Saħara

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Is-Saħara minn satellita.
Duni tar-ramel fid-Deżert Saħara

Is-Saħara[1] fl-Afrika ta' Fuq, hu wieħed mill-ikbar deżerti tad-dinja. L-Antartika hi wkoll deżert u hi ikbar.[2]

Hu mdawwar mill-Oċean Atlantiku, il-Muntanji Atlas, il-Baħar Mediterran, il-Baħar l-Aħmar, u r-reġjun ta' Saħel. Ġo fih hemm partijiet minn ħafna pajjiżi, fosthom il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu, il-Mawritanja, il-Mali, in-Niġer, Ċad, l-Eritrea, is-Saħara tal-Punent u s-Sudan. Il-parti l-kbira tiegħu mhux abitabbli imma xi nies jirnexxilhom jgħixu fil-postijiet fejn hemm l-ilma.[3]

Id-Deżert Saħara fih xi 9,065,000 kilometru kwadru. Kien hemm żmien meta kien ikbar u żmien meta kien iżgħar. Wara l-aħħar Żmien is-Silġ sar iżjed fertili, imbagħad reġa' nixef. Hu l-isħan post fid-dinja, imma mhux l-iżjed nixef. L-iżjed nixef hu d-Deżert Atacama fl-America ta' Fuq. Is-Saħara bejn wieħed u ieħor hu daqs l-iStati Uniti f'daqqa.

L-ambjent[immodifika | immodifika s-sors]

L-ogħla muntanja hi ta' 3415-il metru, u hi l-Emi Koussi f'Ċad. Xi quċċati tal-muntanji huma miksijin bil-borra anki fis-sajf.[4][5] Il-katina tal-muntanji ewlenija hi tal-Muntanji Atlas fl-Alġerija. L-iżjed post baxx hu l-għammieq tal-Qattara fl-Eġittu, li hu xi 130 metru taħt il-livell tal-baħar. Witjiet bir-ramel u duni jagħmlu xi 25% tas-Saħara. Il-bqija hu muntanji, steppi b'ħafna ġebel u oażi.[4]

Hemm bosta xmajjar li jgħaddu mis-Saħara. Però, kollha jinxfu fis-sajf barra x-Xmara Nil u x-Xmara Niġer.[4]

Il-minerali metalliċi huma importanti ħafna għall-pajjiżi Saħarin. L-Alġerija u l-Mawritanja għandhom bosta depożiti kbar tal-ħadid. Hemm ukoll depożiti tal-uranju, imma n-Niġer għandha l-iżjed minn dawn. Hemm ħafna fosfati fil-Marokk u fis-Saħara tal-Punent. Fl-Alġerija l-iżjed li hemm żejt. Iż-żejt hu importanti għall-pajjiż kollu. Waqt bl-estrazzjoni taż-żejt l-ekonomija tas-Saħara kibret, ftit għenet lill-popolazzjoni indiġena, billi ħaddiema tas-sengħa jinġiebu minn pajjiżi oħra.

Il-fawna u l-flora[immodifika | immodifika s-sors]

L-iġmla dromedarji u l-mogħos huma l-annimali mansi li nsibu l-iżjed spiss fis-Saħara. Id-dromedarju hu l-favorit tan-nomadi minħabba kemm jiflaħ ix-xemx u l-ħila tiegħu fil-ġiri.

L-iskorpjun isfar (Leiurus quinquestriatus) jista' jkun 10ċm twil. Dan hu perikuluż ħafna u l-velenu tiegħu fih ħafna agitoxin u scyllatoxin. Però tingiża minn dan l-iskorpjun rari toqtol adult f'saħħtu.

Iġmla f'Guelta d'Archei, f'Ċad tal-Majjistral.

Hemm bosta speċi ta' volpi li jgħixu fis-Saħara, fosthom il-vulpes zerda, vulpes pallida u l-vulpes rueppellii. L-Addax nasomaculatus, antelopa kbira bajda, tista' tgħaddi kważi sena fid-deżert mingħajr ma tixrob. L-għażżiela dorcas hi għażżiela tal-Afrika ta' fuq li wkoll tista' tgħaddi ħafna żmien mingħajr ilma.

Il-geparda tas-Saħara (Acinonyx jubatus hecki) tgħix fl-Algerija, Togo, in-Niġer, Mali, Benin, u Burkina Faso. Baqa' inqas 250 geparda adulta, li huma kawti u jaħarbu kull preżenza tal-bniedem. Il-geparda tevita x-xemx minn April sa Ottubru u tisken taħt l-arbuxxelli bħall-balaniti u l-akaċji. Is-soltu jkunu ta' kulur ċar.[6]

Lag tal-oażi tal-Awbari bil-ħaxix indiġenu u l-palm tat-tamal

Fost l-annimali l-oħra hemm il-varanidi, l-iraċi, is-sriep Cerastes, u numru żgħir ta' likawuni (Lycaon pictus) forsi f'14-il pajjiż biss[7] u n-nagħam.

Jgħixu annimali oħra fis-Saħara (għasafar l-iżjed) bħal-lonkura tal-munqar fiddi (Lonchura cantans) u l-gardell ta' wiċċu iswed (Lagonosticta larvata), fost l-oħrajn. Hemm ukoll kukkudrilli tad-deżert żgħar (Crocodylus suchus) fil-Mawritanja u fix-xagħri għoljin ta' Ennedi ta' Ċad.[8]

Is-Saħara ċentrali hi stmata li fiha ħames mitt speċi ta' xtieli, li hu numru baxx għall-estent enormi tal-erja. Xtieli bħas-siġar tal-akaċja, palm, sukkulenti, arbuxxelli bix-xewk, u ħaxix adattaw ruħhom għall-kondizzjonijiet nixfin.

Bliet[immodifika | immodifika s-sors]

Minn xi erba' miljun ruħ li jgħixu fis-Saħara, il-parti l-kbira jgħixu fil-Mawritanja, Is-Saħara tal-Punent, l-Alġerija, il-Libja u l-Eġittu. Iż-żewġ gruppi dominanti huma is-Saħrawin u t-Twareg. L-ikbar belt hi Nouakchott, il-belt kapitali tal-Mawritanja. Il-bliet importanti l-oħra huma Tamanrasset fl-Alġerija, u Sebha u Ghat fil-Libja. Mis-Saħara kollha 200,000 km² biss huma oażi fertili. Fihom ikabbru t-tamal, qamħ u frott. Dawn il-ftit reġjuni għammiela jissaqqew minn xmajjar u għadajjar taħt l-art. Ħafna mill-oażi tas-Saħara jinstabu f'ħofor (art taħt il-livell tal-baħar) u l-ilma jitla' fil-wiċċ minn ġibjuni naturali taħt l-art; bjar arteżjani.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Noti u referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Għarbi: الصحراء الكبرى‎, aṣ-ṣaḥrā´ al-kubra, "L-ikbar Deżert"
  2. ^ L-Artiku mhuwiex massa tal-art.
  3. ^ [1]
  4. ^ a b ċ "Sahara - LookLex Encyclopaedia". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-09-16. Miġbur 2013-01-21.
  5. ^ Snow in the Sahara
  6. ^ [2]
  7. ^ Endangered in South Africa: Those Doggone Conservationists Brendan Borrell, [3], Slate, 2009
  8. ^ Desert-Adapted Crocs Found in Africa, National Geographic News, June 18, 2002