Iraċ

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Hyraxes
Firxa tal-fossili: Kmieni fl-Eocene sa Reċenti
Procavia capensis.jpg
Iraċ ta' Kap Procavia capensis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Paenungulata
Ordni: Hyracoidea
(Huxley, 1869)
Familja: Procaviidae
(Thomas, 1892)
Ġeneri

Iraċ jista' jkun 1 minn 4 speċi ta' mammiferi plaċentati, erbivori, pjutost żgħar u maqudin tal-ordni Hyracoidea. Dawn l-irakojdi llum il-ġurnat jinsabu mifruxin mal-kontinent Afrikan u fil-Lvant nofsani fl-Asja. Għalkemm fid-dehra ta' barra ta' l-iraċi moderni, m'hemm xejn ta' eċċezjonali, ta' minn jgħid li l-linjaġġ prestoriku ta' l-ordni kien wieħed rimarkabli u hemm possibilita kbira, li l-iraċi huma 'l aktar mammiferi estanti jew ħajjin li huma ġenetikament relatati fil-qrib ma' l-iljunfanti, u b'hekk klassifikati flimkien fil-koħort Afrotheria.

Deskrizjoni[editja]

L-Iraċi huma krejaturi kemxejn żgħar, b' 4 saqajn qosra, sufin mhux ħażin, pjutost maqudin fit-tond u b'denb żgħir bil-kemm jidher. Iraċ adult jikber bejn wieħed u ieħor il-qies ta' qattus domestiku bejn 30 u 70 ċentimetru twil, u jiżem minn 2 sa 5 kilogrammi.

Ġrajjiet Storiċi[editja]

Baħħara Feniċi tal-bidu kienu tfixxklu il-fniek tal-Penisula Iberika ma' iraċi (bil-Ludhi "Shaphan") u minn hemm bdiet tissejjħ "I-Shapan-im", li tfisser "l-art ta' l-iraċi", li saret latinizzata bħala "Hispania", l-għerq tal-kelma moderna u l-isem bl-iSpanjol ta' Spanja "Espana" u b' hekk l-isem bill-Malti ukoll li huwa Spanja.

Fil-Bibja, speċjalment fit-traduzjonijiet tal-bidu, l-kelma "fenek" kienet użata ħafna drabi minflok il-kelma "iraċ", dan minn ħabba li l-Ewropej ta' dak iż-żmien ma' kellhom 'l ebda tagħrif dwar l-eżistenza ta' l-iraċ (ara "Shaphan" f' "Strong's Concordance" u b' hekk ma kienx hemm kelma jew isem biex jindirizza jew jiddentifika dan il-mammiferu. Minn barra dan, hemm referenzi fit-Testment il-Qadim li jirreferu għall-iraċ (ara Lev 11:4-8; Deut 14:7; Ps 104:18; Prov 30:26), u jidher li hemm żbal fl-identifikazzjoni, għax jindirzzaw l-iraċi u l-fniek bħala mammiferi ruminanti (ara Kummentarju fuq Lev. 11:5,6 minn Robert Jamieson.

Iraċi Prestoriċi[editja]

L-Iraċi moderni huma kollha membri tal-Familja Procaviidae (l-unika familja b' rappreżentanti estanti jew ħajjin fl-ordni Hyracoidea llum il-ġurnata) u jinsabu kollha fl-Afrika u fil-Lvant nofsani. Madankollu, fil-passat l-iraċi kienu ħafn' aktar varji u mifruxa. L-ordni jidher għal-ewwel darba bħala fossilu madwar 40 miljun sena ilu u għal ħafna miljuni ta' snin l-Iraċi kienu l-erbivori ta' l-art primarji fl-Afrika, fl-istess niċċa ekoloġika li kienu fhija l-ungulati tas-swaba farada fl-Ameriki. Dak iż-żmien kien hemm ħafna speċi differenti ta' Iraċi, l-akbar fosthom kien daqs ors bil-piż ta' żiemel żgħir u l-iżgħar ma kienx akbar minn ġurdien.

Madankollu, matul il-Mijoċen, kompetizjoni ħarxa mill-[[bovidi] (grupp ta' mammiferi li kienu għadhom ħerġin minn żvilupp evolutiv), li kienu erbivori addattati aħjar u ferm aktar effiċenti, tefgħu l-barra l-Iraċi mit-territorju primarju, u spiċċaw f' niċeċċ marginali. L-ordni Hyracoidea xorta waħda baqa mifrux sew u ta' suċċess sat-tmiem il-Plijoċen (madwar 2 miljuni ta' snin ilu), b' rappreżentanti mifruxa mal-biċċa l-kbira tal-kontinenti ta' l-Afrika, l-Ewropa u l-Asja.

