Birżebbuġa
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Birżebbuġa hu raħal (b'populazzjoni ta' 8,668 ruħ) u port fil-Bajja ta' Marsaxlokk fin-nofsinhar ta' Malta.
Dan ir-raħal l-aktar li magħruf għall-fossili ta' Żmien is-Silġ li nstabu f'Għar Dalam, għar qrib Birżebbuġa. Il-knisja parrokkjali ta' Birżebbuġa hija ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen.
[editja] L-Arma
L-arma ta' Birżebbuġa turi forma ta' 'V' blu u fergħa taż-żebbuġ blu fuq sfond abjad. Il-blu jirappreżenta l-baħar blu tal-qrib u ż-żebbuġa tindika l-importanza taż-żebbuġ fl-ekonomija tal-lokal.
[editja] L-Istorja
Qrib ir-raħal ta' Birżebbuġa nsibu Għar Dalam. Insibu l-abbitat ta' Żmien il-bronż dak ta' Borġ in-Nadur li huwa strutura oħra prestorika f'din il-lokalità.
Strutura oħra t'importanza storika jinkludu l-Batterija Kostali Ferretti.
[editja] Każini tal-Banda
Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa bdiet tiffunzjona fl-1990 u parteċipat attivitament f'attivitajiet kulturali u reliġjużi madwar il-gżira ta' Malta. Filwaqt li l-ewwel banda f'Birzebbuga , il -Banda San Pietru ta' l-Ghaqda Muzikali San Pietru fil-ktajjen bdiet fl-1957.
| Dan l-artiklu huwa stub. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
|
||||||||||