Rabat (Għawdex)
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Ir-Rabat | |
|---|---|
|
Mottu: A Magna Maxima (Minn kbira sal-ogħla) |
|
| Isem uffiċjali: | Ir-Rabat Għawdex |
| Stat: | Għawdex, Malta |
| Isem tal-abitanti: | Rabtin |
| Latitudni: | 36°2 '37" N |
| Lonġitudni: | 14°14 '35" E |
| Popolazzjoni: – Total: |
6,414 |
| Konfini: | Fontana, l-Għasri, Kerċem, ix-Xagħra, ix-Xewkija, iż-Żebbuġ |
| Sindku: | Samuel Azzoppardi (PN) |
| Qaddis patrun: – Ġurnata: |
San Ġorġ, Santa Marija 23 ta' April, 15 ta' Awwissu |
| Sit elettroniku: | www.victoria.org.mt |
Ir-Rabat jew Città Vittoria hija l-belt kapitali tal-gżira t'Għawdex, gżira tal-arċipelagu Malti fil-Baħar Mediterran. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 6,414 (Novembru 2005), u b'din il-popolazzjoni din il-lokalità hi l-ikbar waħda f'Għawdex.
Din il-belt hi msejjħa ukoll bl-isem Victoria li ġie mogħti fl-1887 mill-gvern Brittaniku fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb tar-Reġina Vittorja, minn rikjesta tal-Arċisqof ta' Malta, Mons. Pietru Pace. Madanakollu, din il-belt hi xorta magħrufha fost l-Għawdxin bl-isem antik tar-Rabat.
Werrej |
[editja] Amministrazzjoni u Kunsill Lokali
Il-Belt Victoria hi l-akbar lokalità f'Għawdex, u taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Il-Kunsill preżenti ġie elett fl-2009 u hu iffurmat minn:
- Samuel Azzopardi (sindku, PN)
- Carmel Theuma (PN)
- Marcell Tabone (PN)
- Joseph Debrincat (PL)
- Michael Portelli (PL)
- Michel Buttigieg (PL)
- Josef Schembri (PN).
[editja] Faċilitajiet
Fil-Belt Victoria insibu plejgrawnd għar-residenti, kif ukoll ġnien, fost oħrajn. F'din il-belt insibu faċilitajiet sportivi, hekk kif il-Belt Victoria għandha fi ħdanha l-akbar numru ta' klabbs sportivi f'Għawdex. Dawn huma:
Dawn kollha jitħarrġu fil-grawnds rispettivi tagħhom.
[editja] Faċilitajiet Reġjonali
Il-Belt Victoria, bħala l-belt Kapitali ta' Għawdex, fiha l-akbar numru ta' binjiet governattivi u amministrattivi ta' Għawdex, fosthom:
- Il-Ministeru għal Għawdex
- In-Nutar Pubbliku
- Id-Dipartiment tal-Artijiet
- Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni
- Il-Librerija Pubblika
- L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex
- Il-Venda tal-Karozzi tal-Linja
- Il-Gym Reġjonali għal Għawdex
- L-Iskejjel Sekondarji tal-Gvern u tal-Knisja
- L-Iskola għal aktar studju
[editja] Festi tar-raħal
F'din il-belt jiġu ċċelebrati żewġ festi prinċipali, dik ta' San Ġorġ nhar it-23 ta' April, kif ukoll dik ta' Santa Marija nhar il-15 ta' Awwissu. Dik ta' San Ġorġ toħroġ mill-Bażilika iddedikata lill-istess qaddis, filwaqt li dik ta' Santa Marija toħroġ mill-Katidral ta' Għawdex. Il-festi esterni huma organizzati mis-Soċjetà Filarmonika La Stella u Leone rispettivament.
[editja] Baned tar-raħal
Iż-żewġ baned prinċipali huma l-Banda La Stella u l-Banda Leone, li jieħdu ħsieb il-Festi ta' San Ġorġ u Santa Marija rispettivament. Iż-żewġ baned għandhom is-sede tagħhom fiż-żewġ teatri ewlenin tal-Gżira: it-Teatru Astra tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, u t-Teatru Aurora tas-Socjetà Filarmonika Leone.
Dawn iż-żewġ baned jorganizzaw ukoll kunċerti varji matul is-sena, kif ukoll, fiż-żewġ teatri jittellgħu l-Opri, li ta' kull sena jattiraw mijiet ta' Maltin.
[editja] Ġonna pubbliċi
Il-Villa Rundle hu l-ġnien prinċipali tal-belt, kif ukoll tal-gżira. Dan il-ġnien iservi għal attivitajiet reġjonali, fosthom il-wirja tradizzjonali tal-bhejjem li tittella' kull sena għall-festa ta' Santa Marija. Ġo dan il-ġnien wieħed isib bosta monumenti u bustijiet ta' personalitajiet li taw sehem fl-iżvilupp tal-Belt Victoria, u ta' Għawdex.
[editja] Żoni tar-Rabat
- Belliegħa
- Ċittadella
- Demnija
- Gelmus
- Għajn Lukin
- Il-Ġnien
- Qasam San Ġorġ
- Sellum
- Ta' Ħamet
- Ta' l-Ibraġ
- Ta' Mliet
- Ta' Wara s-Sur
- Taċ-Ċawla
- Taflija
- Tal-Far
- Tal-Grazzja
- Tal-Maltija
- Tal-Mejda
- Villa Rundle
- Wied Tal-Grazzja
[editja] Toroq prinċipali u arterjali
- Pjazza Fuq it-Tomba
- Pjazza Indipendenza
- Pjazza San Franġisk
- Pjazza San Ġorġ
- Pjazza Santu Wistin
- Triq Dingli
- Triq Enriku Mizzi
- Triq Fortunato Mizzi
- Triq Gedrin
- Triq Ġorġ Borg Olivier
- Triq Għajn Qatet
- Triq Ġużè Ellul Mercer
- Triq id-Dawwara
- Triq il-Kappuċċini
- Triq il-Papa Ġwanni Pawlu II
- Triq ir-Repubblika
- Triq it-Tabib Anton Tabone
- Triq l-Ewropa
- Triq l-Imgħallem
- Triq Mejlak
- Triq Monsinjur S. Lanzon
- Triq Ninu Cremona
- Triq Putirjal
- Triq Sant' Orsla
- Triq Ta' Kerċem
- Triq Tomba
- Triq Viani
- Triq Wara s-Sur
- Triq Wied il-Lunzjata
[editja] Ħoloq esterni
|
||||||||||