Tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino
| Laqam | La Serenissima | ||
|---|---|---|---|
| Assoċjazzjoni | Federazione Sammarinese Gioco Calcio | ||
| Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
| Kowċ | |||
| Asst. kowċ | |||
| Kaptan | Andy Selva | ||
| L-aktar preżenzi | Damiano Vannucci (58) | ||
| L-aktar gowls | Andy Selva (8) | ||
| Stadju | Stadio Olimpic | ||
| Kodiċi tal-FIFA | SMR | ||
| Klassifika tal-FIFA | |||
|
|
|||
| Debutt internazzjonali | |||
(Serravalle, San Marino; 14 ta' Novembru 1990) |
|||
| L-ikbar rebħa | |||
(Serravalle, San Marino; 28 ta' April 2004) |
|||
| L-ikbar telfa | |||
(Serravalle, San Marino; 6 ta' Settembru 2006) |
|||
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino huwa r-rappreżentazzjoni tal-futbol ta' San Marino, ikkontrollat mill-Federazione Sammarinese Gioco Calcio.
Minħabba d-dimensjonijiet u l-popolazzjoni żgħira tal-pajjiż, fejn huwa l-iżgħar pajjiż tal-UEFA, San Marino huwa wieħed mill-ifqar timijiet nazzjonali kemm teknikament kif ukoll f'termini ta' riżultati fl-Ewropa kif ukoll tad-dinja. Wara tnaqqis stabbli li beda fl-1994, it-tim nazzjonali spiċċa fil-qiegħ tal-klassifika tal-FIFA, fejn attwalment jinsab jaqsam il-203 post mingħajr ebda punt.
L-ewwel logħba uffiċjali li ntlagħbet minn tim minn San Marino kienet telfa ta' 4–0 kontra l-Iżvizzera, valida għall-Kampjonati Ewropej 1990. Preċedentament fl-1986, San Marino kien tilef 1–0 f'logħba ta' ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Olimpiku tal-Kanada, minkejja li din ma kinitix ikkunsidrata bħala logħba uffiċjali. Minn mindu għamlu d-debutt kompetittiv tagħhom, San Marino ħa sehem f'kull fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej u t-Tazza tad-Dinja, imma għadu qatt ma rebaħ logħba. L-unika rebħa fl-istorja waslet kontra l-Liechtenstein bl-iskor ta' 1–0, f'logħba ta' ħbiberija li ntlagħbet fit-28 ta' April 2004.
Werrej |
Storja [editja]
Minkejja li l-Federazzjoni tal-Futbol ta' San Marino ġie fundat fl-1931, il-federazzjoni ma kinitx stabillixxiet ruħha bħala tim nazzjoni sa l-1986, meta tim irrappreżenta l-federazzjoni kontra it-tim tal-Kanada ta' l-Olimpjadi f'kampjonat mhux uffiċċjali. San Marino ngħaqad mal-UEFA u l-FIFA fl-1988, fejn b'hekk seta' jibda' jipparteċipa fil-komepetizzjonijiet il-kbar. Qabel dan li ġara, plejers minn Sammarinese kienu kkunsidrati bħala plejers Taljani.
L-ewwel logħba internazzjonali ta' San Marino kienet kontra l-Isvizzera fl-14 ta' Novembru 1990 fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' l-1992 (Euro 1992). San Marino tilfu 4-0, u tilfu wkoll it-tmien partiti l-oħra. Fil-fatt dan it-tim bata' biex jikseb riżultati tajbin barra minnd darhom fejn kważi f'kull logħba laqqat erba' gowls. San Marino skorja gowl wieħed, penalty fit-telfa ta' 3-1 kontra r-Rumanija, u laqqat total ta' 33 gowl.
