Ħaż-Żebbuġ

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ħaż-Żebbuġ huwa raħal Malti li jaf l-isem tiegħu mill-bosta sigar taż-żebbuġ li f'dak iż-żmien kienu jinsabu f'dawk l-akwati. Ħaż-Żebbuġ nħoloq fl-1380 nbniet knisja Parrokjali iddedikata lil San Filep, mħallsa minn ċertu Filippo de Catania - mgħaruf aħjar bħala Filippu l-Kataniż. Il-bini ta' din il-Knisja għaqqdet it-tlett rħula ta' Ħal-Dwin, Ħal-Muxi u Ħal-Mula f'raħal wiehed Casal Zebugi. Filwaqt li fl-1777 il-Gran Mastru de Rohan għamilha belt bit-titlu ta' Citta' Rohan. F'Diċembru 2005 kienu joqogħdu 11,042 ruħ ġo fih.

Magħruf għan-numru kbir ta' patrijotti Maltin li ħarġu minn hawn, fosthom Dun Karm Psaila, Dun Mikiel Xerri, Mikiel Anton Vassalli u Frans Sammut. U ta' Artisti bħal Lazzaro Pisani, Alfred Chircop, u Antonio Sciortino.