San Ġiljan (lokalità)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

San Ġiljan hija belt fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta. Fl-2020, in-numru rreġistrat ta’ abitanti kien ta’ 13,792[1]. Din il-belt tinsab tul il-kosta, fit-Tramuntana tal-belt kapitali tal-pajjiż, il-Belt Valletta. San Ġiljan huwa magħruf għal negozji orjentati lejn it-turiżmu, bħal lukandi, ristoranti u diskoteki li huma ċċentrati l-aktar f’żona magħrufa bħala Paceville.

Il-Knisja ta' San Giljan fil-Balluta

Festi u Tradizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Il-belt hija msemmija għall-qaddis patrun tagħha; San Ġiljan li hu magħruf bħala Giljan l-Ospetalier [2]u Ġiljan tal-Foqra fejn hu wkoll l-Patrun tal-kaċċaturi[3]. Qabel ir-riforma fil-Kalendarju tal-Qaddisin, il-festa ta San Ġiljan kienet tigi ċċelebrata fis-27 ta Jannar. Illum il-ġurnata tiġi ċċelebrata fit-12 ta’ Frar, għalkemm f’Malta tiġi ċċelebrata festa oħra, fl-ispirtu tal-ħafna festi tas-sajf madwar il-gżira, fl-aħħar Ħadd ta’ Awwissu.[4]

Kompetizzjoni partikolari ħafna konnessa mal-festa tar-raħal hija magħrufa bħala il-Ġostra.[5] Din it tradizzjoni kompetittiva tinvolvi li l-parteċipanti jitilgħu u jimxu kemm jista’ jkun tul arblu mimli xaħam imżerżaq li jiġi sospiż fuq il-baħar. Ir-rebbieħ huwa l-persuna li jaħtaf waħda mit-tliet bandieri mit-tarf ta' l-arblu. Kull bandiera tirrappreżenta premijiet diversi. [6]

Tradizzjoni oħra marbuta mal-festa ta’ din il-lokalità hija l-Musketterija. Sa mill-1982, Kaċċaturi zammew it-tradizzjoni billi jisparaw kartocci vojta mimlija bil-trab iswed mil-bejt tal-knisja parrokkjali hekk kif l-istatwa tal-qaddis patrun toħroġ mill-knisja. Ħafna jgħidu li din it-tradizzjoni hija konformi ma' l-istorja tal-lokalità li kienet tkun isservi bhala post tal-kaċċa għall-Kavallieri ta’ Malta.[6]

Żoni Mportanti[immodifika | immodifika s-sors]

Il-belt hija maqsuma f’diversi zoni li huma Paceville, Ta’ Ġiorni, Tal-Għoqod u St. Andrews. Hemm ukoll zoni li jiehdu isimhom mill-bajjiet li ghandhom bhal Bajja ta’ San Ġorġ, il-Bajja ta’ Spinola, il-Bajja ta’ Balluta u l-Qaliet. San Ġiljan huwa mfittex hafna mit-turisti speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Huwa wkoll wkoll post poloari mal-Maltin.

Fis-seklu dsatax, San Ġiljan kienet belt kostali kwieta magħrufa għall-arkitettura tagħha bħall-Palazz Spinola u gnien madwaru kif ukoll djar ta' vileggatura. Il-bajja ta’ Spinola kienet ikkaratterizzata minn sajjieda u d-dghajjes taghhom kif ukoll bdiewa li kienu jahdmu l-ghelieqi tal-post. Din il-belt rat waħda mill-akbar żviluppi fl-infrastruttura fuq il-gżira b’ħafna djar qodma jaqaw biex jinbnew blokki ta’ appartamenti.

Fl-2020 gew organizzati protesti minn abitanti tal-lokalita, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jwaqqfu l-izvilupp ta' pont ghad-Dghajjes tat-turisti fil-Bajja ta’ Balluta.[7]

It-Torri ta' Portomaso u il-Bajja ta' Spinola bil-Luzzi tas-Sajjieda

It-Torri ta' Portomaso, huwa l-ghola bini ta’ Malta b’għoli ta’ 97.54 metru u jinsab f’San Ġiljan.[8]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Knejjes[immodifika | immodifika s-sors]

