KRC Genk
Isem sħiħ | Koninklijke Racing Club Genk | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra | Blauw-Zwart (Blu u Suwed) | |||
Fundazzjoni | 1988 (tgħaqqdu)(KFC Winterslag 1923) | |||
Grawnd | Cristal Arena, Genk | |||
Kowċ | Thorsten Fink (mul) | |||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Koninklijke Racing Club Genk huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Genk f'Limburgu. Racing Genk jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana u huma rebħu 3 titli nazzjonali Belġjani fl-istaġuni 1998–99, 2001–02 u 2010–11 kif ukoll rebħu 3 Tazzi Belġjani, l-aktar reċentement fl-istaġun 2008–09. Huma kwalifikaw għall-fażi tal-gruppo tal-UEFA Champions League, wara li għelbu lil Maccabi Haifa. Huma għamlu dan fl-istaġun 2002–03, u spiċċaw ir-4 fil-grupp tagħhom b'4 punti.
Il-klabb twaqqaf fl-1988 mill-għaqda ta' Waterschei Thor ma KFC Winterslag, li b'hekk ħadu f'idejhom in-numru tal-matricule. Dan kien wieħed mill-aktar klabbs suċċessivi fil-Belġju fl-aħħar tad-1990ijiet u għalhekk huma regolarment kien jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Il-klabb beda jilgħab fl-ewwel diviżjoni mill-1996–97. Huma jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Cristal Arena. Il-kuluri tradizzjonali tagħhom huwa blu u abjad.
Fil-mument Genk huwa bil-wisq wieħed mill-aktar klabbs probabbilment sinjuri fil-Belġju. Fl-2012 huma kienu għamlu profitt xokkanti ta' €28 miljun wara li pparteċipaw fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, u l-bejgħ tal-plejers bħal Thibaut Courtois u Kevin De Bruyne għal Chelsea (10 miljun trasferiment ta' Christian Benteke għal Aston Villa mhux inkluż). Il-profitt kollu se jiġi nvestit direttament fil-klabb: investimenti fl-istadju, fl-akkomodazzjoni taż-żgħażagħ u fit-trasferimenti li jidħlu.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]KFC Winterslag (1923–88)
[immodifika | immodifika s-sors]Il-klabb FC Winterslag kien fondat fl-1923 u ngħata in-numru 322 tal-matricule. Fil-35 anniversarju, il-klabb żied il-prefiss Rjali Koninklijke fl-isem tagħhom li sar KFC Winterslag. Fl-istaġun 1972–73 Winterslag laħqu t-tieni diviżjoni u eventwalment kwalifikaw għall-Ewwel Diviżjoni Maltija 1974–75 wara li spiċċaw it-tieni fir-rawnd finali tat-tieni diviżjoni. Huma kienu ħadu vantaġġ miż-żieda fin-numru ta' klabbs tal-ewwel diviżjoni (minn 16 għal 20). Il-klabb spiċċa l-istaġun fl-aħħar post, iżda rebaħ it-tieni diviżjoni dritt wara.
KFC Winterslag laħqu l-5 post fl-1981 iżda żewġ staġuni aktar tard kienu relegati għat-tieni fażi wara l-aħħar post diżappuntanti. F'dak l-istaġun Standard Liège rebħu l-kampjonat fuq tixħim fil-logħba kontra l-klabb ta' Waterschei Thor li eventwalment jingħaqdu man-numru 322 tal-matricule. Wara l-espliċita ta' erba' staġuni fit-tieni diviżjoni, Winterslag sabu posthom darb'oħra fl-ewwel diviżjoni minħabba li rebħu ir-rawnd finali fl-1987, punt 'il quddiem fuq Tongeren. Il-klabb spiċċaw fil-15-il post minn 18 iżda fl-aħħar tal-istaġun, il-klabb ingħaqad mal-klabb ġar ta' Waterschei Thor li kien jilagħbu fit-tieni diviżjoni minħabba li sfaw relegati fl-1986.
