Tuneżija
Repubblika tat-Tuneżija الجمهورية التونسية Il-Jomhūriya it-Tūnisiya |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: حرية، نظام، عدالة Libertà, Ordni, Ġustizzja[1] |
||||||
Innu nazzjonali: Humat il-Hima Difensuri tal-Patrija |
||||||
Lokazzjoni tat-Tuneżija fl-Afrika ta' Fuq.
|
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Tuneż 36°50′N 10°9′E / 36.833°N 10.15°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Għarbi[1] (Għarbi Tuneżin) | |||||
Gvern | Repubblika Unitarja parlamentari | |||||
- | President | Kais Saied | ||||
- | Prim Ministru | Ahmed Hachani | ||||
Leġislatura | Assemblea Kostitwenti | |||||
Stabbiliment | ||||||
- | Dinastija Husainid inawgurata | 15 ta' Lulju 1705 | ||||
- | Indipendenza minn Franza | 20 ta' Marzu 1956 | ||||
- | Ir-Repubblika ddikjarat | 25 ta' Lulju 1957 | ||||
- | Jum tar-Rivoluzzjoni | 14 ta' Jannar 2011 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 163,610 km2 (93) 631,70 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 5.0 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2012 | 10,777,500 | ||||
- | Densità | 63/km2 (133) 163/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $105.347 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $9,774[2] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $45.611 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $4,232[2] | ||||
IŻU (2014) | 0.721[3] (għoli) (90) | |||||
Valuta | dinar Tuneżin (TND ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +216 | |||||
TLD tal-internet | .tn · .تونس |
It-Tuneżija, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika tat-Tuneżija (Għarbi: الجمهورية التونسية il-Jomhūriya it-Tūnisiya, Franċiż: République Tunisienne) hi l-iżgħar pajjiż fl-Afrika ta' Fuq. It-Tuneżija għandha tliet fruntieri: l-Alġerija fil-Punent, il-Libja fil-Lbiċ u l-Baħar Mediterran fit-Tramuntana u l-Lvant. Minkejja li dan huwa pajjiż żgħir, għandu popolazzjoni kbira. Infatti l-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż tammonta għal 10.7m ruħ minkejja li għandu erja ta' 165,000 kilometru kwadru.
L-isem attribwit lil din l-art ġej mill-isem tal-belt kapitali, Tuneż, li tinsab lejn il-grigal tat-Tuneżija. Ġeografikament, it-Teneżija għandha fiha it-tarf tal-Lvant tal-Muntanji Atals u l-parti ta-Tramuntana tad-Deżert tas-Saħara. Għandha ħafna art b'ħamrija fertili. Il-pajjiż għandu elf u tliet mitt kilometru ta' kosta.
It-Tuneżija għandha ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea u hija membru tal-Unjoni Għarbija tal-Magreb, il-lega Għarbija u l-Unjoni Afrikana. It-Tuneżija stabbiliet relazzjonijiet viċini ma' Franza, partikolarment f'dawk is-setturi li jikkonċernaw il-ko-operazzjoni ekonomika, l-immodernizzar tal-industrija u programmi ta' privatizzazzjoni.
Ir-Rivoluzzjoni tal-2011 wasslet għat-twaqqigħ tal-president awtokratiku Zine El Abidine Ben Ali, u minn dak il-punt 'il quddiem saru l-ewwel elezzjonijiet liberi fil-pajjiż. Sa minn dak il-jum, it-Tuneżija bdiet tikkonsolida d-Demokrazija prekarja u għajfa li kellha.
Total tal-fruntieri tat-Tuneżija: 1,495 km, pajjiżi tal-fruntiera (2): l-Alġerija 1,034 km; Libja 461 km.
Il-punt bl-ogħla temperatura fil-kontinent Adrijatiku ġie rreġistrat f'Kebili, peress li fl-1931 ġew irreġistrati 55 grad Celsius u huwa t-tieni post bl-ogħla temperatura rreġistrata fid-dinja.
