Aqbeż għall-kontentut

Ir-Rabat (Malta)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Rabat (Malta))
Ir-Rabat (Malta)
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaWestern Region (Punent) (en) Translate
Ġeografija
Koordinati 35°52′54″N 14°23′56″E / 35.8817°N 14.3989°E / 35.8817; 14.3989Koordinati: 35°52′54″N 14°23′56″E / 35.8817°N 14.3989°E / 35.8817; 14.3989
Ir-Rabat (Malta) is located in Malta
Ir-Rabat (Malta)
Ir-Rabat (Malta)
Ir-Rabat (Malta) (Malta)
Superfiċjenti 26.6 kilometru kwadru
Demografija
Popolazzjoni 11,497 abitanti (31 Marzu 2014)
rabat.lc.gov.mt

Introduzzjoni Storika

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-Rabat [ɪrˈrɐbɐt] huwa wieħed mill-aktar lokalitajiet storiċi ta' importanza f'Malta. Fi żmien ir-Rumani, hawn kien jagħmel parti mill-belt kapitali ta' Malta, Melita, li kienet tinkludi l-Imdina. Fi żmien ir-Rumani is-swar tal-belt kienu jaslu sa ħdejn, fejn illum hemm il-knisja tal-parroċċa tar-Rabat, iddedikata lil San Pawl. Fl-istess żmien, barra s-swar tħaffru bosta katakombi. Taħt bosta mit-toroq tar-Rabat hemm mħaffra numru kbir ta' katakombi kif ukoll partijiet mis-swar li xi darba kienu jduru mal-belt kapitali, Melita. Biż-żmien, ir-Rabat spiċċa qiesu s-subborg tal-Imdina, jew aħjar estensjoni 'l barra mill-belt difiża mis-swar. F'dan iż-żmien Ruman, u Ruman Tardiv, bdew jitħaffru bosta katakombi li kollha kien barra s-swar. Fil-fatt,il-katakombi kollha jinsabu lil hinn mill-knisja parrokkjali ta' San Pawl. L-eqreb katakombi huma dawk li jagħmlu parti mill-Grotta ta' San Pawl.

Kien fi żmien l-Għarab li l-belt Melita, jiġifieri, l-Imdina u r-Rabat flimkien, ġiet imċekkna fl-istat li hi llum l-Imdina. Il-parti tar-Rabat spiċċat barra l-belt. Fi żmien il-medjuevu, lr-Rabat kien parzjalment urban u mdawra minn bosta naħat bl-għelieqi u kampanja. il-popolazzjoni tar-Rabat kienet kemxejn ikbar minn dik tal-Imdina. Fir-Reġistru tal-Militia (1417-1421) jidhru l-ismijiet ta' 226 raġel li kienu eliġibbli biex ikunu koskritti mad-Dejma. Dan jibbilanċja tajjeb man-numru ta' ismijiet li nġabru fl-Imdina, li kien bejn wieħed u ieħor ta' 200 ruħ. Matul is-seklu ħmistax, possibilment anki qabel, bdew jistabblixxu ruħhom diversi gruppi ta' patrijiet fil-kunventi tagħhom, fosthom dawk tal-Franġiskani konventwali, tal-Agostinjani, tad-Dumnikani u tal-Franġiskani Minuri. Dan minħabba li dawn il-komunitajiet reliġjużi kienu jħossuhom aktar siguri minħabba li kienu ftit 'il bogħod mill-Imdina, fejn f'każ ta' żbark mill-kursara kienu jistgħu jiġru kemm jifilħu għal ġewwa l-belt iddefenduta mis-swar. Raġuni oħra hi li l-madwar kien hemm fejn taħdem r-raba' u hekk setgħu ikabbru l-uċuħ għalihom infushom. It-tielet raġuni hi li minħabba li dawn il-patrijiet kienu mendikanti, kienu jinħtieġu anki jserħu rashom li xi ħaġa min-nies tar-Rabat u l-Imdina kienu ser idaħħlu biex jgħixu. Dan apparti li fil-każ tal-evanġelizazzjoni tal-poplu hawn kienet tinsab l-akbar parti mill-popolazzjoni.