K Waterschei SV Thor Genk
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: K. Waterschei SV Thor Genk.
K Waterschei SV Thor Genk kien twaqqaf fl-1919 bħala Waterschei's Sport Vereeniging Thor, Thor hija l-akronimu ta' Tot Herstel Onzer Rechten (Malti:Biex nirkupraw id-drittijiet tagħna). Huma rċevew in-numru 533 tal-matricule. Il-klabb gawda l-espliċita fl-ewwel diviżjoni fl-aħħar tal-1950ijiet sal-bidu tas-1960ijiet u għal darb'oħra mill-1978 sal-1986. Wara żewġ staġuni fit-tieni diviżjoni, K. Waterschei SV Thor Genk ingħaqdu ma KFC Winterslag biex jiffurmaw KRC Genk.
Matul l-istaġun 1982–83, il-logħba bejn Standard Liège-Waterschei kienet ġiet ffissa u Standard eventwalment rebħu l-kampjonat. Waterschei rebħu t-Tazza Belġjana darb (fl-1980 u l-1982). Pjuttost notevolment, l-aħħar rebħa waslet għal Waterschei billi laħqu s-semi-finali tal-European Cup Winners Cup fl-istaġun 1982–83. Wara li għelbu lil Paris Saint-Germain fil-kwarti tal-finali, Waterschei tilfu l-ewwel leg tas-semi-finali 5–1 fl-Istadju Pittodrie, id-dar tar-rebbieħa eventwali, Aberdeen FC. Iżda huma rebħu 1–0 ġewwa Waterschei, il-korteżija ta' Eddy Voordeckers, ma setgħetx tbiddel il-pożizzjoni. Huma mbagħad ingħaqdu ma Winterslag fl-1988 biex jiffurmaw il-klabb kurrenti.
1988–preżent
[immodifika | immodifika s-sors]Il-klabb il-ġdid kien imsemmi KRC Genk kif inżamm mill-klassifika tal-Winterslag, Huma bdew jilgħabu fl-ewwel diviżjoni imma spiċċaw l-aħħar. Fis-sena ta' wara Genk irnexxielhom jirbħu l-fażi finali tat-tieni diviżjoni u mbagħad kellhom 4 staġuni fl-ewwel diviżjoni. Fl-1995 il-klabb impjega lil Aimé Anthuenis bħala kowċ u Racing spiċċaw it-tieni u qabżu l-fażi finali minħabba li żewġ timijiet ġodda tal-ewwel diviżjoni ngħaqdu (Seraing u Standard Liège). Wara t-tmien post fl-1997, il-klabb kellu l-istaġun 1997–98 brillanti b'rebħa tat-tazza nazzjonali u t-tieni post fil-kampjonat. Fl-ewwel staġun Ewropew tagħhom, Racing Genk eliminaw suċċessivament lil Apolonia Fier u MSV Duisburg iżda huma tilfu kontra RCD Mallorca fir-rawnd tal-aħħar 16 wara żewġ dros (1–1 bl-aggregat) fl-aħħar staġun tal-Cup Winners' Cup. L-istaġun kien tajjeb ukoll, Genk rebħu l-ewwel kampjonat Belġjan tagħhom f'Mejju, bil-kowċ Aimé Anthuenis meta wara mar ma Anderlecht.
Genk lagħbu fil-UEFA Champions League fl-1999–2000 iżda tilfu fit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni kontra NK Maribor. L-istaġun kien salvat milli jirbħu it-Tazza Belġjana mill-ġdid, din id-darba Standard, imma Genk intemmu l-kampjonat fil-9 post. Huwa lest il-11-il post fl-istaġun ta' wara u tilfu it-tieni rawnd tal-UEFA Cup kontra Werder Bremen wara rebħa kontra FC Zürich. Wara din l-espliċita fqira, Genk irnexxielhom jirbħu l-kampjonat għal darb'oħra fl-istaġun 2001–02. Fl-istaġun 2002–03, huma laħqu l-fażi tal-gruppi taċ-Champions League għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Għalkemm dawn ġew l-aħħar, huma mpressjonaw lil-partitarju tagħhom f'parità kontra Real Madrid, AS Roma u AEK Athens.