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kelma Tuneżija ġejja minn Tuneż, il-belt kapitali tat-Tuneżija kontemporanja. Il-forma preżenti tal-isem, mas-suffiss Latin -ia ħareġ mill-Franċiż Tunisie. Il-kelma derivattiva Franċiża Tunisie ġiet addottata f'xi lingwi Ewropej b'modifikazzjonijiet żgħar biex jagħmlu distinzjoni bejn il-belt u l-pajjiż. Iżda xi ilsna ma jagħmlux din id-distinzjoni, ngħidu aħna bħar-Russu (Туни́с) (Tunís) u l-Ispanjol Túnez. F'dan il-każ, l-istess isem huwa użat kemm għall-pajjiż kif ukoll għall-belt, bħall-Għarbi تونس, u huwa fil-kuntest biss fejn wieħed jista' jiskopri d-differenza. Jingħad, li l-isem Tuneż għandu bosta oriġini. Ġeneralment dan l-isem derivattiv huwa assoċjat mal-kelma "تؤنس" (hija differenti minn تونس)fl-Għarbi li huwa verb li jfisser: tissoċjalizza u li tkun ħabib. Din il-kelma hija assoċjata wkoll mal-qerq Berberu tns li jfisser "nistrieh billi nimtedd". Kultant it-tifsira ta' din il-kelma hija assoċjata mal-alla Punika, Tanit, il-belt qadima ta' Tines.[4][5]
Rivoluzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-rivoluzzjoni Tuneżina[6][7] kienet kampanja intensiva ta' reżistenza ċivili li kienet seħħet minħabba qgħad ogħli, l-inflazzjoni tal-ikel, il-korruzzjoni, min-nuqqas tal-libertà tal-espressjoni, libertajiet politiċi oħra u minħabba l-kundizzjonijiet fqajra mgħajxa minn bosta nies. Kien intqal li,l-unjonijiet tax-xogħol kienu parti integrali mill-protesti.[8] Dawn kienu protesti ispirati mill-qawma Għarbija li bdiet isseħħ f'pajjiżi imminenti, firxa ta' mewġa t'azzjonijiet simili madwar id-dinja Għarbija. Id-dimostrazzjonijet ħraxu aktar mal-mewt ta' Mohamed Bouazizi, bejjiegħ Tuneżin ta' 26 sena li ħaraq lilu nnifsu b'sens ta' prostesta wara li kkonfiskawlu l-oġġetti tiegħu u wara li rrikonoxxa l-umiljazzjoni imposta fuqu minn uffiċjali muniċipali. Ir-rabja u l-vjolenza kompliet tintensifika ruħha eżattament wara l-mewt ta' Bouazizi fl-4 ta' Jannar tal-2011. Dan l-aġir kien l-ewwel pass li wassal lill-President Zine El Abidine Ben Ali li jinżel mill-poter tiegħu wara 23 sena fil-kmand tal-pajjiż
Il-protesti komplew wara l-projbizzjoni tal-partit li kien fit-tmun, fejn il-membri kollha tiegħu tkeċċew mill-gvern ta' Tranżizzjoni fformat minn Mohammed Ghannouchi. Eventwalment il-gvern il-ġdid kellu jċedi għat-talbiet. Il-qorti tat-Tuneżija pprojbiet il-partit RCD ta' qabel u kkonfiskat ir-riżorsi kollha tiegħu. Digriet mill-ministru ta' ġewwa pprojbixxa lill-pulizija politika, forzi speċjali li kienu użati biex jintimidaw u jippersegwitaw l-attivisti politiċi.[9] Fit-3 ta' Marzu 2011, il-president ħabbar li l-elezzjonijiet għall-Assemblea Kostitwenti kienu se jsiru fit-23 ta' Ottubru tas-sena 2011. Osservaturi internazzjonali u interni ddikjaraw il-vot ħieles u ġust. Il-Moviment ta' Ennahda li qabel kien ipprojbit taħt ir-reġim ta' Ben Ali rebaħ disgħin siġġu mit-total ta' 217-il siġġu fit-tnax ta' Dicembru 2011, permezz tal-votazzjoni plurali. Moncef Marzouki,[10] Eks dixxindent u veteran attiv għad-drittijiet tal-bniedem inħatar bħala president.
