Ta' Xbiex
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Dan l-artiklu huwa stub. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
| Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ta' Xbiex huwa raħal żgħir bejn l-Imsida u l-Gżira, biss huwa raħal awtonomu u parroċċa għalih. L-isem Ta' Xbiex ġej mill-kelma "ta' xbiek", peress li dan ir-raħal qiegħed viċin tax-xatt u probabbli kont tara ħafna sajjieda u d-dgħajjes tagħhom, anke llum il-ġurnata għadek tarahom, biss naqsu ħafna. Biex ikompli jissaħħaħ dan l-għidud, l-arma ta' Ta' Xbiex hija tmun ta' vapur. L-motto ta' Ta' Xbiex huwa Unitatae Fortior bil-Latin, li bil-Malti tfisser bejn wieħed u ieħor "Fl-Għaqda hemm is-Saħħa."
F'Ta' Xbiex issib bosta aġenziji u ambaxxati fosthom dik ta' l-Eġittu u dik ta' l-Italja. Sfortunatament il-ġnien tal-Yacht Marina ma għadux jagħmel parti minn Ta' Xbiex iżda sar jagħmel parti mill-Gżira.
L-Ordni Reliġjuż li jieħu ħsieb din il-paroċċa huwa dak tal-Karmelitani Tereżjani Skalzi. F'Ta' Xbiex ma jsirux festi esterni kbar iżda interni fejn kulħadd ikun miġbur; fost dawn il-Festi hemm tal-Madonna tal-Karmnu li hija il-patruna ta' l-Ordni u ta' San Ġwann tas-Salib li huwa il-patrun ta' Ta' Xbiex.
Bħala parroċċa Ta' Xbiex hija waħda vera attiva, fejn fil-kors ta' l-aħħar snin, żdiedu gruppi jew il-membri tagħhom bħalma huma, l-Abbatini, il-Kor Laudamus Unum Deum - Infaħħru Alla Wieħed, il-Grupp Leġjonarju, l-Appostolat tal-Hniena Divina, il-Grupp Cenaklu Ta' Xbiex / Moviment Marjan, il-Grupp tal-Lectio Divina, u l-Grupp taż-Żgħażagħ Teens 4 Christ jew T4C.
|
||||||||||