L-aktar evidenza bikrija tal-Knisja ta' San Giljan hija dokumentata fiż-żjara pastorali tal-Isqof Tommaso Gargallo fl-1601, li jgħid li nbniet fl-1580 u kienet iddedikata lil San Ġiljan. Fl-1736, meta Monsinjur Alpheran de Bussan reġa’ żar San Ġiljan, huwa nnota li l-lokalità kienet diġà magħrufa bħala Portus Sancti Juliani, jiġifieri wara l-qaddis patrun. Fl-1854, il-600 resident ta San Ġiljan appellaw lill-awtorità tal-knisja, sabiex issir parroċċa. Il-kapitolu f’Birkirkara pprotesta b’mod qawwi kontra din l-applikazzjoni u din ġiet miċħuda. L-applikazzjoni giet accettata fl-1891 u Dun Guzepp Scerri sar l-ewwel kappillan tal-parroċċa. [9]

Il-knisja parrokkjali preżenti kienet iddisinjata mill-arkitett Malti Arturo Zammit u l-ewwel ġebla tqeghdet fl-1961. Il-Knisja ntużat għall-ewwel darba fl-1968 meta kienet għadha ma nbnietx kompletament.[10] Il-Knisja laqgħet lill-Papa San Ġwann Pawlu II fl-ewwel żjara tiegħu f’Malta fis-27 ta’ Mejju, 1990.[11]

Il-Kappella maghrufa bhala Millenium Chapel giet mfassla mill-perit Malti Richard England u ġiet inawgurata fl-2000. Mal-kappella nsibu ġnien ta' meditazzjoni inawgurat f’Mejju 2018 bħala kenn għall-kontemplazzjoni u tranquilita fil-qalba taż-Żona ta ‘divertiment ta’ Paceville.[12] Mibnija fuq l-inizjattiva u mmexxija minn Fr Hilary Tagliaferro, din il-knisja hija mmexxija mill-patrijiet Agostinjani permezz tal-Milenium Chapel Foundation.[13]

Millenium Chapel f' Paceville

Postijiet Importanti[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Palazz ta' Spinola[immodifika | immodifika s-sors]

Minħabba l-biża’ ta’ attakki mill-Musulmani, iż-żona Kostali tat-Tramuntana giet zviluppata wara l-1565. Il-bini tal-Palazz Spinola, fl-1688, jista' jitqies bħala l-ewwel l-pass fir-restawr ta’ San Ġiljan. Il-palazz, flimkien mal-ġonna tal-madwar inbnewt minn Fra Paola Raffaele Spinola għall-divertiment pubbliku kif iddikjarat fl-iskrizzjoni li wieħed isib fuq l-entratura. Il-palazz kien imkabbar fl-1733 permezz ta’ Fra Giovanni Battista Spinola, suċċessur taz-ziju tiegħu bħala rettur u Kuratur tal-Abbazia.[14] Matul l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta fl-1798, San Ġiljan kien l-ewwel belt f’Malta li ntrebah minn truppi Franċiżi. Fil-fatt kien Ġeneral Claude Henri Vaubois li mexxa l-forzi Franċiżi fis-bajja Spinola.

Il-Batterija ta' Spinola[immodifika | immodifika s-sors]

Waħda minn -batteriji nbniet fid-daħla tal-Bajja ta' San Ġiljan u ssemmiet Spinola Battery . Din inbniet fi żmien il-Gvernatur Smyth fis-sena 1890. Kienet ġiet tiswa s-somma ta' 5000 lira. Il-Gvern Kolonjali Ingliz kien ħaseb biex din il-batterija tkun difiża minn erba' kanuni. Dawn kollha kienu jħarsu lejn il-baħar u bejniethom kellhom il-ħarsien tal-medda baħar faċċata tal-Bajja ta' San Ġiljan. Meta t-theddida t' invażjoni fuq Malta ma baqgħetx biss minn fuq il-baħar u saret iktar theddida mill-ajru, din il-batterija kienet modifikata biex inbidlet f'anti-aircraft battery. Din kienet waħda mir-raġunijiet li din il-batterija kienet attakkata ta' sikwit matul it-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kienet ġarrbet ħsarat kbar.[15]

Meta l-iżvilupp fl-inħawi ta' San Ġiljan u Paceville beda jikber ġmielu, viċin tal-Batterija ta' Spinola kienet inbniet lukanda. Maż-żmien, din il-lukanda twaqqgħet biex minflokha nbena ċentru turistiku lussuż ħafna magħruf bħala Portomaso. Il-fdalijiet li kien fadal minn din il-batterija ġew inkorporati f' dan il-kumpless turistiku bħala attrazzjoni.[16]

Bajjiet[immodifika | immodifika s-sors]

Spinola
Paceville

Bini u Zoni ta' Importanza[immodifika | immodifika s-sors]