F'Marzu 2012, Ennahda ddikjara li ma kienx se jappoġġja it-tfassil tax-Xarija bħala s-sors ewlieni tal-leġislazzjoni fil-kostituzzjoni l-ġdida, sabiex b'hekk tinżamm in-natura tal-istat sekulari. Il-pożizzjoni ta' Ennahda fuq din il-kwistjoni kienet ikkritikata minn bosta Iżlamisti estremisti li riedu x-Xarija miftuħa bis-sħiħ, Dan il-grupp kien milqugħ mill-partiti sekulari fis-6 ta' Frar tal-2013. Chokri Belaid, l-opponent xellugi u kritiku prominenti tal-Ennahda kien ġie assassinat.[11]
Drittijiet tal-Bniedem
[immodifika | immodifika s-sors]Wara r-rivoluzzjoni, ħarġu numru ta' gruppi Salafisti u kien hemm okkażjonijiet fejn irripressaw l-espressjoni artistika permezz tal-vjolenza għaliex l-arti dehret bħal qiegħda tkun ostili lejn il-fidi Iżlamika.[12] Sa mill-bidu tar-rivoluzzjoni,xi organizzazzjonijiet mhux governattivi kienu rrikostruwew l-gruppi tagħhom u mijiet ta' oħrajn ġodda tfaċċaw. Pereżempju, il-lig tad-drittijiet tal-bniedem Tuneżin, li kienet l-ewwel organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa l-kontinent Afrikan kif ukoll fid-dinja Għarbija, operata taħt ċerti restrizzjonijiet għal iktar min-nofs l-eżistenza tagħha, imma issa din l-organizzazzjoni hija kompletament libera li topera kif inhuwa sewwa u xieraq. Xi organizzazzjonijiet indipendenti huma, l-Assoċjazzjoni tan-Nisa Demokratiċi Tuneżini, l-Assoċjazzjoni tan-Nisa Tuneżini għar-Riċerka u l-Iżvilupp u fuq kollox il-libertà fil-kamra tal-avukati li sejra tibqa' attiva
Lingwa u kultura
[immodifika | immodifika s-sors]L-Għarbi huwa l-lingwa uffiċjali, u l-Għarbi Tuneżin, magħruf bħala d-Derju huwa l-vernikular (Varjetà ta' Għarbi) użat mill-pubbliku inġenerali. Wieħed jista' saħansitra jsib ukoll minoranza żgħira ta' nies li titkellem bix-Shelha, li huwa lsien Berberu.[13] Minħabba l-okkupazzjoni tal-Franċiżi fil-passat, il-lingwa Franċiża tilgħab parti maġġuri f'dan il-pajjiż ukoll però din mhix meqjusa bħala waħda mill-lingwi uffiċjali tat-Tuneżija. Il-Franċiz huwa estensivament użat fil-qasam edukattiv, partikolarment għat-tagħlim tax-Xjenza fil-livell sekondarju, fil-ġurnali u sabiex ikun jista' jitħaddem in-negozju b'mod effiċjenti. Fl-2010 kien hemm madwar 6,639,000 kelliem tal-Franċiz ġewwa t-Tuneżija, voldieri hawnhekk qegħdin nirreferu għal 64% tal-popolazzjoni. It-Taljan huwa mifhum u mitkellem minn parti żgħira tal-poplazzjoni Tuneżjana.[14] Il-kultura tat-Tuneżija hija waħda mħallta, dan għaliex il-pajjiż għadda minn qalbiet kbar matul l-istorja, fejn ġie ddominat minn diversi qawwiet li ħallew l-għelm tagħhom fuq din l-art Nord-Afrikana, Xi wħud jinkludu: il-Feniċi, Ir-Rumani, Il-Vandali, il-Biżantini, L-Għarab, It-Torok, l-Ispinardi u l-Franċiżi.
