Bormla

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Bormla Ċittà Cospicua

Mottu: Portus Herculis

Isem uffiċjali: Ingens Amplectitur Agger
Stat: Malta Malta
Isem tal-abitanti: Bormliż (m), Bormliża (f), Bormliżi (pl)

Mappa

Latitudni: 35°52' N
Lonġitudni: 14′31' E
Erja: 0.9km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

5,658
6,300/km2
Konfini: Birgu, Kalkara, Fgura, Raħal Ġdid, Isla,Żabbar
Sindku: Joseph Scerri (PL)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Verġni Marija
Il-ħames Ħadd ta' Lulju jew l-ewwel Ħadd ta' Awissu

Koordinati: 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.88222°N 14.52222°E / 35.88222; 14.52222 Bormla, hi belt f'Malta, l-ikbar waħda mill-grupp ta' tlett ibliet li jifformaw il-Kottonera. Bormla tissejjaħ ukoll Cospicua, laqam li jwassal minn żmien il-Kavallieri, probabilment minħabba s-swar majestużi tagħha. F'Diċembru 2005 kienet tgħodd 6,092 ir-ruħ.

Bormla tinsab bejn il-Birgu u l-Isla. Dawn it-tlett ibliet jifformaw żona ta' bini fuq xaqliba mill-Port il-Kbir, faċċata mill-Belt Valletta.

Bormla kienet l-aħħar belt minn dawn it-tlieta li nbniet. Il-fortifikazzjonijiet tagħha, mibnijin mill-Kavallieri ta' San Ġwann, huma tant kbar u felħana li kif tarahom tinduna bis-saħħa u x-xogħol li ntefaq fuqhom.

Il-festa ta' Bormla hi fit-8 ta' Diċembru, f'unur l-Immakulata Kunċizzjoni.

L-oriġini tal-kelma Bormla probabilment jiġi mill-isem Bir-Mula: il-Bir tal-Mulej. Fl-1722 il-Gran Mastru Zondadari ddikjaraha belt, taħt l-isem ta' Ċittà Cospicua. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn hawn 'il quddiem, Bormla kellha tkun marbuta ma' l-industrija tat-Tarznari. Minħabba f'hekk, Bormla kienet milquta bl-ikrah fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Nies Magħrufa Bormliżi[editja]

Ħoloq esterni[editja]