Pożizzjoni

Ir-Rabat hi belt fir-reġjun tat-nofs ta’Malta, b’popolazzjoni ta’ 11,497 (Marzu 2014) ruħ. Ir-Rabat flimkien mal-Imdina jinsab fuq l-aktar parti għolja tal-gżejjer Maltin. Din il-belt tmiss min-naħa mal-Imdina waqt li fuq in-naħat l-oħra testendi naħa minnhom lejn Ħad-Dingli u l-Imtarfa u naħa oħra lejn il-Buskett u lejn bosta widien ta' madwar dik l-għolja. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat huwa wkoll l-amministratur tal-Baħrija. L-Imtarfa li kienet tagħmel mar-Rabat kellha l-Kunsill Lokali tagħha, f'Diċembru tal-1999, bl-Att XXI, emenda għall-Att tal-Kunsill Lokali tal-1993 (Att XV) sar amministrat separatament mill-Kunsill Lokali tiegħu. Fir-Rabat tinsab s-sede tan- Nunzjatura Appostolika tas-Santa Sede għar-Repubblika ta’Malta.

Postijiet ta’ Interess miftuħa għall-pubbliku

  • Il-Grotta ta’ San Pawl, (tagħmel mal-Kollġjata ta’ San Pawl). Dħul mill-Mużew Wignacourt
  • Il-Mużew tal-Parroċċa (Wignacourt)
  • Il-Katakombi ta’ San Pawl (Heritage Malta)
  • Il-Katakombi ta’ Sant’Agata, il-Kripta u l-Mużew (MSSP)
  • Il-Katakombi ta’ San Katald (jaqa' taħt il-Mużew Wignacourt)
  • Id-Domus Romana  (Heritage Malta)
  • Casa Bernard (Dar privata mżejna b’bosta għamara u pitturi, eċċ., li wieħed jista’ jżur b’appuntament)

Monasteri

  • Tal-Agostinjani
  • Tad-Dumnikani
  • Tal-Karmelitani  (Il-Lunzjata)
  • Tal-Franġiskani Minuri  
  • Tal-Franġiskani Konventwali

Knejjes

  • San Pawl  (Bażilika Kolleġjata - il-Parroċċa) u l-Oratorju San Pubbliju
  • San Franġisk (Franġiskani Konventwali)
  • Madonna ta’ Ġieżu (Franġiskani Minuri)
  • San Mark (Agostinjani)
  • Madonna tal-Għar (Dumnikani)
  • Sant’Agata
  • San Bastjan

Kappelli

  • San Bartilmew - Miftuħa u fiha s-Sagrament
  • San Katald - Miftuħa għal pubbliku bil-katakombi taħtha
  • Ta' Casha (Għeriexem)
  • Madonna tal-Virtu
  • Tas-Settifika
  • It-twelid ta' Ġesù (Ta' Xerri)

  • Postijiet oħra ta’ interess
  • Howard Gardens u s-Salib tad-Dejma
  • Monument tal-Gwerra u Monument ta' Pawlu Xuereb, kittieb u politiku
  • Chadwick Lakes / Wied Qlejjgħa
  • Niċċa ta’ San Pawl, (Is-Saqqajja)
  • It-Tribuna tal-Gran Mastru
  • Il-Każin tal-Banda L’Isle Adam
  • Il-Każin tal-Banda, Konti Ruġġieru
  • Il-Buskett
  • Il-Palazz tal-Verdala (Residenza uffiċjali tal-President ta' Malta)
  • Ċimiterju u Kappella Santa Margerita


Żoni urbani u fil-kampanja li jaqgħu taħt l-istess Kunsill Lokali

Il-Landrijiet - Għajn Qajjet - Kunċizzjoni - Fomm ir-Riħ - Miġra il-Ferħa -Tas-Salvatur - Tas-Salib - id-Dwejra - in-Nadur - Bieb ir-Ruwa - Il-Lunzjata - Baħrija - Għemieri -Għajn Klieb - Il-Ħemżija - Misraħ Suffara - Mtaħleb- Nigret - Nigret tal-Ħarruba - Ras ir-Raħheb - Rdum tal-Lunzjata  Rdum tal-Vigarju - Ħal-Bajjada  - Santa Katarina - Saqqajja  - Ta' Busugrilla - Ta' Cassia - Ta' Fantin - Ta' Gerżuma -Ta' Lawrenti - Ta' Manduca - Ta' Namura - Ta' Sirena - Tal-Infetti -Tabja - Tal-Forok - Tal-Marġa

Biblijografija

Pauline Dingli, Rabat - Discover Historic Treasures, Mystic Legends, Culture and Folklore. 2007.

Pauline Dingli, Rabat - Mdina. Best Print. 2009.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Informazzjoni ġiet miġbura minn Rabatmalta.com

Ingħaqdu magħna fuq facebook billi tagħfsu hawn.