Għasri
| L-Għasri | |
|---|---|
![]() |
|
| Isem uffiċjali: | L-Għasri, Għawdex |
| Stat: | Għawdex, Malta |
| Isem tal-abitanti: | Għasrin |
| Latitudni: | 36°3 '30" N |
| Lonġitudni: | 14°13 '40" E |
| Erja: | 5.0km² |
| Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
418 84/km² |
| Konfini: | Għarb, Kerċem, Rabat, Żebbuġ |
| Sindku: | Andrew Vella (PN) |
| Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Corpus Christi |
| Sit elettroniku: | Ghasri.com |
Il-Għasri hu raħal żgħir fil-gżira ta' Għawdex. Fl-2005 kien jgħodd 371 ruħ biss. Il-Għasri huwa magħruf għal l-għasel tajjeb u bnin. Sa' ftit snin ilu kien għad baqa' xi daqqaqa tal-qoton.
Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil Corpus Christi. Din bdiet tinbena fl-1903 u ġiet ikkonsegrata fl-1916. Fis-16 ta' Diċembru 1921, l-Għasri sar parroċċa. Ta' min jsemmi l-Bażilka tal-Madonna tal-Patroċinju, li hija l-eqdem waħda f'Għawdex, u t-tielet l-eqdem fil-pajjiż. Din inbniet fl-1739.
Il-fanal ta' Ġurdan, li jinsab fuq għolja f'dan ir-raħal, kien beda jinbena f'Ġunju 1852 u xogħolhu kien li jgħin lill-vapuri jew skejjen sabiex jitbiegħdu minn max-xtajta jew inkella li jiksbu d-dritt li jidħlu fil-portijiet Maltin.
Taħt l-istess għolja hemm ħbula ta' raba' li jwasslu sa' Wied il-Għasri, wied dejjaq u tawwali li l-ħanek tiegħu huwa ċagħqi. Mat-tul tal-wied insibu ħafna qasab, imsejjħa bil-latin bħala arundo donax, u siġar tat-tin.
Bejn l-Għasri u r-raħal tal-Għarb insibu l-irħajjel Ta' Għammar li jżomm mitt ruħ. Ta' Għammar jagħmel mal-kunsill lokali ta' l-Għasri, imma bħala parroċċa hu ma' l-Għarb. Hekk kif taqsam it-triq issib il-bażilka ta' Ta' Pinu.
Is-sindku huwa Andrew Vella, maħtur f'isem il-Partit Nazzjonalista.
Nistgħu ngħidu li fl-Għasri, waħda mill-iżjed bini importanti hija l-Knisja Parrokjali tal-Għasri.Insibu wkoll il-Fanal ta'Ġurdan, Wied il-Għasri u l-Bażilika tal-Patrocinju.
Nies Magħrufa Għasrin [editja]
L-aktar Għasri magħruf huwa Toni Calleja, folklorista li ta' kull sena jikteb dwar drawwiet u twemmin f'dan ir-raħal tant ċkejken. Kull sena joħroġ enċikolpedija dwar dan ir-Raħal, bit-titlu: Korpus.
Jissemmew wkoll il-benefattur Salvu Gambin, Ġanni Saliba Ta' l-Għasfur, daqqaq tal-qoton u Ġużepp Sultana, bejjiegħ ta' l-ilma żahar.
Ħoloq [editja]
|
||||||||||