Fl-istaġun 2006–07, Genk spiċċaw it-tieni ma Anderlecht. Genk kienu qabilhom kważi l-istaġun kollu iżda kienu maqbuża fl-aħħar fażi minn Anderlecht wara li tilfu kontra Germinal Beerschot. L-istaġun 2007–08 kien diżastru, fejn Genk lanqas irnexxilhom jintemmu mal-ewwel nofs fid-diviżjoni, huma spiċċaw fl-għaxar post diżappuntanti.
Tliet staġuni ħżiena kienu segwiti. Genk spiċċaw l-istaġun 2007–08 l-għaxar post b'45 punti fil-kampjonat: l-agħar riżultat f'7 snin. L-istaġun 2008–09 kien ħażin għal Genk kif ukoll spiċċaw it-8 post fil-kampjonat domestiku. L-istaġun ntemm fuq nota pożittiva billi rebħu t-Tazza Belġjana, b'hekk kisbu biljett għar-raba rawnd ta' kwalifikazzjoni fl-Europa League. Fl-istaġun 2009–10 beda ħażin għal Genk meta kienu eliminati mill-Europa League minn OSC Lille. L-affarijiet ma marrux tajjeb fil-kampjonat domestiku. Il-kowċ Hein Vanhaezebrouck kien imkeċ f'Diċembru u kellu jiġi mibdul minn Frank Vercauteren. Genk spiċċaw il-11-il post, iżda Vercauteren irnexxielhu jwassal il-klabb għall-futbol Ewropew billi rebħu lir-rivali Sint-Truidense VV fil-finali tal-play offs.
L-istaġun 2010–11 beda tajjeb għal KRC Genk meta għelbu lil Inter Turku bl-iskor ta' 1–5 fil-Finlandja. Huma pprogressaw mir-4 rawnd ta' kwalifikazzjoni u ġew mal-klabb Portugiż FC Porto. Genk tilfu ż-żewġ logħbiet, minkejja li kellhom żewġ prestazzjonijiet tajbin.
Fit-30 ta' Jannar 2010 KRC Genk ħabru li l-kowċ Frank Vercauteren iffirma kuntratt ġdid li jdum sa Ġunju 2013.
Huma tilfu l-ewwel logħba biss tal-istaġun fl-20 ġimgħa u bdew il-play-offs fit-tieni post. Il-klabb rebaħ l-Ewwel Diviżjoni Belġjana 2010–11 wara li ġew dro 1–1 mal-isfidanti tat-titolu Standard Liége.[1] Dan kien it-tielet kampjonat ta' KRC Genk fl-eżistenza tagħhom u partitarji ċċelebraw bl-invażjoni dritta lejn il-grawnd wara li l-logħba ntemmet.
KRC Genk bdew l-istaġun 2011–2012 bir-rebħua tas-Supercup kontra r-rebbieħa tat-tazza nazzjonali Standard Liège. Fil-11 ta' Awwissu, il-kowċ Frank Vercauteren ikkonferma li se jitlaq lil Genk u ffirma ma' klabb mill-Abu Dhabi Al Jazira FC. Fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League 2011–2012 KRC Genk għelbu lil FK Partizan fiż-żewġ legs u ġew ma Maccabi Haifa fir-rawnd tal-play-Off. Maccabi Haifa FC għelbu lil Genk 2–1 f'Iżrael, filwaqt li t-tieni leg intrebaħ minn Genk bl-istess punteġġ ta' 2-1 fil-Belġju. Matul l-għoti tal-penaltis, il-gowler László Köteles għen lil Genk billi salva żewġ penaltis.[2] Għat-tieni darba fl-istorja tagħhom, KRC Genk laħqu l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Huma kienu mfassla fi Grupp E ma Chelsea FC, Valencia CF u Bayer 04 Leverkusen.
