
  • Évora (São Mamede, Sé, São Pedro u Santo Antão);
  • Malagueira e Horta das Figueiras;
  • Nossa Senhora da Graça do Divor;
  • Nossa Senhora da Tourega e Nossa Senhora de Guadalupe;
  • Nossa Senhora de Machede;
  • São Bento do Mato;
  • São Manços e São Vicente do Pigeiro;
  • São Miguel de Machede;
  • São Sebastião da Giesteira e Nossa Senhora da Boa Fé;
  • Torre de Coelheiros.

Ġemellaġġ[immodifika | immodifika s-sors]

Évora hija ġemellata ma':

Ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]

Largo das Portas da Moura.

Évora hija l-belt ewlenija tar-reġjun ta' Alentejo u taqdi rwol importanti bħala ċentru agrikolu u tas-servizzi. Tospita diversi istituzzjonijiet ta' importanza kbira għar-reġjun, bħall-Università statali ta' Évora u l-isptar distrettwali.

Fl-2015, Embraer bnew żewġ fabbriki għall-produzzjoni tal-partijiet tal-inġenji tal-ajru flimkien ma' Ċentru Ewropew tal-Inġinerija.[9] Fl-2022, dawn il-fabbriki nbigħu lill-kumpanija ajruspazjali Aernnova, entità korporattiva marbuta ma' Siemens Gamesa.[10]

Minħabba l-importanza storika u kulturali estensiva tagħha, Évora, kif ukoll l-inħawi tal-madwar tal-belt, fis-snin 10 tas-seklu 21 esperjenzaw żieda kbira fis-settur tat-turiżmu internazzjonali, li wasslet għall-kostruzzjoni ta' bosta lukandi, B&Bs u stili oħra ta' akkomodazzjoni. Fost l-iżjed attrazzjonijiet popolari tal-belt insibu t-Tempju Ruman ta' Évora, il-Kappella tal-Għadam, il-Katidral ta' Évora, il-Mużew ta' Évora, u ċ-ċentru storiku tal-belt.

Trasport[immodifika | immodifika s-sors]

Wieħed jista' jasal Évora bil-karozza tal-linja jew bil-ferrovija. L-istazzjon ferrovjarju tal-belt huwa l-venda tal-Linha de Évora; mill-2023 bdiet tinbena estensjoni sa Elvas, in-Nova Linha de Évora. Din il-linja ferrovjarja elettrifikata b'binarju uniku hija maħsuba l-iktar għat-traffiku tal-merkanzija, iżda se tintuża wkoll minn xi ferroviji tal-passiġġieri, b'veloċitajiet sa 250 km/h (155 mph).

Hemm mitjar żgħir, l-Ajruport Muniċipali ta' Évora, li attwalment ma għandux servizz tal-linji tal-ajru kummerċjali. L-eqreb ajruporti ewlenin huma dawk ta' Beja, Liżbona, Faro u Badajoz.

Arkitettura[immodifika | immodifika s-sors]

Preistorika[immodifika | immodifika s-sors]

  • Anta Grande do Zambujeiro, madwar 10 km (6.2 mili) minn Évora qrib Valverde: l-ikbar dolmen fir-reġjun.
  • Cromeleque dos Almendres, 15-il kilometru (9.3 mili) minn Évora: monument megalitiku ta' interess arkeoastronomiku.

Ċivika[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tempju Ruman.
Pjazza Giraldo f'Évora.
Il-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja.
Is-Sé – il-katidral ta' Évora.

Fil-qalba tal-belt ta' Évora nsibu l-pjazza storika ta' Praça do Geraldo, fejn ir-Re Duarte bena l-Palazz ta' Estaus. F'nofs il-pjazza hemm il-funtana ta' Henriquina, li tmur lura għall-1570, li tinkludi tmien ġettijiet tal-ilma li jissimbolizzaw it-tmien toroq li jwasslu sal-pjazza. Fin-naħa tat-Tramuntana tal-pjazza hemm il-Knisja ta' San Indrija (bil-Portugiż: Igreja de Santo Antão) li nbniet minn Manuel Pires fis-seklu 16. Din hija knisja pjuttost kbira bi tliet navati, inkluż antependju siewi tal-artal mis-seklu 13 b'bassoriljiev. Fl-1483, Fernando II, id-Duka ta' Braganza ġie ġġustizzjat fil-pjazza, fil-preżenza ta' ħuh tar-rispett, ir-Re Ġwanni II. Fl-istess pjazza kien hemm eluf ta' autos-da-fé matul l-Inkwiżizzjoni; bi 22,000 kundanna fi żmien 200 sena.[11]

