Proboscidea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Proboscidea
Iljunfant Afrikan tas-savana, Loxodonta africana
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Afrotheria
Ordni: Proboscidea
Illiger, 1811

Proboscidea hija ordni ta' mammiferi planċentati, eżattament l-iljunfanti, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria, u fil-Klad Paenungulata.

Din l-ordni tikkonsisti minn 8 familji, Numidotheriidae (estinta), Moeritheriidae (estinta), Barytheriidae (estinta), Deinotheriidae (estinta), Mammutidae (estinta), Gomphotheriidae (estinta), Stegodontidae (estinta), u Elephantidae. Minn bosta ġeneri li għandha l-ordni Proboscidea, illum fadal tnejn biss rappreżentati bi speċi ħajjin u dawn huma il-ġeneru Elephas (bi speċi waħda) u l-ġeneru Loxodonta (b'żewġ speċi).

Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, il-Hyracoidea u s-Sirenia, jiffurmaw il-Klad Paenungulata u dan tal-aħħar flimkien mal-Klad Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria.

Lista tal-ispeċi tal-ordni Proboscidea[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]