Tard f'Awwissu 2011, Mario Been tħabbar bħala kowċ ġdid. Il-kampanja taċ-Champions League kienet moderata. Genk irnexxielhom jiksbu dro ta' 1-1 kontra Chelsea FC, Bayer 04 Leverkusen u dro mingħajr gowls kontra Valencia CF. Iżda meta lagħbu barra minn darhom Genk tilfu l-logħbiet kollha. L-istaġun fil-Jupiler League kien wieħed diffiċli, fejn Genk kkwalifikaw biss għall-play-offs minn irfinar fis-6 post fil-kompetizzjoni regolari. Madankollu, Genk bdew jilagħbu aħjar u telgħu għat-tielet post. Mill-irfinar fit-tielet post, KRC Genk kwalifikaw għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-Europa League.
L-istaġun 2012-2013 beda brillanti għal Genk billi kkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-Europa League wara li għelbu lil FC Aktobe u FC Luzern. Fil-fażi tal-gruppi KRC Genk wettgħu tajjeb ħafna u finalment rebħu l-grupp mingħajr telfa waħda. Genk spiċċaw l-ewwel bi tliet punti aktar minn FC Basel u permezz t'hekk, kwalifikaw għall-fażi ta' wara fejn dawn affaċċjaw lil Vfb Stuttgart. Tkun l-ewwel darba li fl-istorja tal-klabb huma lagħbu fil-futbol Ewropew wara l-Milied.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Ewwel Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (3): 1998–99, 2001–02, 2010–11
- Runners-up (2): 1997–98, 2006–07
- It-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (1): 1975–76
- Runners-up (2): 1986–87, 1995–96
- Rawnd finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (2): 1987, 1990
- Runners-up (1): 1974
- Tazza Belġjana:
- Rebbieħa (4): 1997–98, 1999–00, 2008–09, 2012–13
- Supercup Belġjana:
- Rebbieħa (1): 2011
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
[immodifika | immodifika s-sors]- Mill-24 ta' Awwissu 2011.
Kompetizzjoni | A | L | R | P | T | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|---|
UEFA Champions League | 4 | 14 | 4 | 5 | 5 | 15 | 23 |
Cup Winners' Cup | 1 | 6 | 3 | 3 | 0 | 16 | 3 |
UEFA Cup | 2 | 9 | 4 | 2 | 3 | 15 | 15 |
UEFA Europa League | 3 | 18 | 8 | 4 | 6 | 30 | 27 |
Intertoto Cup | 2 | 10 | 6 | 1 | 3 | 22 | 13 |
Logħob
[immodifika | immodifika s-sors]- K = rawnd tal-kwalifikazzjoni
- R = rawnd
- Grupp = fażi tal-gruppi / Grupp 1 = l-ewwel fażi tal-grupp / Grupp 2 = it-tieni fażi tal-grupp
- 1/8 = l-aħħar tminja / 1/4 = kwarti tal-finali / 1/2 = semi-finali
- F = finali
- PKU = punti tal-koeffiċjent tal-UEFA
- PO = Play-Offs
Sommarju tal-aħjar riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-kwarti tal-finali l'quddiem:-:
- - semi-finalisti fl-2004
Kowċis
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Genk pip Standard to Belgian title by Berend Scholten on UEFA.com
- ^ UEFA, ed. (23 ta' Awwissu 2011). "Köteles shines as Genk defeat Haifa on penalties". Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': KRC Genk |
- (EN) (NL) Sit Uffiċjali
- KRC Genk fuq EUFO.DE
- KRC Genk fuq Weltfussball.de
- KRC Genk fuq Transfermarkt.de
- KRC Genk fuq Football Squads.co.uk
- KRC Genk fuq National Football Teams.com
- KRC Genk fuq Football Lineups.com
- (EN) RC Genk XtraTime Fanpage
- (DE) THOR WATERSCHEI Football-Blog