  • Il-Funtana ta' Portas de Moura (bil-Portugiż: Chafariz das Portas de Moura/Fonte da Porta de Moura), funtana Rinaxximentali (li tinsab fil-Largo das Portas de Moura) li nbniet fl-1556, b'disinn oriġinali li jinkludi globu mdawwar bl-ilma (b'referenza għall-Epoka tal-Iskoperti).
  • Il-Kulleġġ tal-Ispirtu s-Santu tal-Ordni ta' Kristu (bil-Portugiż: Colégio do Espírito Santo/Colégio da Companhia de Jesus/Universidade de Évora), illum il-ġurnata nukleu tal-Università ta' Évora; il-kostruzzjoni tal-eks kulleġġ tal-Ġiżwiti ġiet ordnata mill-Kardinal-Re Henrique fl-1559, u jinkludi elementi tal-Manjeriżmu tas-seklu 16, flimkien mal-binjiet akkademiċi li nbnew bejn is-sekli 17 u 18 (inkluż il-kjostru).
  • Il-Palazz Irjali ta' Évora: fdalijiet ta' palazz li kien inbena mir-Re Manwel I bi stil Gotiku-Rinaxximentali. Skont xi kronisti, f'dan il-palazz, fl-1487, Vasco da Gama ngħata l-kmand tal-iskwadra li mexxa fil-vjaġġ marittimu tiegħu lejn l-Indja.
  • Il-Palazz tal-Kontijiet ta' Basto (bil-Portugiż: Palácio dos Condes de Basto / Paço de São Miguel da Freiria / Palácio do Pátio de São Miguel), kastell Għarbi primittiv u iktar 'il quddiem residenza tar-rejiet dinastiċi Afonsini. L-arkitettura esterna tiegħu fiha karatteristiċi tal-istil Gotiku, Manwelin, Mudéjar u Rinaxximentali.
  • Il-Palazz tad-Duki ta' Cadaval (bil-Portugiż: Paço dos Duques de Cadaval/Palácio dos Duques de Cadaval), palazz tas-seklu 17, li nbena mill-fdalijiet ta' kastell antik (li kien ingħata n-nar fl-1384), u li iktar 'il quddiem intuża bħala residenza għall-gvernaturi u għar-rejiet. Il-palazz jinkludi elementi arkitettoniċi Manwelini-Għarab (inkluż it-Torri tal-Ħames Tarki), u fl-ewwel sular tiegħu jospita kollezzjoni ta' manuskritti, ritratti tal-familja rjali, u arti reliġjuża mis-seklu 16.
  • L-Akkwedott ta' Prata (bil-Portugiż: Aqueduto da Água de Prata), iddisinjat mill-arkitett militari Francisco de Arruda (li qabel kien iddisinja t-Torri ta' Belém), inbena matul ir-renju tar-Re João III bejn l-1531 u l-1537, bl-arkati enormi tiegħu tul disa' kilometri (sitt mili), biex jipprovdi l-ilma min-naħa ta' ġewwa tal-Portugall lejn Évora. Oriġinarjament, l-akkwedott kien jintemm fil-Praça do Giraldo, u kien jaqsam il-belt fi tnejn, bil-kostruzzjoni ta' djar, ħwienet u kafetteriji bejn l-arkati (bħal fl-inħawi ta' Rua da Cano, Travessa das Nunes u Rua do Salvador). Segment mis-swar Rumani u l-pedamenti tal-binjiet tal-qedem huma ppreservati tul it-Travessa Alcárcova de Cima, triq dejqa fiċ-ċentru storiku. Din l-istruttura ssemmiet fil-poeżija epika Os Lusíadas ta' Luís de Camões.
  • It-Tempju Ruman ta' Évora (bil-Portugiż: Templo romano de Évora), li kemm-il darba jissejjaħ bħala t-Tempju ta' Diana, kien tempju tas-seklu 1 W.K. (f'xi referenzi tas-seklu 2 jew 3), iddedikat lis-setta tal-Imperatur Awgustu, li kien inkorporat fil-binja Medjevali, u għaldaqstant ħelisha mill-qerda. Dan it-tempju huwa l-iżjed attrazzjoni famuża ta' Évora u nbena b'7.68 metri (25.20 pied) ta' kolonni Korinzji u 14-il kolonna tal-granit, u b'bażi, b'kapitelli u b'arċitravi tal-irħam skavati minn Estremoz.

