Elvas
Elvas | |||
---|---|---|---|
Portugall | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Portugall | ||
District of Portugal | Portalegre | ||
Ismijiet oriġinali | Elvas | ||
Kodiċi postali |
7350 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 38°52′48″N 7°09′46″W / 38.88°N 7.1628°WKoordinati: 38°52′48″N 7°09′46″W / 38.88°N 7.1628°W | ||
Superfiċjenti | 631 kilometru kwadru, 631.29±0.01000000000003 kilometru kwadru | ||
Fruntieri ma' | Monforte (en) , Arronches (en) , Campo Maior (en) , Badajoz, Olivenza (en) , Alandroal (en) , Vila Viçosau Borba (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 20,706 abitanti (2018) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Żona tal-Ħin | UTC±0 | ||
cm-elvas.pt |
Elvas (pronunzja bil-Portugiż: [ˈɛlvɐʃ]) hija muniċipalità Portugiża, eks belt episkopali u fortizza fil-fruntiera tal-iżjed punt fil-Lvant tal-Portugall ċentrali, li tinsab fid-distrett ta' Portalegre fl-Alentejo. Tinsab madwar 200 kilometru (120 mil) fil-Lvant tal-belt kapitali Liżbona, u madwar tmien kilometri (5.0 mili) fil-Punent tal-fortizza Spanjola ta' Badajoz, qrib il-linja ferrovjarja Madrid-Badajoz-Liżbona. Il-popolazzjoni tal-muniċipalità skont iċ-ċensiment tal-2011 kienet tammonta għal 23,078 ruħ[1], f'erja ta' 631.29 kilometru kwadru (243.74 mil kwadru).[2] Il-belt innifisha kellha popolazzjoni ta' 16,640 ruħ.[3]
Elvas hija waħda mill-ifjen eżempji ta' użu intensiv tat-trace italienne (forti b'għamla ta' stilla) fl-arkitettura militari, u tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-30 ta' Ġunju 2012.[4]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Elvas tinsab fuq għolja tmien kilometri (ħames mili) fil-Majjistral tax-xmara Guadiana. L-Akkwedott ta' Amoreira li huwa twil sitt kilometri (3.7 mili) jipprovdi l-ilma tajjeb għax-xorb għall-belt; il-kostruzzjoni tiegħu bdiet fil-bidu tas-seklu 15 u tlestiet fl-1622. Għal distanza mhux ħażin jinkludi erba' livelli ta' ħnejjiet sovraimposti, b'għoli totali ta' 40 metru (130 pied).
Elvas inħatfet mill-kontroll tal-Għarab ta' Spanja minn Afonso I tal-Portugall fl-1166 iżda reġgħet inħatfet temporanjament qabel l-okkupazzjoni finali tagħha mill-Portugiżi fl-1226. Fl-1570 saret sede episkopali, id-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Elvas, sal-1818. Il-Katidral tal-Assunta huwa Gotiku Aħħari, għandu influwenza Għarbija fl-arkitettura tiegħu, u jmur lura għar-renju ta' Manwel I tal-Portugall (1495-1521).[5]
Il-belt kienet difiża minn seba' bastjuni u ż-żewġ fortijiet ta' Santa Luzia u ta' Nossa Senhora da Graça. Mill-1642 kienet il-fortizza ewlenija fil-fruntiera tan-Nofsinhar tax-xmara Tagus, u rreżistiet l-assedji tal-Ispanjoli fl-1659, fl-1711 u fl-1801.[6] F'Elvas seħħet il-Battalja tal-Linji ta' Elvas fl-1659, li matulha l-gwarniġjon u ċ-ċittadini tal-belt għenu sabiex l-Armata Spanjola tirtira. Il-Franċiżi Napuljoniċi taħt il-Marexxall Junot ħatfuha f'Marzu 1808 matul il-Gwerra Peniżolari, iżda evakwaw f'Awwissu wara l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Sintra. Il-fortizza ta' Campo Maior li tinsab 15-il kilometru (9.3 mili) lejn il-Grigal hija magħrufa għall-assedju ta' Napuljun u soljev mill-Brittaniċi taħt il-Marexxall Beresford fl-1811, ġrajja mfakkra f'ballata ta' Sir Walter Scott.