Reliġjon
[immodifika | immodifika s-sors]Il-maġġoranza tal-popolazzjoni Tuneżina (madwar 98%) hija Musulmana, madwar 1% isegwu l-Kristjaneżmu u l-kumplament isegwu l-Ġudiżmu jew reliġjonijiet oħra. Il-massa tat-Tuneżini Musulmani huma ġejjin mill-Iskola Maliki tal-Iżlam Xemxi, il-moskeji tagħhom jistgħu jintgħarfu mal-ewwel daqqa t'għajn mill-minareti kwadri.[15] Però t-Torok ġabu magħhom it-tagħlim tal-Iskola Ħanifi matul l-okkupazzjoni Ottomana (Torka) li għadha tgħix fost il-familji imnissla mit-Torok illum. Tradizzjonalment, il-moskeji tagħhom għandhom minarets ottogonali. It-Tuneżija għandha komunità Kattolika mdaqqsa ta' madwar 25,000 persuna, iżda 22,000 minnhom jistgħu jissejħu bħala tassew Kristjani u Protestanti li jinsabu fi grad inqas. Il-Kristjani Berberi komplew jgħixu fit-Tuneżija sal-bidu tas-seklu ħmistax.[16] Il-Ġudaiżmu jista' jitqies bħala t-tielet l-ikbar reliġjon fit-Tuneżija b'1,500 membru li jemmnu. Terz tal-popolazzjoni Lhudija tgħix ġewwa u madwar il-belt kapitali. Il-kumplament jgħixu fuq il-gżira ta' Djerba, b'39 sinagogi, u huwa l-post fejn il-komunità Lhudija tmur lura 2,500 sena.[17][18]
Il-gżira ta' Djerba fil-Golf ta' Gabes hija dar għas-sinagoga El Għriba, li hija waħda mill-eqdem sinagogi fid-dinja. Illum, bosta Lhud jikkonsidrawha bħala sit għall-pelligrinaġġi, biċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru hemm darba fis-sena. Infatti intqal li t-Tuneżija u l-Marokk huma l-iktar żewġ pajjiżi li huma lesti jaċċettaw il-popolazzjonijiet Lhudija tagħhom. Il-kostituzzjoni li hija komposta minn ġabra tal-liġijiet li jikkundizzjonaw il-pajjiż, tiddikjara lill-Iżlam bħala stat reliġjuż uffiċjali u statali u jelenka li l-President għandu jkun Musulman kif ukoll li jkollu l-libertajiet tiegħu. Apparti l-President, it-Tuneżini jistgħu jgawdu minn grad ogħli ta' libertà reliġjuża. Dan huwa dritt stabbilit u protett li jinsab fil-kostituzzjoni ta' dan il-pajjiż Għarbi, dritt li jiggarantixxi libertà totali fl-għażla tar-reliġjon li wieħed jixtieq jipprattika.[17]
Letteratura
[immodifika | immodifika s-sors]Il-letteratura tista' tinqasam f'żewġ taqsimiet, dik Għarbija u dik Franċiża. Spiss jingħad li l-letteratura Għarbija tmur lura għas-seklu sebgħa bil-miġja taċ-ċivilizazzjoni Għarbija fir-reġjun. Dan ix-xogħol letterarju huwa ferm iktar importanti mil-letteratura Franċiza f'termini ta' volum u valur, li ġiet introdotta matul il-protettorat Franċiz mill-1881.[19] Fost il-figuri letterarji nistgħu nsibu lil Ali Douagi, li pproduċa iktar minn 150 storja fuq ir-radju, madwar 500 poeżija u kanzunetti folkloristiċi u kważi ħmistax-il reċta.[20] Khraief Bashir, kien rumanzier Għarbi li ppublika bosta kotba notevoli fl-1930 u li kkawżaw skandlu għaliex d-djalogi kienu miktubin bid-djalett Tuneżin[20] u oħrajn bħal Moncef Ghachem, Mohamed Salah Ben Mrad jew Mahmoud Messaadi. Bħala poeżija, il-poeżija Tuneżina tapplika tipikament għan-non konformità u għall-innovazzjoni ma' poeti bħal Aboul-Qacem Echebbi. Il-letteratura Franċiza hija kkaratterizzata bl-avviċinanza kritika tagħha, dan imur kontra l-pessimiżmu ta' Albert Memmi li ppreveda li l-letteratura Tuneżina hija ssentenzjata li tmut żgħira minħabba n-nuqqas ta' xogħol letterarju bil-lingwa.[20] Numru kbira ta' awturi Tuneżini qegħdin barra, dawn huma: Abdelwahab Meddeb, Bakri Tahar, Mustapha Tlili, Hele Beji jew Mellah Fawzi. It-temi tat-trawwim fl-eżilju u dik li tittratta qsim il-qalb huma l-ħsibijiet li fuqhom hija mibnija l-kitba kreattiva tagħhom.Il-Bibliografija nazzjonali tinkludi 1249 kotba li mhumiex tal-iskola, ppubblikati fl-2002 fit-Tuneżija b'885 titlu miktub bl-Għarbi. Fl-2006 din il-figura telgħet għall-1500 u 1700 fl-2007. Kważi terz tal-kotba ppubblikati huma intenzjonati għat-tfal.