Id-daqs kbir ta' l-Iraċi prestoriċi jgħina napprezzaw il-fatt li l-Iraċi moderni huma possibilment l-eqreb relativ ħaj tal-iljunfanti. Id-dixxendenti ta' l-irakojdi ġganti evolvew f' ħafna direzjonijiet. Uħud minnhom ċkienu u saru l-familja moderna Procaviidae ta' l-Iraċi ta' llum. Oħrajn jidher li qabdu t-triq għal ilma (bħal kapibara) li sa f' laħħar saru l-ordni Proboscidea (l-iljunfanti) u jista jkun ukoll l-ordni Sirenia (il-baqar tal-baħar).

Evidenzi tad-DNA jissapportjaw din it-tejorija u minn barra hekk l-Iraċi moderni għalkemm żgħar jaqsmu numru kbir ta' fattizzi ma' l-iljunfanti, bħad-dwiefer tas-swaba, smiegħ eċċellenti, ġilda sensittiva fil-qiegħ tas-saqajn, iz-zanni (in-nejbiet li jsiru snin kbar speċjalizzati), memorja tajba, funzjoni ċelebrali għolja meta mqabla ma' mammiferi simili u l-forma ta' uħud mill-għadam. Hemm ħjiel ukoll li mil-ewwel Iraċi segħta evolva ukoll il-klad tal-Glires (ir-rodituri u l-lagomorfi).

Gallarija[editja]

L-Iraċi llum[editja]

L-Iraċi moderni ta' llum il-ġurnata, żammu numru ta' karatteristiċi tal-mammiferi primitivi. Partikolarita interessanti hija ir-regolazjoni tat-temperatura interna ftit li xejn żviluppata, li l-Iraċi jsolvu billi jitgezzu flimkien jew joqogħdu fix-xemx bħar-rettili. Għal kuntrarju tal-mammiferi li jgħiru, l-Iraċi m' għandhomx snin inċisivi żviluppati sew fuq quddiem, b' mod li jkunu jisgħtu jaqgħtu l-ħaxix u l-weraq faċilment u b' hekk ikollhom jużaw is-snin fil-ġenb tal-ħalq minflok. Għal kuntrarju ta' ħafna mill-ungulati tas-swaba żewġ u uħud mil-makropodi, l-Iraċi ma jergux jomodu il-kad ("cud" huwa ikel li jkun diġa parzjalment diġestit) biex joħorġu n-nutrijenti u jieħdu dak kollu possibli f' sens nutrizjonali, mil-weraq u l-ħxix ta' kwalita inferjuri, biss ta' minn wieħed jgħid ukoll, li l-iraċi għandhom stonku kumpless maqsum f' kavitajiet fejn jiġi diġestit l-ikel b' bakterja simbjotika u l-abilita biex jidiġestjaw il-fibra tal-pjanti hija simili għal dik ta' l-ungulati.

Ix-xjentisti reċentement naqqsu n-numru ta' l-ispeċi distinti ta' l-iraċi rikonoxxuti, minn 11-il-speċi, aċċettati sa l-1995 għal 4 speċi. Il-bqijja ġew rikonoxxuti bħala sottospeċi ta' dawn l-4 speċi. Infatti, b' kollox hemm il fuq minn 50 speċi u sottospeċi rikonoxxuti u ħafna minnhom huma kkunsidrati f' periklu kbir ta' estinzjoni.

Klassifikazjoni[editja]

Hemm dibattitu jaħraq għadej bejn il-mammoloġisti dwar kemm huma fin-numru l-ispeċi ta' iraċi. Bħalissa fil-biċċa l-kbira tal-klassifikazjonijiet qegħdin jiġu imniżżla 4 speċi, iżda din hija waħda temporanja, għaliex hemm pressjoni kbira minn ħafna xjentisti biex tinġabar aktar informazjoni u materjal biex issiru aktar testijiet ġenetiċi.

Klassifikazjoni skond "Mammal Species of the World ta' Wilson D.E. u Reeder D.M." 3 edizjoni:

Klassifikazjoni skond "Walker's Mammals of the World ta' Nowak, R. M." 6 edizjoni:

Klassifikazjoni alternattiva sa l-1995:

Referenzi[editja]

Link Esterni[editja]