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-Raħal-Gwarniġjon fil-Fruntiera ta' Elvas u l-Fortifikazzjonijiet tiegħu ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012. Fl-2013 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit.[4]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[4]
Is-sit, iffortifikat b'mod estensiv mis-sekli 17 sa 19, jirrappreżenta l-ikbar sistema ffortifikata bi ħniedaq mingħajr ilma fid-dinja. Fi ħdan is-swar tiegħu, ir-raħal fih barrakki u binjiet militari oħra kif ukoll knejjes u monasteri. Filwaqt li r-raħal fih fdalijiet li jmorru lura għas-seklu 10, beda jiġi ffortifikat matul il-Gwerra tar-Ristorazzjoni Portugiża. Il-fortifikazzjonijiet kellhom rwol importanti fil-Battalja tal-Linji ta' Elvas fl-1659. Il-fortifikazzjonijiet ġew iddisinjati mill-Ġiżwit Olandiż Padre João Piscásio Cosmander u jirrappreżentaw wieħed mill-aqwa eżempju eżistenti tal-iskola Olandiża ta' fortifikazzjonijiet fid-dinja. Is-sit jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:
- L-Akkwedott ta' Amoreira, li nbena biex jirreżisti assedji twal.
- Iċ-Ċentru Storiku.
- Il-Forti ta' Santa Luzia u l-mogħdija msaqqfa.
- Il-Forti ta' Nossa Senhora da Graça.
- Il-Forti ta' São Mamede.
- Il-Forti ta' São Pedro.
- Il-Forti of São Domingos.
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Data klimatika għal Elvas, temperaturi normali u estremi fl-1971-2000 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 21.0
(69.8) |
23.0
(73.4) |
30.8
(87.4) |
32.0
(89.6) |
35.0
(95.0) |
42.5
(108.5) |
44.0
(111.2) |
42.0
(107.6) |
41.5
(106.7) |
33.0
(91.4) |
29.2
(84.6) |
22.0
(71.6) |
44.0
(111.2) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 13.4
(56.1) |
15.3
(59.5) |
18.3
(64.9) |
20.1
(68.2) |
23.8
(74.8) |
29.3
(84.7) |
33.6
(92.5) |
33.4
(92.1) |
29.7
(85.5) |
23.2
(73.8) |
17.6
(63.7) |
14.2
(57.6) |
22.7
(72.8) |
Temp. medja kuljum f'°C (°F) | 8.6
(47.5) |
10.2
(50.4) |
12.3
(54.1) |
14.1
(57.4) |
17.3
(63.1) |
21.7
(71.1) |
25.1
(77.2) |
24.8
(76.6) |
22.2
(72.0) |
17.4
(63.3) |
12.5
(54.5) |
9.7
(49.5) |
16.3
(61.4) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 3.8
(38.8) |
5.0
(41.0) |
6.3
(43.3) |
8.0
(46.4) |
10.8
(51.4) |
14.1
(57.4) |
16.6
(61.9) |
16.3
(61.3) |
14.7
(58.5) |
11.5
(52.7) |
7.5
(45.5) |
5.3
(41.5) |
10.0
(50.0) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −7.0
(19.4) |
−5.0
(23.0) |
−2.0
(28.4) |
−1.5
(29.3) |
1.5
(34.7) |
6.0
(42.8) |
10.0
(50.0) |
8.0
(46.4) |
4.0
(39.2) |
−1.0
(30.2) |
−4.5
(23.9) |
−5.5
(22.1) |
−7.0
(19.4) |
Xita medja f'mm (pulzieri) | 63.1
(2.48) |
54.6
(2.15) |
39.6
(1.56) |
51.2
(2.02) |
44.0
(1.73) |
23.6
(0.93) |
4.8
(0.19) |
2.6
(0.10) |
25.6
(1.01) |
58.6
(2.31) |
75.1
(2.96) |
92.6
(3.65) |
535.4
(21.09) |
Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) | 10.9 | 9.2 | 8.0 | 9.3 | 8.1 | 4.1 | 1.3 | 1.3 | 4.0 | 8.9 | 9.0 | 11.2 | 85.3 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 154.3 | 161.8 | 212.1 | 224.6 | 275.4 | 316.2 | 366.6 | 339.2 | 252.2 | 198.6 | 164.8 | 129.4 | 2,795.2 |
Sors: Instituto de Meteorologia.[7] |
Parroċċa ċivili
[immodifika | immodifika s-sors]Amministrattivament, il-muniċipalità hija maqsuma f'seba' parroċċi ċivili magħrufa bħala freguesias:[8]
- Assunção, Ajuda, Salvador u Santo Ildefonso
- Barbacena u Vila Fernando
- Caia, São Pedro u Alcáçova
- Santa Eulália
- São Brás u São Lourenço
- São Vicente u Ventosa
- Terrugem u Vila Boim.
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]- Badajoz, Extremadura, Spanja.
- Olivenza, Extremadura, Spanja.
- Campo Maior, Alentejo, il-Portugall.
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Manuel Rodrigues Coelho (għall-ħabta tal-1555-1635); mużiċist tal-orgni u kompożitur Portugiż.
- João de Fontes Pereira de Melo (1780-1856); politiku, ġeneral u gvernatur kolonjali ta' Cabo Verde għal darbtejn.
- José Travassos Valdez, l-Ewwel Konti ta' Bonfim (1787-1862); suldat u statista Portugiż.
- Fortunato José Barreiros (1797-1885); gvernatur kolonjali ta' Cabo Verde u arkitett militari.
- Adelaide Cabete (1867-1935); femminista u repubblikana Portugiża.
- Virgínia Quaresma (1882-1973); radikali bikrija, femminista, ġurnalista omosesswali.
- Sofia Pomba Guerra (1906-1976); femminista, oppożitur tal-gvern tal-Estado Novo fil-Portugall, u attivista fil-movimenti antikolonjali tal-Mozambique u l-Guinea-Bissau.
- José António Rondão Almeida (twieled fl-1945); politiku Portugiż u sindku ta' Elvasa.
- Toni Vidigal (twieled fl-1975), Jorge Vidigal (twieled fl-1978) u André Vidigal (twieled fl-1998); aħwa u plejers tal-futbol tal-Angola.
- Raquel Guerra (twieldet fl-1985); kantanta u attriċi Portugiża.[9]
- Henrique Sereno (twieled fl-1985); eks plejer tal-futbol Portugiż li tul il-karriera tiegħu lagħab 236 logħba mal-klabbs tal-futbol.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Statistics Portugal - Web Portal". www.ine.pt. Miġbur 2022-09-04.
- ^ "DGTerritório - Carta Administrativa Oficial de Portugal - Versão 2017 (em vigor)". web.archive.org. 2018-11-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-05. Miġbur 2022-09-04.
- ^ "Atlas de Portugal". web.archive.org. 2014-10-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-06. Miġbur 2022-09-04.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Garrison Border Town of Elvas and its Fortifications". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-04.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Elvas". Encyclopædia Britannica. Vol. 9 (11th ed.). Cambridge University Press. p. 300.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Elvas". Encyclopædia Britannica. Vol. 9 (11th ed.). Cambridge University Press. p. 301.
- ^ "Monthly Averages for Elvas (1971-2000). IPMA" (PDF).
- ^ "Diário da República. Liġi nru 11-A/2013, p. 552. (bil-Portugiż)" (PDF).
- ^ "Raquel Guerra". IMDb. Miġbur 2022-09-04.