Xewkija
| Ix-Xewkija | |
|---|---|
|
Mottu: Nemo me impune lacessit (Min jaghmel ghalija ma jghaddihiex lixxa) |
|
| Isem uffiċjali: | Ix-Xewkija Għawdex |
| Stat: | Għawdex, Malta |
| Isem tal-abitanti: | Xewkin |
| Latitudni: | 36°1 '59" N |
| Lonġitudni: | 14°15 '30" E |
| Popolazzjoni: – Total: |
3,100 (2005 est.) |
| Konfini: | Fontana, Għajnsielem, il-Munxar, is-Sannat, ir-Rabat (Għawdex) Rabat, ix-Xagħra |
| Sindku: | Monica Vella (PL) |
| Qaddis patrun: – Ġurnata: |
San Ġwann il-Battista 23 ta' Ġunju |
| Sit elettroniku: | www.xewkija.gov.mt |
Ix-Xewkija huwa raħal f' Għawdex bejn Għajnsielem u r-Rabat b'popolazzjoni ta' ftit aktar minn 3,115 -il ruħ. L-isem 'Xewkija' ġej mill-kelma 'xewk', li hu rrapreżentat fl-arma tal-lokal.
Ix-Xewkija hu l-aktar magħruf għar-Rotunda tiegħu, kif ukoll għall-importanza storika tiegħu bħala raħal. Ix-Xewkija saret l-ewwel parroċċa barra r-Rabat fis-27 ta' Novembru 1678.
Werrej |
[editja] Amministrazzjoni u Kunsill Lokali
Il-Kunsill Lokali Xewkija hu responsabbli mit-tmexxija u l-amministrazzjoni komunali tal-lokal. Preżentament, il-Kunsill hu magħmul minn:
- Monica Vella (Sindku, PL)
- Joseph Vella (PL)
- Hubert Saliba (PL)
- Marthese Portelli (PN)
- Teddy Mizzi (PN)
[editja] Persuni Mix- Xewkija
[editja] Faċilitajiet Komunali u Reġjonali
Fix-Xewkija hemm bosta banek u plejgrawnd għall-mistrieħ tar-Residenti.
[editja] Faċilitajiet Reġjonali
Fix-Xewkija, wieħed isib bosta binjiet amministrattivi u kummerċjali għall-qadi mhux biss tar-Residenti iżda ukoll tal-Għawdxin kollha, fosthom:
- Il-Grawnd Reġjonali ta' Għawdex
- L-Universita' ta' Malta (il-fergħa ta' Għawdex)
- Iċ-Ċentru Industrijali ta' Għawdex
- Iċ-Ċimiterju imsejjaħ 'ta' Santa Marija'
- L-Uffiċċju tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-taħriġ
- Il-Farm tal-Gvern
[editja] Festa tar-Raħal
San Ġwann il-Battista hu l-patrun prinċipali tax-Xewkija, bil-festa tiegħu issir kull raba' ħadd ta' Ġunju. Il-Banda tax-Xewkija, bl-isem ta' Banda Prekursur tieħu ħsieb u torganizza l-festi esterni.
[editja] Toroq Prinċipali
- Triq iċ-Ċanga
- Triq il-Kbira
- Triq il-Mitħna
- Triq l-Imġarr
- Triq l-Indipendenza
- Triq San Bert
- Triq Santa Marija
- Triq Ħamrija
- Triq Ta' Sannat
- Vjal il-Labour
[editja] Ħoloq
- Xewkija Tigers F.C.
- Xewkija.net - Il-Portal tax-Xewkija
- Radjuprekursur - Ir-Radju tal-komunita tax-Xewkija
- XewkijaParish.org - Il-Parrocca tax-Xewkija Online
|
||||||||||