Reliġjuża[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il-Katidral ta' Évora (bil-Portugiż: Catedral de Évora): inbena l-iktar bejn l-1280 u l-1340, u huwa wieħed mill-iżjed monumenti Gotiċi importanti tal-Portugall. Il-katidral għandu portal prinċipali notevoli bi statwi tal-Appostli (għall-ħabta tal-1335) u navata u kjostru mill-isbaħ. Kappella partikolari tat-transett għandha stil Manwelin u l-kappella prinċipali straordinarja hija Barokka. L-orgni u s-sedji tal-kor huma Rinaxximentali (għall-ħabta tal-1566).
  • Il-Kappella ta' São Brás (bil-Portugiż: Capela de São Brás): inbniet għall-ħabta tal-1480, u hija eżempju tajjeb tal-istil Mudéjar-Gotiku b'riffieda ċilindriċi. Hija miftuħa biss għat-talb.
  • Il-Knisja ta' San Franġisk (Igreja de São Francisco): inbniet bejn it-tmiem tas-seklu 15 u l-bidu tas-seklu 16 bi stil Gotiku-Manwelin imħallat. In-navata wiesgħa hija kapulavur tal-arkitettura Gotika aħħarija. Fiha bosta kappelli mżejna bi stil Barokk, inkluż il-Kappella tal-Għadam (bil-Portugiż: Capela dos Ossos), miksija kompletament b'għadam uman.
  • Il-Kunvent u l-Knisja ta' Lóios: inbniet fis-seklu 15, fihom għadd ta' oqbra; il-knisja u l-kjostru għandhom stil Gotiku, b'binja Manwelina b'portal mill-isbaħ. Il-knisja minn ġewwa hija miksija bl-azulejos (madum taċ-ċeramika) mis-seklu 18. Fl-1965 ġiet ikkonvertita f'pousada (lukanda tradizzjonali Portugiża) lussuża.

Nies notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

João Manuel, il-Prinċep tal-Portugall.
Túlio Espanca, 1987.
Maria Leal da Costa, 2009.

Storiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Inês Cristina Zuber, 2015.

Reċenti[immodifika | immodifika s-sors]

Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "DGTerritório - Carta Administrativa Oficial de Portugal - Versão 2017 (em vigor)". web.archive.org. 2018-11-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-05. Miġbur 2023-04-29.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Évora". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-29.
  3. ^ "Stħarriġ Expresso tal-2007" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-10-25. Miġbur 2023-04-29.
  4. ^ Bruxo, Michael (2022-12-07). "Évora named 2027 European Capital of Culture" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-29.
  5. ^ a b "IPMA - 007". www.ipma.pt. Miġbur 2023-04-29.
  6. ^ a b "IdM" (PDF).
  7. ^ "VisitEvora". VisitEvora (bil-Portugiż). Miġbur 2023-04-30.
  8. ^ "Liġi Portugiża 11/A2013" (PDF).
  9. ^ "Fábricas da Embraer em Évora vão aumentar número de trabalhadores em 30% | Económico". web.archive.org. 2016-01-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-29. Miġbur 2023-04-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "Embraer vende fábricas em Portugal, que continuarão a fornecer componentes para seus aviões". O Globo (bil-Portugiż). 2022-01-12. Miġbur 2023-04-30.
  11. ^ Guia de Portugal. Estremadura, Alentejo, Algarve. Ed. F. C. Gulbenkian, 1991. p. 54.
  12. ^ Resende, Garcia de. Volume 23. Miġbur 2023-04-30.