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]It-Tuneżija tinsab fuq il-kosta tal-Mediterran tal-Afrika ta' Fuq, fin-nofs bejn l-oċean Atlantiku u ċ-ċentru tax-Xmara Nil. L-eqreb żewġ pajjiżi tat-Tuneżija huma l-Alġerija u l-Libja, li fuq kollox huma żewġ pajjiżi oħra hekk magħrufa bħala tal-Magreb. Dan l-istat Afrikan huwa ppożizzjonat bejn il-latitudnijiet 30° u 38°T u l-lonġitudnijiet 7° u 12°L. It-tramuntana tat-Tuneżija huwa kkaraterrizat minn żewġ plajjiet Mediterranji distintivi, Punent-Lvant fit-Tramuntana, u Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant. Għalkemm it-Tunezija hija relattivament żgħira fid-daqs, hija għandha diversità ambjentali grandjuża minħabba l-punt limitanti eżistenti fit-Tramuntana-Nofsinhar tagħha. Ir-restrizzjoni tal-Lvant-Punent tagħha huwa limitat ħafna. Id-differenzi fit-Tuneżija bħall-kumplament tal-Magreb huma l-aktar viżibbli min-naħa tat-tramuntana-Nofsinhar minħabba l-qagħda tal-ambjent muri mit-tnaqqis drastiku ta' xita meta wieħed iħares lejn in-nofsinhar tal-pajjiż minn kwalunkwe punt. Id-Dorsali, l-estenzjoni tal-Lvant tal-muntanji tal-Atlas tgħaddi b'ġirja minn ġot-Tuneżija fid-direzzjoni tal-Grigal mill-fruntiera Alġerjana fil-punent sal-peniżola ta' Cape Bon li tinsab fil-Lvant. Li kieku kellna mmorru ftit lejn it-tramuntana tad-Dorsali għandna nsibu t-Tell,reġjun li huwa kkaratterizzat minn għoljien baxxi u pjanuri, estenzjoni tal-muntanji li tibqa' sejra sal-punent tal-Alġerija. Fil-Khroumerie, li hija l-kantuniera majjistra tat-Tell Tuneżin nistgħu nsibu elevazzjonijiet li jlaħħqu mal-1,050 metru u l-borra tinżel matul l-istaġun tax-xitwa.
