Munxar
| Il-Munxar | |
|---|---|
|
Mottu: Parvulus set munitus (Żgħir iżda b'saħħtu) |
|
| Isem uffiċjali: | Il-Munxar, Għawdex |
| Stat: | Għawdex, Malta |
| Isem tal-abitanti: | Munxarin |
| Latitudni: | 36°1 '49" N |
| Lonġitudni: | 14°14 '7" E |
| Popolazzjoni: – Total: |
1,019 |
| Konfini: | Fontana, Kerċem, ix-Xewkija, Sannat |
| Sindku: | Joseph Sultana (PN) |
| Qaddis patrun: – Ġurnata: |
San Pawl Appostlu 10 ta' Frar |
| Sit elettroniku: | www.munxar.gov.mt |
Il-Munxar hu raħal Għawdxi li jinsab fin-nofsinhar tal-gżira, qrib ir-raħal ta' Sannat, b'popolazzjoni ta' madwar 1,019 -il ruħ. L-isem "Munxar" ġej minn tip ta' serrieq, bis-snien tiegħu jidhru fl-arma tal-lokal.
Il-Munxar hu l-aktar magħruf għall-bajja tax-Xlendi, waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari ta' Għawdex, li sa nofs is-seklu 20 kienet għadha biss post tas-sajjieda.
Il-Knisja Parrokkjali tal-Munxar hi ddedikata lill-Appostlu San Pawl, protettur ta' Malta u Għawdex, kif ukoll tal-istess raħal tal-Munxar. Il-parroċċa tal-Munxar hi l-aħħar waħda li ġiet stabbilita. Dan sar fl-1957 mill-Isqof Ġużeppi Pace.
Werrej |
[editja] Amministrazzjoni u Kunsill Lokali
Il-Kunsill Lokali tal-Munxar għandu f'idejh it-tmexxija u l-Amministrazzjoni komunali tal-lokal. Il-membri tal-Kunsill huma:
- Joseph Sultana (Sindku, PN)
- Saviour Spiteri (PN)
- Mario Camilleri (PN)
- Carmen Said (PL)
- Patrick Grima (PL)
[editja] Faċilitajiet Komunali
Il-lokalita' tal-Munxar fiha diversi faċilitajiet għar-residenti fosthom plejgrawnd u park, kif ukoll diversi pjazez bil-bankijiet fejn wieħed jista' joqgħod bilqiegħdha. Barra minn hekk, il-parroċċa għandha ukoll iċ-Ċentru Parrokkjali tagħha.
[editja] Festa tar-Raħal
Il-Patrun tar-Raħal tal-Munxar hu San Pawl Appostlu, bil-festa tiegħu issir nahar l-10 ta' Frar, fit-tifkira tan-Nawfraġju tiegħu Malta. Iżda l-festa tar-raħal issir kull tielet Ħadd ta' Mejju, u b'hekk tiftaħ l'hekk imsejjaħ "Staġun tal-Festi f'Għawdex"
[editja] Żoni tar-Raħal
- Ġnien is-Sultan
- Il-Mejda
- Sanap Cliffs
- Ta' Kamleta
- Ta' Luvier
- Ta' Marżiena
- Ta' Rinota
- Ta' Valletta
- Ix-Xlendi
[editja] Toroq Prinċipali tar-Raħal
- Triq Dun Spir Gauci
- Triq il-Kalkara tal-Ġir
- Triq il-Madonna tal-Karmnu
- Triq it-12 ta' Diċembru 1957
- Triq iż-Żgħawri
- Triq Ras il-Bajjada
- Triq Santa Dminka
- Triq Ta' Marziena
[editja] Toroq Oħra
- Daħla Ta' Kamleta
- Daħlet l-Isdieri
- Pjazza tal-Knisja
- Sqaq Dun Mikiel Anġ Spiteri
- Sqaq it-Taksis
- Sqaq Marżiena
- Sqaq Ta' Rinota
- Sqaq Wied l-Għawdxija
- Triq Bardan
- Triq Damasku
- Triq Dun Alan Fenech
- Triq il-Munxar
- Triq it-Tempju
- Triq Kolaċi
- Triq Marżiena
- Triq l-10 ta' Frar
- Triq l-Andrijiet
- Triq l-Isqawi
- Triq Profs Ġużè Aquilina
- Triq San Pawl
- Triq Ta' Luvier
- Triq Ta' Rinota
- Triq Tarsu
[editja] Links Esterni
|
||||||||||