Monumenti u Knejjes[immodifika | immodifika s-sors]

  • Statwa ta' San Giljan fi Triq il-Kbira
  • Statwa tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu fix-Xatt ta' Spinola
  • Knisja ta' l-Immakulata Koncessjoni fi Triq San Gorg
  • Statwa ta' Santa Marija fi Triq Lapsi
  • Nicca ta' L-Immakulata Koncezzjoni fit-Telgha ta' Birkirkara
  • Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill fi Triq il-Knisja
  • Knisja ta' Santa Rita
  • Millenium Chapel
  • Monasteru tal-Kleru
  • Kunvent tal-Karmelitani
  • Skola tal-Kunvent tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu

Kunsill Lokali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kunsill Lokali tal-present jikkonsisti minn:[17]

Albert Buttigieg (Sindku)

Clayton Luke Mula (Vici-Sindku)

John Agius

Patricia Camilleri

Guido Dalli

Rita Dimech Portelli

Adrian Dominic Ellul

Sean Gauci

Martin John Sultan

Paul Spiteri (Segretarju Ezekuttiv)

Sport[immodifika | immodifika s-sors]

It-tim tal-futbol li jassocja mieghu San Ġiljan hu Melita F.C. L-ghola unur li hadu fil-futbol Malti kienet r-rebħa tagħhom fuq il-ġirien tas-Sliema Wanderers fil-finali tat-Tazza Maltija fl-1939. F’dawn l-aħħar snin, Melita F.C ikkompetew ukoll fil-Premier League u llum jikkompetu fit-tieni divizzjoni tal-futbol Malti.

Waterpolo huwa l-isport li jigbed l-aktar nies lejn din il-belt. Neptunes WPSC, it-tim lokali ta’ Waterpolo ilu fil-quċċata tal-Waterpolo league Malti minn mindu twaqqaf fl-1929. Huma rebhu il-League tal-Waterpolo ghal 25 darba fost hafna titli ohra. Il-klabb igawdi faċilitajiet ta’ taħriġ mgħammra b'mod professjonali li jinsabu fuq quddiem tax-xtajta[18]. Fil-qrib insibu wkoll lil San Giljan A.S.C, team iehor b'sahhtu tal-Waterpolo lokali li gawda minn rebhiet konsekuttivi ta’ titlu kif ukoll rebbieħa tal-kampjonat fl-2015. [19]

Squash huwa wkoll sport komuni li jilagħbu f’San Ġiljan.

Neptunes Waterpolo club

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Neptunes Waterpolo Club

San Giljan Waterpolo Club

St Julians Local Council website

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Government%20Gazette/Documents/2019/09/Government%20Gazette%20-%203rd%20September.pdf
  2. ^ https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-julian-the-hospitaller-145
  3. ^ https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=400
  4. ^ https://revealmalta.com/places/5-facts-didnt-know-st-julians/
  5. ^ https://www.airmalta.com/blog/malta/il-gostra-malta/
  6. ^ a b https://timesofmalta.com/articles/view/st-julians-feast-celebrated-with-gostra-and-hunting-traditions.582581
  7. ^ https://movimentgraffitti.org/en/news/details/267/-stop-hogging-our-seas-balluta-bay-objectors-tell-.htm
  8. ^ https://web.archive.org/web/20150222073320/http://www.emporis.com/buildings/136726/portomaso-business-tower-saint-julians-malta
  9. ^ https://www.stjuliansparish.org/storja/
  10. ^ https://www.stjuliansparish.org/storja/
  11. ^ https://timesofmalta.com/articles/view/malta-joins-the-world-to-mourn-the-pope.94433
  12. ^ https://www.independent.com.mt/articles/2018-08-28/local-news/President-inaugurates-meditation-garden-at-Millennium-Chapel-6736195512
  13. ^ https://timesofmalta.com/articles/view/watch-meditation-garden-to-open-at-pacevilles-millennium-chapel.686668
  14. ^ https://restoration.gov.mt/en/otherprojects/ongoingprojects/Pages/Spinola-Palace---St--Julians.aspx
  15. ^ https://military.wikia.org/wiki/Spinola_Battery
  16. ^ https://military.wikia.org/wiki/Spinola_Battery
  17. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-12-01. Miġbur 2020-08-31.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  18. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-04-11. Miġbur 2020-08-31.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  19. ^ http://www.malta.com/en/attraction/sport-fitness/waterpolo/st-julian-s/neptune-s-water-polo-swimming