Fl-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni, għal San Marino, għat-Tazza tad-Dinja huma kienu ġew fil-grupp kontra l-Ingilterra, l-Olanda, in-Norveġja, il-Polonja u t-Turkija. Fil-logħba tal-ftuħ kontra n-Norveġja huma tilfu 10-0. Il-partita ta' wara provdiet inqas gowls hekk kif in-Norveġiżi rebħu 2-0. It-telfa ta' 4-1 kontra t-Turkija tathom l-ewwel gowl fi-Tazza tad-Dinja, u l-pari ta' 0-0 fil-partita ta' ritorn tathom l-ewwel punt. Fl-aħħar logħba kontra l-Ingilterra, San Marino kisbu r-rekord ta' l-aktar gowl kmieni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. Davide Gualtieri skorja l-gowl wara biss 8.3 sekondi wara passaġġ ħażin ta' Stuart Pearce. Il-partita spiċċat b'rebħa għall-Ingliżi, 7-1. San Marino spiċċaw il-kampanja b'punt wieħed u total ta' 44 gowls li laqqtu.
San Marino rebħu s'issa logħba waħda internazzjonali; 1-0 kontra Liechtenstein f'logħba ta' ħbiberija fl-2004. Andy Selva skorja l-gowl rebbieħ. L-agħar telfa li ġarrab dan it-tim kienet it-telfa ta' 13-0 kontra l-Ġermanja fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008, fis-6 ta' Settembru 2006.
Grawnd [editja]
San Marino jilgħab il-logħob f'daru fil-grawnd "Stadio Olimpico", grawnd li jinsab f'Serravalle u għandu kapaċità ta' 5,387. San Marino lagħab ukoll żewġ partiti ta' daru barra minn daru. Dan kien fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, kontra l-Ingilterra u l-Olanda fl-1993, meta huma lagħbu fi "Stadio Renato Dall'Ara" f'Bologna.
Reputazzjoni Żgħira [editja]
Ir-rekord ta' San Marino jagħtihom reputazzjoni żgħira fil-futbol mondjali. Din ir-repubblika għadha ma rebħitx logħba kompetittiva, bl-unika rebħa tkun il-logħba ta' ħbiberija kontra Liechtenstein fejn kienet spiċċat 1-0. Bl-iżgħar popolazzoni fil-pajjiżi tal-UEFA, ma tantx hemm minn fejn jintagħżlu plejers. Il-plejers huma il-biċċa l-kbira dilettanti, bi plejers bħal Andy Selva u Aldo Simoncini li huma professjonali. It-telfa ta' 13-0 kontra l-Ġermanja kien rekord fil-Kampjonati Ewropej u huma laqqtu għaxar gowls oħra f'żewġ okkażjonijiet oħra.
Skwadra attwali [editja]
L-iskwadra magħżula għal-logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Iżvezja fis-6 ta' Settembru 2011.
Preżenzi u gowls aġġornati sas-6 ta' Settembru 2011
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Rekord kompetittiv [editja]
Tazza tad-Dinja [editja]
- 1930 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem
- 1994 sa l-2010 - Ma kkwalifikatx
Kampjonati Ewropej [editja]
- 1960 sa l-1988 - Ma ħaditx sehem
- 1992 sa l-2012 - Ma kkwalifikatx
Riżultanti Importanti [editja]
- 16 ta' Settembru 1987 -
Lebanon 0 - 0 San Marino
(Logħob Mediterranju)
- 10 ta' Marzu 1993 -
Turkija 0 - 0 San Marino
(Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)
- 25 ta' April 2001 -
Latvja 1 - 1 San Marino
(Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)
- 20 ta' Awwissu 2003 -
Liechtenstein 2 - 2 San Marino
(Logħba ta' Ħbiberija)
- 28 ta' April 2004 -
Liechtenstein 0 - 1 San Marino
(Logħba ta' Ħbiberija)
Ħoloq esterni [editja]
- Sit uffiċjali
- Arkivju tar-riżultati internazzjonali mill-1986 fuq RSSSF
- Arkivju tad-dehriet u l-gowls fuq RSSSF
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||