Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Kroazja
L-Emblema ta' l-Assoċċazzjoni
Assoċċazzjoni Hrvatski nogometni savez
Konfederazzjoni UEFA, (Ewropa)
Kowċ Slaven Bilić
Captain Niko Kovač
L-Aktar Dehriet Dario Šimić (91)
L-Aktar Gowls Davor Šuker (45)
Grawnd Nazzjonali Maksimir Stadium
L-Ewwel Internazzjonali Kroazja 2 - 1 Stati Uniti
(Żagreb, Kroazja; 17 ta' Ottubru, 1990)
L-Ikbar Rebħiet Kroazja 7 - 0 Awstralja
(Żagreb, Kroazja; 6 ta' Ġunju, 1994)

Kroazja 7 - 0 Andorra
(Żagreb, Kroazja; 7 t'Ottubru, 2006)

L-Ikbar Telfa Slovakkja 4 - 1 Kroazja
(Bratislava, Kroazja; 20 t'April, 1994)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tal- Kroazja u hu mmexxi mill-Croatian Football Federation. It-tim ilu jeżisti mill-1990 u kien rikonixxut mill-FIFA u l-UEFA fis-sajf ta' l-1992, sena wara li l-Kroazja kisbet l-Indipendenza mill-Jugoslavja.

It-tim lagħab l-ewwel logħob kompettiv fil-Kampjonati Ewropej 1996 u kkwalfikaw għall-finali biex b'hekk għamlu l-ewwel apparenza f'kampjonat internazzjonali. Huma kienu tim qawwi fil-futbol internazzjonali, meta spiċċaw it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1998, b'golden goal ta' Davor Šuker. Huma rnexxielhom jgħaddu għal kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta daħlu bħala nazzjon indipendenti.

Fir-rankings tal-FIFA, it-tim kien wasal sat-tielet post u anki żar pożizzjonijiet mhux daqshekk tajbin bħal 125 post. Huma għadhom ma tilfux logħob kompetittiv ġewwa darhom mill-1994. Huma kkwalfikaw għat-Tazza tad-Dinja 2002 u 2006 mingħajr ma jitilfu logħba mill-kwalifikazzjoni.

Il-futbol beda jintlagħab fil-Kroazja mill-bidu tas-seklu għoxrin, imma qabel id-90ijiet il-pajjiż ma kienx indipendenti. Qabel l-indipendeza, il-plejers mill-Kroazja kienu jagħmlu parti mir-Renju tal-Jugoslavja (1919-39), mill-Banovina tal-Kroazja (1939-41), mill-Istat Indipendenti tal-Kroazja (1941-45) u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja (1945-90).

Minħabba ċirkustanzi ta' politika fir-Renju tal-Jugoslavja ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, timijiet sportivi Kroati kellhom il-jedd li jirrapreżentaw lil pajjiżhom taħt il-bandiera Kroata. Għalhekk l-ewwel logħba internazzjonali tista tiġi kkunsidrata r-rebħa ta' 4-0 kontra l-Isvizzera f'Żagreb fit-2 ta' April 1940.

L-Iskwadra tal-Kroazja

[immodifika | immodifika s-sors]

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1930 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Jugożlavja
  • 1994 - Ma ħaditx sehem, ma kinitx parti mill-FIFA sa Lulju 1992
  • 1998 - Tielet Post
  • 2002 - L-Ewwel Rawnd (It-tielet post fi grupp Ġ)'
  • 2006 - L-Ewwel Rawnd (It-tielet post fi grupp F)
  • 1960 sa l-1992 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Jugożlavja
  • 1996 - Kwarti tal-Finali
  • 2000 - Ma kkwalifikatx
  • 2004 - L-Ewwel Rawnd

Plejers famużi mill-passat

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Aljoša Asanović
  • Slaven Bilić
  • Zvonimir Boban
  • Alen Bokšić
  • Robert Jarni
  • Dražen Ladić
  • Robert Prosinečki
  • Dado Pršo
  • Zvonimir Soldo
  • Mario Stanić
  • Igor Štimac
  • Goran Vlaović
  • Davor Šuker