Is-Saħel, hija pjanura kostali li qiegħda dejjem titwessa' flimkien mal-kosta tal-Lvant tat-Tuneżija. Din il-kosta hija fost l-iprem postijiet magħrufa għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ. Iktar 'il ġewwa mis-Saħel, bejn id-Dorsali u l-firxa ta' għoljiet li jinsabu lejn in-Nofsinhar ta' Gafsa, hemm l-isteppi. Il-maġġor parti tar-reġjun tan-nofsinhar huwa Semi-Aridi jonkella deżert. Il-linja tal-kosta tat-Tuneżija hija madwar l-1,148 kilometru twila. F'termini marittimi, il-pajjiż jisħaq żona kontigwa ta' erbgħa u għoxrin mil awtiku (44.4 km; 27.6 mi)u baħar territorjali ta' tnax-il mil awtiku (22.2 km; 13.8 mi).[21]
Klima u Enerġija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-klima tat-Tuneżija hija moderata fit-tramuntana, b'xita ħafifa li tinżel matul l-istaġun tax-xitwa u skont stħarriġ annwali jista' jingħad li dan il-pajjż għandu tendenza jkollu sajf sħun in korrelazzjoni man-nixfa li għandha ttellgħa l-livell tal-umdità.[22] In-nofsinhar tat-Tuneżija huwa ddominat mid-deżert tas-Saħara, li jitfa' s-sħana tremenda tiegħu fuq dan il-pajjiż kif ukoll b'mod partikolari fuq il-pajjiżi tal-mediterran. It-terran fit-tramuntana huwa muntanjuż, li jimxi l-isfel jirnexxilu jagħti pjanura iktar sħuna u niexfa ffokata ċentralment. Il-klima tan-nofsinhar tal-pajjiż hija semi-arida u din hija konnessa ma' dik tad-deżert għatxan. Serje ta' lagi melħin magħrufa bħala chotts jew shatts jinsabu fuq linja lvant-punent, eżattament f'tarf it-tramunatana tas-Saħara u dan jestendi mill-Golf ta' Gabes għall-Alġerija. L-iktar punt baxx huwa Shatt al Għarsah li huwa 17-il metru taħt il-livell tal-baħar u l-ogħla huwa Jebel ech Chambi li huwa 1,544 metru 'l fuq mill-art.[23]
Il-maġġor parti tal-elettriku użat fit-Tuneżija huwa pproduċut lokalment, mill-kumpanija tal-istat STEG (Soċjetà Tuneżina tal-elettriku u tal-gass. Fl-2008, xi 13,748 Gwh ġew ipproduċuti fil-pajjiż.
Il-produzzjoni taż-żejt fit-Tuneżija hija ta' xi 97,600 barmil kull ġurnata u l-qasam ewlieni jinsab f'El Bourma. Jingħad li l-produzzjoni taż-żejt fit-Tuneżija bdiet għal ħabta tal-1966 u bħalissa hemm xi 12-il qasam li huwa assoċjat mat-tlugħ taż-żejt. It-Tuneżija għandha l-pjanijiet f'idejha li jappoġġjaw il-kostruzzjoni ta' żewġ stazzjonijiet ta' enerġija nukleari sal-2019. Ġie mbassar li dawn iż-żewġ faċilitajiet għandhom l-abbilità li jipproduċu bejn 900 sa 1000 f'enerġija MW. Huwa stabbilit li Franza sejra ssir sieħba importanti fil-pjanijiet ta' enerġija nukleari għat-Tuneżija, wara li jiġi ffirmat il-qbil bejn dawn iż-żewġ pajjiżi distinti, flimkien ma' sħab oħra, sabiex titwassal it-teknoloġija u l-prattika.
Edukazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-rata tal-litteriżmu fl-2008 kienet 77.6%.[24] L-edukazzjoni tingħata prijorità għolja u tammonta għal 6% tal-PGN. L-edukazzjoni bażika għat-tfal bejn l-etajiet ta' sitt snin u ta' sittax-il sena ilha obbligatorja sa mill-1991. It-Tuneżija kkwalifikat fis-sbatax-il post fil-kategorija ta' kwalità tal-(ogħla) sistema edukattiva u kklassifikat fil-21 post fil-kategorija għall-kwalità ta' edukazzjoni Primarja. Dan huwa spjegat fid-dettall fir-Rapport Globali tal-Kompetittività tal-2008-9, maħruġ mill-Forum ekonomiku dinji. Ġeneralment it-tfal jirnexxilhom jakkwistaw il-lingwa Għarbija-Tuneżina mid-dar stess però t-tfal, sa mill-età żgħira ta' sitt snin, huma mibgħuta l-iskola sabiex isaħħu l-ħiliet tagħhom fil-kitba u fil-qari tal-Għarbi Standard. Mill-età ta' tmien snin, it-tfal huma mgħallma l-Franċiż filwaqt li l-Ingliż huwa introdott iktar 'il quddiem malli wieħed jagħlaq it-tnax-il sena.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b دستور الجمهورية التونسية: الباب الأول: أحكام عامة. chambre-dep.tn (bl-Għarbi). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-04-06. Miġbur 2009-12-23.
