Marsaxlokk
| Marsaxlokk | |
|---|---|
|
Mottu: Portus Herculis |
|
| Isem uffiċjali: | Il-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk |
| Stat: | |
| Isem tal-abitanti: | Xlukkajr (m), Xlukkajra (f), Xlukkajri (pl) |
| Latitudni: | 35°50' N |
| Lonġitudni: | 14′32' E |
| Erja: | 4.7km² |
| Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
3,222 690/km2 |
| Konfini: | Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Marsaskala, Żejtun |
| Sindku: | Edric Micallef (PL) |
| Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Madonna ta 'Pompej Il-ħames Ħadd ta' Lulju jew l-ewwel Ħadd ta' Awissu |
| Sit elettroniku: | Sit Uffiċjali |
Marsaxlokk huwa raħal tas-sajd tradizzjonali li jinsab fil-parti tax-xlokk ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 3,277 (Diċ 2008). L-isem tar-raħal ġej minn marsa, li tfisser "port" u d-direzzjoni Xlokk.
Werrej |
Storja [editja]
Kienu fil-bajja tax-Xlokk fejn l-ewwel niżlu l-Feniċi u bdew il-kummerċ f'Malta, matul is-seklu 9 QK. Matul l-Assedju ta' Malta, il-port ta' Marsaxlokk kien użat bħala ankraġġ mill-flotta Torka.
Fuq il-fergħa tat-tramuntana tal-Bajja Marsaxlokk hemm l-għolja Tas-Silġ, li fiha nstabu fdalijiet ta' tempji megalitiċi tal-fażi ta' Ħal Tarxien, b'tibdiliet li saru wara li jixbħu l-mudell ta' Ħaġar Qim. Ukoll materjal ta' Żmien il-Bronż instab imferrex madwar iż-żona. Mill-aħħar tas-seklu 6 QK għaa-seklu 1 WK, l-għolja kienet tintuża bħal sit reliġjuż, notevolment bħala tempju ddedikat għall-Astarte. Marsaxlokk kienet parti miż-Żejtun fl-imgħoddi. Is-sit Tas-Silġ reġa' ntuża għal skopijiet reliġjużi f'xi żmien tar-4 seklu WK, meta kien adattat għar-reliġjon il-ġdida, il-Kristjaneżmu, u sta' ntuża bħala monasteru.
Il-popolazzjoni attwali ta' kuljum ta' Marsaxlokk hija ta 'madwar 4,000. Fil-passat, persentaġġ kbir tal-popolazzjoni kienu jaħdmu bħala sajjieda. Iżda n-numru ta' sajjieda naqas, xi ftit minħabba li nies minn postijiet oħra marru joqogħdu fir-raħal.
Importanza tas-sajd [editja]
Ħafna mill-provvisti tal-ħut ta' Malta huma maqbuda mis-sajjieda li jkunu ġejjin minn dan il-port. Il-Pixxispad, it-Tonn, u l-famużi 'Lampuki' jinqabdu f'abbundanza bejn ir-rebbiegħa u tard fil-ħarifa. Matul il-ġimgħa, il-qabda hija meħuda għall-ħut tas-suq fil-belt Valletta, iżda fil-Ħdud, il-ħut jinbiegħ bl-imnut mis-sajjieda fil-miftuħ fuq il-moll. Feyħu bosta ristoranti tal-ħut jissodisfaw id-domanda li dejjem tiżdied. L-influss tat-turisti f'Marsaxlokk attira wkoll ħafna bejjiegħa.
Żoni f'Marsaxlokk [editja]
- Delimara
- Ħal Ġinwi
- Il-Ballut
- Il-Fossa
- Il-Magħluq
- Il-Wilġa
- Kavallerizza
- Marnisi
- Marsaxlokk Bay
- Il-Ponta l-Kbira
- San Duminku
- St. Peter's Pool
- Il-Ponta Tal-Qrejten
- Tal-Wiċċ
- Tas-Silġ
- Torri San Luċjan
- Xrob l-Għaġin
- Port Ruman
- Lawrence Gonzi
Toroq Prinċipali f'Marsaxlokk [editja]
- Triq Delimara
- Triq it-Torri Vendome
- Triq iż-Żejtun
- Triq l-Arżnell
- Triq Santa Katerina
- Triq Tas-Silġ
- Triq Tat-Trunċiera
- Xatt is-Sajjieda
Timijiet Sportivi f'Marsaxlokk [editja]
| Klabb | Sport | Fundat | Kampjonat | Grawnd |
| Marsaxlokk | Futbol | 1949 | Premier League Malti | Grawnd ta' Marsaxlokk |
Gallerija [editja]
Ara wkoll [editja]
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Marsaxlokk |
Referenzi [editja]
Grech, Joseph Marsaxlokk: 100 sena parroċċa
Abela, Joe Dun Marsaxlokk
Ħoloq esterni [editja]
|
||||||||||