- ^ a b ċ d Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta'
<ref>
; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isemimf
. - ^ Human Development Report 2011 (PDF) (Rapport) (bl-Ingliż). United Nations Development Programme. 2011. pp. 127–130. ISBN 9780230363311.
- ^ Houtsma, Martijn Theodoor, ed. (1987). E.J. Brill's First Encyclopaedia of Islam, 1913–1936 (bl-Ingliż). Brill. p. 838. ISBN 90-04-08265-4.
- ^ Livy (2009). Hoyos, Dexter (ed.). Hannibal's War: Books Twenty-one to Thirty (bl-Ingliż). Tradott minn Yardley, J. C. Oxford University Press. p. 705. ISBN 9780199555970.
- ^ Ryan, Yasmine (2011-01-26). "How Tunisia's revolution began". Al Jazeera (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-02-03. Miġbur 2011-02-13.
- ^ "Wikileaks might have triggered Tunis' revolution". al arabiya (bl-Ingliż). 2011-01-15. Miġbur 2011-02-13.
- ^ Weinthal, Benjamin; Lee, Eric (2011-02-11). "Trade Unions: The Revolutionary Social Network at Play in Egypt and Yunisia". Foundation for Defense of Democracies (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-02-13.
- ^ McFeatters, Dale (2011-01-25). "When fleeing Tunisia, don't forget the gold". Korea Times (bl-Ingliż). Miġbur 2013-01-19.
- ^ Zavis, Alexandra (2011-12-13). "Former dissident sworn in as Tunisia's president". Los Angeles Times (bl-Ingliż).
- ^ Fleishman, Jeffrey (2013-02-06). "Tunisian opposition leader Chokri Belaid shot dead outside his home". Los Angeles Times (bl-Ingliż). Miġbur 2013-02-18.
- ^ "Scores arrested after Tunis art riots". Al Jazeera (bl-Ingliż). 2012-06-12.
- ^ An outline of the Shilha (Berber) vernacular of Douiret (Southern Tunisia) (Dottorat) (bl-Ingliż). University of Western Sydney. 2003.
- ^ McGuinness, Justin (2002). Footprint Tunisia Handbook: The Travel Guide (bl-Ingliż). Globe Pequot Press. ISBN 978-1-903471-28-9.
- ^ Morris, Peter; Jacobs, Daniel (2001). The Rough Guide to Tunisia. Rough Guides (bl-Ingliż). Rough Guides. ISBN 1-85828-748-0.
- ^ Phillips, Andrew. "The Last Christians Of North-West Africa: Some Lessons For Orthodox Today". Orthodoxengland.org.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2013-01-08.
- ^ a b "Tunisia: International Religious Freedom Report 2008". US Department of State (bl-Ingliż). 2008. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-13.
- ^ Harris, David A. (2010-03-13). "Usurping History: How not to advance Arab-Israeli peace". aish.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-20. Miġbur 2010-05-02.
- ^ "La Littérature Tunisienne de Langue Française". Mémoire Vive (Belgique) (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-12-24. Miġbur 2013-01-26.
- ^ a b ċ "Latin d'origine phénicienne et écrivains chrétiens". Tangka.com: Guide Tunisie (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-07. Miġbur 2013-07-07.
- ^ Ewan W., Anderson (2003). International Boundaries: Geopolitical Atlas (bl-Ingliż). Psychology Press. p. 816. ISBN 978-1-57958-375-0.
- ^ "Country Guide: Tunisia". BBC Weather (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-13. Miġbur 2010-05-02.
- ^ Cavendish, Marshal. "Tunisia". World and Its Peoples (bl-Ingliż). 1. Marshall Cavendish. p. 1270. ISBN 978-0-7614-7571-2.
- ^ "National adult literacy rates (15+), youth literacy rates (15-24) and elderly literacy rates (65+)". UNESCO Institute for Statistics (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-09.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Gvern tat-Tuneżija websajt uffiċjali
- Profil tat-Tuneżija mill-BBC